This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31973L0404
Council Directive 73/404/EEC of 22 November 1973 on the approximation of the laws of the Member States relating to detergents
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru, 1973 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar id-deterġenti
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru, 1973 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar id-deterġenti
ĠU L 347, 17.12.1973, p. 51–52
(DA, DE, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 08/10/2005; Imħassar b' 32004R0648
Official Journal L 347 , 17/12/1973 P. 0051 - 0052
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 1 P. 0162
Greek special edition: Chapter 15 Volume 1 P. 0013
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 1 P. 0162
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0106
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 3 P. 0106
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru, 1973 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar id-deterġenti (73/404/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropej [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Billi l-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri biex jassiguraw il-biodegradabilità ta’ surfettanti ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor, li jirriżulta fi tfixkil għal kummerċ; Billi ż-żieda fl-użu ta’ deterġenti hija waħda mill-kawżi ta’ tniġġis ta’ l-ambjent naturali b’mod ġenerali u partikolarment it-tniġġis ta’ ilmijiet; Billi wieħed mill-effetti tat-tniġġis tad-deterġenti fuq ilmijiet, jiġifieri l-formazzjoni ta’ ragħwa fi kwantitajiet kbar li tirrestrinġi kuntatt bejn ilma u arja, jirrendi l-ossiġinazzjoni diffiċli, tinħoloq inkonvenjenza għal navigazzjoni, tfixkel il-fotosintesi meħtieġa għall-ħajja tal-flora akkwatika, teżerċita influwenza mhux favorevoli fuq id-diversi stadji tal-proċessi għall-purifikazzjoni tad-dranaġġ, tikkawża ħsara għal impjanti tal-purifikazzjoni tad-dranaġġ u tikkostitwixxi riskju mikrobijoloġiku indirett minħabba l-possibiltà ta’ trasferiment ta’ bakterja u mikrobi; Billi huwa mixtieq li jinżamm livell medju ta’ biodegradabilità ta’ deterġenti ta’ 90 % u billi t-teknoloġija u l-prattiċitajiet industrijali jagħmlu dan possibbli, u billi hija mixtieqa xorta waħda l-protezzjoni kontra inċertezzi ta’ metodi ta’ test li jistgħu jwasslu għal deċiżjonijiet ta’ rifjut li jkollhom konsegwenzi ekonomiċi importanti, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA L-Artikolu 1 Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, deterġent jfisser kwalunkwe prodott li l-kompożizzjoni tiegħu jkun sar studju speċjali bil-ħsieb li jkunu żviluppati l-kwalitajiet deterġenti tiegħu, u li jkun magħmul minn komponenti essenzjali (surfettanti) u, b’mod ġenerali, komponenti addizzjonali (aġenti awżiljarji, aġenti intensifikanti, addittivi li jimlew u komponenti awżiljarji oħra). L-Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ deterġenti fejn il-livell medju ta’ biodegradabilità tas-surfettanti misjuba fihom ikun anqas minn 90 % għal kull kategorija li ġejja: anjoniku, katjoniku, mhux ioniku u amfolitiku. L-użu ta’ surfettanti b’livell medju ta’ biodegradabilità ta’ mhux anqas minn 90 % m’għandhomx, taħt użu f’kondizzjonijiet normali, ikunu ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali. L-Artikolu 3 Ebda Stat Membru ma jista’, għal raġunijiet tal-biodegradabilità jew tossiċità ta’ surfettanti, jipprojbixxi jew jirrestrinġi jew ifixkel t-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ deterġenti li jaqblu mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. L-Artikolu 4 Il-konformità mal-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 2 għandha tkun stabbilita permezz tal-metodi ta’ l-ittestjar ipprovduti fid-Direttivi l-oħra tal-Kunsill, li jqisu kif mistħoqq in-nuqqas ta’ sigurtà ta’ metodi bħal dawn u tistabbilixxi t-tolleranzi relevanti. L-Artikolu 5 1. Jekk Stat Membru għandu jistabbilixxi, permezz ta’ proċeduri ta’ test magħmula fuq il-bażi tad-Direttivi li għalihom jirreferi l-Artikolu 4, li deterġent ma jaqbilx mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2, l-Istat Membru għandu jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ dak id-deterġent fit-territorju tiegħu. 2. Fil-każ li dak l-Istat Membru jieħu d-deċiżjoni li jipprojbixxi deterġent, huwa għandu immedjatament jinforma l-Istati Membri minn fejn ikun ġej il-prodott u l-Kummissjoni ta’ dan, billi jiddikjara r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u d-dettalji tat-testijiet li għalihom jirreferi l-paragrafu 1. Jekk l-Istat li minnu jiġi d-deterġent iqajjem oġġezzjonijiet għad-deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tikkunsulta mingħajr dewmien kemm lill-Istat Membru konċernat u, jekk xieraq, kull Stat Membru ieħor. Jekk ma jkunx possibbli li jintlaħaq qbil, il-Kummissjoni, fi żmien tliet xhur mid-data li tirċievi l-informazzjoni kif hemm ipprovdut fl-ewwel sotto-paragrafu għandha tikseb l-opinjoni ta’ wieħed mil-laboratorji li għalihom jirreferi l-Artikolu 6, imma mhux wieħed mil-laboratorji notifikati miż-żewġ Stati Membri konċernati taħt dak l-Artikolu. L-opinjoni għandha tinħareġ bl-użu tal-metodi ta’ referenza stabbiliti fid-direttivi li għalihom jirreferi l-Artikolu 4. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-opinjoni tal-laboratorju lill-Istati Membri kkonċernati li jistgħu, fi żmien xahar, jgħaddu l-kummenti tagħhom lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista’ fl-istess ħin tisma’ kull kumment mill-partijiet interessati dwar dik l-opinjoni. Wara li tagħti kas ta’ dawk il-kummenti, il-Kummissjoni għandha tagħmel kull rakkomandazzjoni meħtieġa. L-Artikolu 6 Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Istat Membru l-oħra u lill-Kummissjoni dwar il-laboratorju jew laboratorji awtorizzati biex iwettqu testijiet skond il-metodi ta’ referenza li għalihom jirreferi l-Artikolu 5(2). L-Artikolu 7 1. It-tagħrif li ġej għandu jidher b’karattri li jinqraw, viżibbli, u li ma jitħassrux fuq il-pakketti li fihom jitqiegħdu d-deterġenti għall-bejgħ lill-konsumatur: (a) l-isem tal-prodott, (b) l-isem jew l-isem kummerċjali u l-indirizz jew il-marka tal-kummerċ tal-parti responsabbli mit-tqegħid tal-prodott fis-suq. L-istess tagħrif għandu jidher fuq id-dokumenti kollha li jakkumpanjaw deterġenti trasportati bil-qabda. 2. L-Istati Membri jistgħu jissuġġettaw it-tqegħid fis-suq ta’ deterġenti fit-territorju tagħhom għall-użu ta’ l-ilsna nazzjonali tagħhom għat-tagħrif speċifikat fil-paragrafu 1. L-Artikolu 8 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar min-notifika tagħha u minnufih jgħarrfu b’dan lill-Kummissjoni. 2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jkun mgħarraf lill-Kummissjoni. L-Artikolu 9 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Novembru, 1973. Għall-Kunsill Il-President J. Kampmann [1] ĠU C 10, tal-5.2.1972, p. 29. [2] ĠU C 89, tat-23.8.1972, p. 13. --------------------------------------------------