This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31973R1692
Regulation (EEC) No 1692/73 of the Council of 25 June 1973 on the safeguard measures provided for in the Agreement between the European Economic Community and the Kingdom of Norway
Ir-Regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 1692/73 tal-25 ta’ Ġunju 1973 dwar il-miżuri ta’ salvagward previsti fil-Ftehim bejn il-Komunita Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja
Ir-Regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 1692/73 tal-25 ta’ Ġunju 1973 dwar il-miżuri ta’ salvagward previsti fil-Ftehim bejn il-Komunita Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja
ĠU L 171, 27.6.1973, p. 103–104
(DA, DE, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 14/07/2015; Imħassar b' 32015R0938
Official Journal L 171 , 27/06/1973 P. 0103 - 0104
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 37 P. 0006
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 37 P. 0006
Greek special edition: Chapter 11 Volume 5 P. 0211
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 4 P. 0121
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 4 P. 0121
Ir-Regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 1692/73 tal-25 ta’ Ġunju 1973 dwar il-miżuri ta’ salvagward previsti fil-Ftehim bejn il-Komunita Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113, tiegħu; Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni; Billi Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja kien iffirmat fi Brussell fl-14 ta’ Mejju 1973; Billi, għall-finijiet ta’ l-implimentazzjoni tal-klawsoli ta’ salvagward previsti fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti huma preskritti fit-Trattat innifsu; Billi, mill-banda l-oħra, ir-regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-klawsoli ta’ salvagward u l-miżuri prekawzjonarji previsti fl-Artikoli 22 sa 27 tal-Ftehim għad iridu jiġu stabbiliti; ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Kunsill jista’, skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 113 tat-Trattat, jiddeċiedi li jirreferixxi lill-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja hawn iżjed ’il quddiem imsejjaħ il-"Ftehim"- għall-għan li jittieħdu l-miżuri previsti fl-Artikoli 22, 24 u 26 tal-Ftehim. Fejn meħtieġ, il-Kunsill għandu jadotta dawn il-miżuri skond l-istess proċedura. Il-Kummissjoni tista’ tibgħat il-proposti meħtieġa għal dan il-għan fuq l-inizjattiva tagħha jew fuq talba ta’ Stat Membru. Artikolu 2 1. Fil-każ ta’ xi prattika li tista’ tiġġustifika l-applikazzjoni mill-Komunità tal-miżuri previsti fl-Artikolu 23 tal-Ftehim, il-Kummissjoni, wara li teżamina l-każ fuq l-inizjattiva tagħha jew fuq talba ta’ xi Stat Membru, għandha tiddeċiedi jekk din il-prattika hix kompatibbli mal-Ftehim. Meta neċċessarju għandha tipproponi l-addottament tal-miżuri ta’ salvagwardji lill-Kunsill, li għandu jaġixxi skond il-proċedura stabillita fl-Artikolu 113 tat-Trattat. 2. Fil-każ ta’ prattika li toħloq il-bżonn li jiġu applikati miżuri ta’ salvagwardi għall-Komunità fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 23 tal-Ftehim, il-Kummissjoni, wara li teżamina l-każ, għandha tiddeċiedi jekk il-prattika hix kompatibbli mal-prinċipji preskritti fil-Ftehim. Meta meħtieġ, għandha tifformola rakkomandazzjonijiet xierqa. Artikolu 3 Fil-każ ta’ prattika li tista’ tiġġustifika l-applikazzjoni mill-Komunità tal-miżuri previsti fl-Artikolu 25 tal-Ftehim, il-proċeduri stabbiliti bir-Regolament (KEE) Nru 459/68 [1] għandhom ikunu applikabbli. Artikolu 4 1. Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jitolbu azzjoni immedjata fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 24 u 26 jew fil-kaz ta’ għajnuniet għall-esportazzjoni li jkollhom effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ, il-miżuri prekawzjonarji msemmija previsti fl-Artikoli 27(3)(d) tal-Ftehim jistgħu jiġu adottati kif ġej. 2. Il-Kummissjoni tista’, fuq l-inizjattiva tagħha jew fuq talba ta’ xi Stat Membru, tibgħat il-proposti meħtieġa, imbagħad il-Kunsill għandu jiddeċiedi skond il-proċeduri preskritti fl-Artikolu 113 tat-Trattat. 3. L-Istat Membru konċernat jista’, ħlief fil-każ ta’ għajnuniet għal esportazzjoni li jkollhom effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ, jintroduċi restrizzjonijiet kwantitattivi fuq importazzjonijiet. Għandu jgħarraf immedjatament lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b’dawn il-miżuri. Il-Kummisjoni trid tiddeċiedi, permezz ta’ proċedura ta’ emerġenza u f’perjodu massimu ta’ tlett ijiem tax-xogħol fil-każ ta’ l-Artikolu 24, u ta’ ħamest ijiem tax-xogħol fil-każ ta’ l-Artikolu 26, min-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, jekk il-miżuri għandhomx jinżammu, jiġux modifikati jew jiġux aboliti. L-Istati Membri kollha għandhom jiġu notifikati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tista’ tiġi infurzata minnufih. Kull Stat Membru jista’ jirreferi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill f’perjodu massimu ta’ ħamest ijiem fil-każ ta’ l-Artikolu 24, u ta’ għaxart ijiem fil-każ ta’ l-Artikolu 26, min-notifikazzjoni tad-Deċiżjoni,. Il-Kunsill għandu jiltaqa’ mill-ewwel. Jista’ b’maġġoranza kwalifikata jemenda jew iħassar id-Deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni. Jekk l-Istat Membru li jkun ħa miżuri skond dan il-paragrafu jirreferi l-każ lill-Kunsill, id-Deċiżjoni tal-Kunsill għandha tiġi sospiża. Is-sospensjoni għandha tintemm, fil-każ ta’ l-Artikolu 24, ħmistax-il ġurnata, u fil-każ ta’ l-Artikolu 26, tletin ġurnata wara li l-każ ikun għadda lill-Kunsill jekk dan ta’ l-aħħar ikun għadu ma emendax jew ma ħassarx id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni. Għall-fini ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-paragrafu, għandha tingħata prijorità fl-għażla ta’ miżuri lil dawk li jiddisturbaw l-inqas lil funzjonament tas-suq komuni. Qabel ma tieħu d-Deċiżjoni tagħha dwar il-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni ta’ dan il-paragrafu mill-Istat Membru konċernat, il-Kummissjoni għandha tagħmel konsultazzjonijiet. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru minn kumitat konsultattiv magħmul minn rappreżentanti ta’ kull Stat Membru u jkunu preseduti minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Il-Kumitat għandu jiltaqa’ meta jigi msejjaħ mill-President tiegħu. Dan ta’ l-aħħar għandu jibgħat lill-Istati Membri, fl-iqsar żmien possibbli, kull informazzjoni xierqa. Artikolu 5 Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament m’għandhomx jaffettwaw l-implimentazzjoni tal-klawsoli ta’ salvagward previsti fit-Trattat, partikolarment l-Artikoli 108 u 109 tiegħu, skond il-proċeduri previsti fih. Artikolu 6 In-notifikazzjoni lill-Kumitat Konġunt mill-Komunità kif meħtieġa mill-Artikolu 27(2) tal-Ftehim, għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni. Artikolu 7 Qabel il-31 ta’ Diċembru 1974, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, irid jiddeċiedi dwar dawk l-emendi li għandhom isiru għal dan ir-Regolament, partikolarment għall-Artikolu 4(3) tiegħu li għandhom fid-dawl ta’ l-esperjenza juru l-ħtieġa tagħhom biex tiġi evitata x-xewqa li tkun kompromessa l-unità tas-suq komuni. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fil-25 ta’ Ġunju 1973. Għall-Kunsill Il-President R. Van Elslande [1] ĠU Nru L 93, 17.4.1968, p. 1. --------------------------------------------------