Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31972R2760

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72 tad-19 ta' Diċembru 1972 li jikkonkludi l-protokoll addizzjonali u l-protokoll finanzjarju ffirmat fit-23 ta' Novembru 1970 u mehmuż mal-Ftehim li jwaqqaf Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Europea u t-Turkija u li jikkonċerna l-miżuri li għandhom jittieħdu għall-implimentazzjoni tagħhom

    ĠU L 293, 29.12.1972, p. 1–2 (DE, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1972/2760/oj

    Related international agreement
    Related international agreement
    Related international agreement

    31972R2760



    Official Journal L 293 , 29/12/1972 P. 0001 - 0002
    Finnish special edition: Chapter 11 Volume 1 P. 0130
    Greek special edition: Chapter 11 Volume 2 P. 0149
    Swedish special edition: Chapter 11 Volume 1 P. 0130
    Spanish special edition: Chapter 11 Volume 1 P. 0213
    Portuguese special edition Chapter 11 Volume 1 P. 0213


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72

    tad-19 ta' Diċembru 1972

    li jikkonkludi l-protokoll addizzjonali u l-protokoll finanzjarju ffirmat fit-23 ta' Novembru 1970 u mehmuż mal-Ftehim li jwaqqaf Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Europea u t-Turkija u li jikkonċerna l-miżuri li għandhom jittieħdu għall-implimentazzjoni tagħhom

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabblixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 238 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim li joħloq Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

    Wara li kkunsidra li l-Protokoll addizzjonali li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet,il-modalitajiet u l-miżuri ta' implimentazzjoni tal-fażi transitorja previst fl-Artikolu 4 tal-Ftehim li joħloq Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, Protokoll finanzjarju u att finali ġew iffirmati fi Brussel fit-23 ta' Novembru 1970,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    F'isem il-Komunità ġew konklużi, approvati u iffirmati l-Protokoll addizzjonali li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet, il-modalitajiet u l-miżuri ta' implimentazzjoni tal-fażi transitorja previst fl-Artikolu 4 tal-Ftehim li joħloq Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, id-dokumenti mehmuża, il-Protokoll finanzjarju u d-dikjarazzjonijiet mehmuża ma' l-att finali.

    It-testi taż-żewġ Protokolli u ta' l-Att finali huma mehmuża ma' dan ir-Regolament.

    Id-disposizzjonijiet taż-żewġ Protokolli, b'konformità rispettivament ma' l-Artikolu 63, il-paragrafu 2, u l-Artikolu 12, il-paragrafu 2, għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara d-data ta' l-iskambju ta' l-istrumenti ta' ratifika u ta' l-att ta' notifika msemmi fil-paragrafu 1 ta'l-imsemmija Artikoli.

    Artikolu 2

    Fir-rigward tal-Komunità il-President tal-Kunsill tal-Komunità Ewropea jistabbilixxi l-att tan-notifika. bl-applikazzjoni rispettiva ta' l-Artikoli 63 u 12 taż-żewġ Protokolli.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jumm mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Diċembru 1972.

    Għall-Kunsill

    Il President

    T. Westerterp

    --------------------------------------------------

    Top