Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31973R1054

Ir-Regolament Tal-kummissjoni (KEE) Nru 1054/73 tat-18 ta’ April, 1973 dwar regoli dettaljati għal għajnuna rigward dud tal-ħarir

ĠU L 105, 20.4.1973, p. 4–5 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/12/2006; Imħassar b' 32006R1744

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1973/1054/oj

31973R1054



Official Journal L 105 , 20/04/1973 P. 0004 - 0005
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0136
Greek special edition: Chapter 03 Volume 9 P. 0139
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0136
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 7 P. 0011
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 7 P. 0011


Ir-Regolament Tal-kummissjoni (KEE) Nru 1054/73

tat-18 ta’ April, 1973

dwar regoli dettaljati għal għajnuna rigward dud tal-ħarir

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 845/72 [1] ta’ l-24 ta’ April, 1972 li jistabbilixxi miżuri speċjali biex iħeġġu t-trobbija ta’ dud tal-ħarir, u partikolarment Artikolu 2(5) ta’ dan,

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72 [2] tat-2 ta’ Mejju, 1972, kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 884/73 [3], ippresrkiva r-regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna rigward dud tal-ħarir għas-snin ta’ trobbija 1972/73 u 1973/74; billi hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li tadotta regoli dettaljati rilevanti għall-applikazzjoni għas-sena ta’ trobbija 1973/74;

Billi, skond Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 845/72 u Artikolu 2(3) tar-Regolament (KEE) Nru 922/72, tingħata għajnuna biss għal kaxxi li jkun fihom kwantità minima ta’ bajd u li jkunu taw minimu ta’ produzzjoni ta’ fosdqiet; billi l-Istati Membri għandhom ikunu permessi li jiddeċiedu l-kwantitajiet minimi imma fid-dawl tal-kondizzjonijiet normali tal-produzzjoni fil-Komunità;

Billi Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 922/72 jgħid li Stati Membri jridu jdaħħlu kontroll li jassigura li l-prodott li għalih tintalab għajnuna jilħaq il-bżonnijiet għall-għoti ta’ din; billi, konsegwentement, applikazzjonijiet għal għajnuna sottomessi minn dawk li jrabbu għandhom jinkludu l-minimu ta’ informazzjoni meħtieġa għal dan il-kontroll;

Billi għandhom ikunu stabbiliti kondizzjonijiet uniformi għall-ħlas ta’ l-ammont ta’ għajnuna;

Billi Stati Membri huma awtorizzati li jagħtu għajnuna biss lil dawk li jrabbu li jkunu kisbu l-kaxxi tagħhom tal-bajd minn korp approvat u li jkunu taw lil korp approvat il-fosdqiet prodotti; billi għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni xierqa tas-sistema ta’ għajnuna, għandhom ikunu definiti l-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ korpi bħal dawn;

Billi, f’dan il-każ partikolari, biex ikun żgurat l-effett tas-sistema tal-kontroll li għaliha hawn riferenza fuq, applikazzjonijiet għal għajnuna għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikati maħruġa minn dawk il-korpi u għandhom ikunu ċċekkjati minn Stati Membri;

Billi l-miżuri li hemm ipprovdut għalihom f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal Kittien u Qanneb;

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tat-trobbija 1973/74, l-għajnuna li għaliha jirreferi Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 845/72 tingħata taħt il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli li ġejjin rigward dud tal-ħarir imrobbija fil-Komunità.

Artikolu 2

L-għajnuna tingħata biss rigward kaxxi:

(a) li jkun fihom ta’ l-inqas 20000 bajda tad-dud tal-ħarir tajbin għal tfaqqis;

(b) li jkunu taw għadd minimu ta’ fosdqiet magħżulin, li jkollhom dehra esterna tajba u li jkunu maturi, ta’ kulur u dimensjonijiet uniformi, ħielsa minn marki u sadid, u tajbin għat-tkebbib.

Il-produzzjoni minima li għaliha jirreferi l-punt (b) tkun deċiża mill-Istat Membru rilevanti u ma tistax tkun inqas minn 20 kg.

Artikolu 3

1. Tingħata għajnuna lil dawk li jrabbu d-dud tal-ħarir fuq applikazzjoni li trid tkun sottomessa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru, 1973. Kull wieħed minn dawk li jrabbu jista’ jissottometti applikazzjoni waħda biss.

2. L-Istat Membru jħallas l-ammont ta’ l-għajnuna lil dak li jrabbi fl-erba’ xhur segwenti għal dak li fih tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni.

Artikolu 4

1. L-applikazzjoni jkollha ta’ l-inqas:

- l-isem, l-indirizz u l-firma tal-parti li tagħmel l-applikazzjoni,

- l-għadd ta’ kaxxi tal-bajd użati u d-data jew id-dati li fihom dawn kienu riċevuti,

- il-kwantità ta’ fosdqiet prodotti minn dawn il-bajd u d-data jew id-dati li fihom twasslu dawn il-fosdqiet,

- il-post tal-ħażna tal-fosdqiet prodotti jew, jekk inbigħu u twasslu, l-isem u l-indirizz ta’ l-ewwel xerrej.

2. Fejn id-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 922/72 jridu jkunu applikati, applikazzjoni tkun ammissibbli biss jekk tkun akkumpanjata mill-attestazzjonijiet li għalihom jirreferi Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

1. Skond Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 922/72 korpi pubbliċi jew privati jistgħu jkunu approvati biss fejn il-kontijiet tagħhom jispeċifikaw ta’ l-inqas:

- l-għadd ta’ kaxxi mwassla, l-isem ta’ dak li jrabbi li lilu kienu konsenjati u d-data ta’ meta ntbagħtu,

- il-kwantità ta’ fosdqiet li jkunu waslu, l-isem ta’ dak li jrabbi li jissupplixxihom u d-data ta’ meta waslu.

2. Stati Membri jissottomettu korpi approvati għal kontroll li jkun jikkonsisti f’iċċekkjar, partikolarment, dwar il-ftehim bejn l-entraturi fil-kontijiet rilevanti u dawk fl-attestazzjonijiet li għalihom jirreferi Artikolu 6.

Artikolu 6

Il-korpi approvati joħorġu lil dawk li jrabbu:

- mhux iktar tard minn 40 jum wara li kunu ntbagħtu l-kaxxi tal-bajd, attestazzjoni li tispeċifika ta’ l-inqas l-isem u l-indirizz ta’ dak li jrabbi konċernat, l-għadd ta’ kaxxi mwassla, id-data ta’ meta ntbagħtu u d-data tal-ħruġ ta’ l-attestazzjoni;

- mhux aktar tard minn 40 jum wara jkunu waslu l-fosdqiet, attestazzjoni li tispeċifika ta’ l-inqas l-isem u l-indirizz ta’ dak li jrabbi konċernat, il-kwantità ta’ fosdqiet li jkunu waslu, id-data ta’ meta waslu u d-data tal-ħruġ ta’ l-attestazzjoni.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta’ April, 1973.

Għall-Kummissjoni

François-Xavier Ortoli

Il-President

[1] ĠU L 100, tas-27.4.1972, p. 1.

[2] ĠU L 106, tal-5.5.1972, p. 1.

[3] ĠU L 86, tal-31.3.1973, p. 34.

--------------------------------------------------

Top