EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31970R2598

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2598/70 tat-18 ta' Diċembru 1970 li jispeċifika l-entrati li għandhom jiġu inklużi taħt id-diversi intestaturi fil-formoli tal-kontijiet murija fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1108/70 ta' l-4 ta' Ġunju 1970

ĠU L 278, 23.12.1970, p. 1–5 (DE, FR, IT, NL)
Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1970(III) P. 899 - 903

Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/06/2006; Imħassar b' 32006R0851

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1970/2598/oj

31970R2598



Official Journal L 278 , 23/12/1970 P. 0001 - 0005
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 1 P. 0110
Danish special edition: Series I Chapter 1970(III) P. 0796
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 1 P. 0110
English special edition: Series I Chapter 1970(III) P. 0899
Greek special edition: Chapter 07 Volume 1 P. 0165
Spanish special edition: Chapter 07 Volume 1 P. 0161
Portuguese special edition Chapter 07 Volume 1 P. 0161


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2598/70

tat-18 ta' Diċembru 1970

li jispeċifika l-entrati li għandhom jiġu inklużi taħt id-diversi intestaturi fil-formoli tal-kontijiet murija fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1108/70 ta' l-4 ta' Ġunju 1970

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1108/70 [1] ta' l-4 ta' Ġunju 1970 li jintroduċi sistema ta' kontabilità għall-ispiża fuq l-infrastruttura fuq trasport bil-ferroviji, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni, b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) ta' dan ir-Regolament,

Wara li kkunsidrat l-opinjonijiet espressi mill-membri tal-Kumitat ta' l-esperti tal-Gvern,

Billi l-Kummissjoni hija responsabbli għall-koordinazzjoni tax-xogħol meħtieġ minn dan ir-Regolament; billi l-Kummissjoni hija responsabbli b'mod partikulari sabiex tistabbilixxi liema punti għandhom jiġu inklużi taħt id-diversi intestaturi fil-formoli tal-kontijiet murija fl-Anness I ta' dak ir-Regolament; billi l-introduzzjoni ta' sistema ta' kontabilità standard u permanenti dwar l-ispiża fl-infrastruttura trid issir effettiva mill-1 ta' Jannar 1971; billi d-dispożizzjonijiet xierqa iridu jiġu adottati fi żmien biżżejjed li jassigura li l-formoli tal-kontijiet ikunu applikati b'mod uniformi mill-bidu bejn id-diversi Stati Membri u l-mezzi differenti ta' trasport;

Billi l-passi li għandhom jittieħdu għandhom jinkludu kemm dak li jiġi definit fis-sens tal-kelma "infrastruttura", billi jiġi speċifikat dwar kull mezz ta' trasport l-installazzjonijiet, il-bini u l-apparat li jaqa' taħt dik il-kelma, u billi jiġi speċifikat ix-xorta ta' spejjeż li għandhom jidħlu taħt id-diversi intestaturi fil-formoli tal-kontijiet;

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu Waħdieni

L-entrati li għandhom jiġu inklużi taħt id-diversi intestaturi fil-formoli tal-kontijiet murija fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1108/70 ta' l-4 ta' Ġunju 1970 għandhom jiġu stabbiliti skond l-Annessi I u II ta' dan ir-Regolament, u għandhom jiffurmaw parti integrali minnu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta' Diċembru 1970.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Franco M. Malfatti

[1] ĠU L 130,tal-15.7.1970, p. 4.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Definizzjoni u skop tal-kliem "Infrastruttura Tat-Trasport"

Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1108/70 ta' l-4 ta' Ġunju 1970, "infrastruttura tat-trasport" tfisser ir-rotot u l-istallazzjonijiet fissi kollha tat-tliet mezzi ta' trasport, li jkunu rotot u stallazzjonijiet neċessarji għaċ-ċirkolazzjoni u għas-sigurtà tat-traffiku.

A. FERROVIJI

L-infrastruttura tal-ferroviji tikkonsisti fl-affarijiet segwenti, sakemm dawn jiffurmaw parti mil-linja permanenti, li tinkludi l-binarji ż-żgħar tal-ġenb, iżda teskludi l-linji li qegħdin fil-postijiet fejn jissewwew il-magni tal-ferrovija, fl-imħażen jew fl-imħażen lokomottivi, u branki ta' linji u binarji żgħar privati:

- Żona terrana;

- Il-linja tal-ferrovija u l-istruttura nnifisha, b'mod partikulari, l-imbankamenti, it-taħfir fl-art, il-kanali u fossi tad-drenaġġ, il-kanali ta' taħt il-ferrovija, il-ħitan li jgħattu dawn l-istrutturi, l-impjant ta' rampi fil-ġenb għall-protezzjoni eċċ.; pjattaformi għall-passiġġieri u għall-merkanzija; mogħdijiet erbgħa tal-mixi u mogħdijiet tal-mixi; il-ħitan li jservu għall-għeluq, sisien, ċnut; strippi ta' protezzjoni min-nar; l-apparat li jintuża' fil-postijiet ta' sħana; fejn il-linji tal-ferroviji jaqsmu ma' xulxin, eċċ; paraventi ta' protezzjoni mill-borra;

- Strutturi ta' l-inġinerija: ponti, kanali li jaqsmu minn taħt il-ferroviji u mogħdijiet li jgħaddu minn fuq, mini, taħfir ta' l-art għoli u mogħdijiet oħra li jgħaddu minn fuq; ħitan li jservu għall-appoġġ, u strutturi għall-protezzjoni kontra l-valangi u l-ġebel li jaqa' eċċ;

- Postijiet fejn il-linji tal-ferroviji jaqsmu ma' xulxin li jkunu fuq livell wieħed, li jinkludi l-apparat li jassigura s-sigurtà fit-traffiku tat-triq;

- Is-soprastruttura, b'mod partikolari: linji, linji spirali u ta' kontroll; travi ta' taħt il-linji u dawk li jżommu l-istruttura lonġitudinali, strutturi żgħar għall-mogħdija permanenti, saborra li tinkludi ż-żrar u r-ramel; punti, postijiet fejn il-linji tal-ferroviji jaqsmu ma' xulxin, eċċ.; l-istrutturi li jiddirezzjonaw il-linji u li jittraversaw (barra minn dawk li huma riservati esklussivament għal-lokomottivi);

- Mezzi ta' aċċess għall-passiġġieri u l-merkanzija, inkluż l-aċċess bit-triq;

- Sigurtà, sinjalazzjoni u stallazzjonijiet ta' telekomunikazzjoni fil-linji tal-ferrovija miftuħa, fl-istazzjonijiet u fil-wesgħa tal-ferroviji tal-merkanzija, inkluż l-impjant għal ġenerazzjoni, trasformazzjoni u distribuzzjoni tal-kurrent elettriku sabiex isiru s-sinjalazzjonijiet u t-telekomunikazzjonijiet; bini għal dawn l-istallazzjonijiet u impjanti; brejkijiet fil-linji;

- Stallazzjonijiet tad-dwal tat-traffiku u s-sigurtà;

- Impjant għat-trasformazzjoni u t-trasportazzjoni tal-kurrent elettriku minħabba t-trasport tal-merkanzija permezz tal-ferroviji: stazzjonijiet sussidjarji, provvista ta' kejbils bejn l-istazzjonijiet sussidjarji u l-fili tal-kuntatt, katenarji u appoġġ; it-tielet linja bl-appoġġ;

- Bini użat għad-dipartiment ta' l-infrastruttura, inkluż l-użu ta' parti għall-istallazzjoni għall-ġabra tal-ħlas mitlub għat-trasport.

B. TOROQ

L-infrastrutta fit-toroq tikkonsisti fl-affarijiet segwenti:

- Art;

- Xogħol fit-toroq qabel l-iċċangar: it-taħfir, iċ-ċnut, ix-xogħol tad-drenaġġ, eċċ.; l-appoġġ u l-mili tal-ħofor;

- Xogħol fil-pavimenti u xogħol anċillari: il-korsi tal-pavimenti, inkluż ix-xogħol magħmul fuqhom sabiex ma jgħaddix l-ilma minnhom, ix-xifer, ir-riserva ċentrali, il-kanali ta' l-ilma u faċilitajiet oħra tad-drenaġġ, il-medda tat-triq għall-waqfien ta' emerġenza tal-vetturi u spazji oħra għal waqfien ta' emerġenza, l-ispazju fejn il-vetturi jistgħu jieqfu mingħajr ma jostakolaw it-traffiku u postijiet ta' l-ipparkjar fit-toroq miftuħin (inkluż fit-toroq għall-aċċess, ipparkjar u sinjali tat-traffiku), l-ispazji għall-ipparkjar f'postijiet żviluppati fuq art pubblika, it-tħawwil ta' xtieli u t-tiżjin tal-pajsaġġ, stallazzjonijiet intenzjonati għas-sigurtà eċċ.;

- Strutturi ta' l-inġinerija: ponti, kanali li jaqsmu minn taħt, mogħdijiet li jgħaddu minn fuq, mini, strutturi għall-protezzjoni kontra l-valangi, oġġetti ta' protezzjoni mill-borra eċċ.;

- Postijiet fejn it-toroq jiltaqgħu ma' xulxin fuq l-istess livell;

- Sinjali u senjalazzjoni tat-traffiku u stallazzjonijiet tat-telekomunikazzjoni;

- Stallazzjonijiet tad-dawl;

- Stallazzjonijiet li jiġbru l-ħlas, mijters ta' l-ipparkjar;

- Bini użat mid-dipartiment ta' l-infrastruttura.

Ċ. PASSAĠĠI FUQ L-ILMA INTERNI

L-infrastruttura tal-passaġġi fuq l-ilma interni tikkonsisti fl-affarijiet segwenti:

- Art;

- Kanal (xogħlijiet ta' l-art, baċiri tal-kanali u kisi, sollijiet, ilqugħ, mogħdijiet dojoq, mogħdijiet ta' l-irmonk u toroq ta' servizz), protezzjoni tal-ġnub, akwadotti li jġorru l-kanali, siphons u kondotti, mini tal-kanali, baċiri ta' servizz użati esklussivament sabiex jingħataw kenn il-bastimenti;

- Xogħlijiet sabiex jitwaqqaf il-passaġġu għas-sigurtà, passaġġi għall-ilma miġbur biex jinżel bil-gravità, baċiri u ġibjuni li jaħżnu l-ilma li jżid u jirregola l-livell ta' l-ilma, strutturi li jikkontrollaw l-ilma, apparat li bih titkejjel it-tnixxija ta' l-ilma, reġistraturi tal-livelli u strumenti ta' twissija;

- Milqgħi jew digi (li huma mibnija matul il-qiegħ ta' xmara sabiex iżommu fond suffiċjenti ta' ilma għan-navigazzjoni u sabiex jirriduċu l-ħeffa tat-tnixxija ta' l-ilma billi joħolqu daqqiet u mezzi li jiddirezzjonaw l-ilma), strutturi assoċjati (slielem tal-ħut, kanali ta' soljev);

- Il-magħluq tal-kanali, liftijiet u pjanijiet inklinati, li jinkludu l-baċiri ta' stennija u l-baċiri għall-ekonomija ta' l-ilma;

- Apparat ta' l-irmiġġ u mollijiet ta' gwida (bagi ta' l-irmiġġ, dolphins, bitti ta' l-irmiġġ, bolards, rixtelli u oġġetti għall-protezzjoni);

- Pontijiet mobbli;

- Stallazzjonijiet ta' bagi fil-kanali, sinjalazzjoni, sigurtà, telekomunikazzjoni u dawl;

- Stallazzjoni ta' mezzi biex jiġi kkontrollat it-traffiku;

- Stallazzjonijiet li jiġbru l-ħlas tat-tollijiet;

- Bini użat mid-dipartimenti ta' l-infrastruttura.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Definizzjoni ta' l-ispiża li għandha tidhol fid-diversi intestaturi magħmula fil-formoli tal-kontijiet murija fl-Anness I Tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1108/70 ta' L-4 ta' Ġunju 1970

A. OSSERVAZZJONIJIET ĠENERALI

1. L-ispiża li għandha titniżżel fil-kontijiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 2(2) tar-Regolament hawn fuq imsemmi għandha tkun dik li seħħet direttament sabiex titħallas l-ispiża tax-xogħol, servizzi u provvisti inkonnessjoni mal-kostruzzjoni, it-tmexxija u l-amministrazzjoni ta' l-infrastruttura. Dawn id-dispożizzjonijiet jeskludu għalhekk li fil-kontijiet jitniżżlu approprjazzjonijiet annwali għat-tiġdid, fondi ta' assigurazzjoni jew riservi mwaqqfa sabiex ikopru spejjeż futuri.

2. Fil-każ ta' kull infrastruttura, l-ispiża li għandha titqies taħt id-diversi intestaturi fil-formoli tal-kontijiet hija l-ispiża totali li tintefaq fir-rigward ta' dik l-infrastruttura, irrispettivament mill-mod ta' kif l-ispiża hija ffinanzjata.

Madanakollu, fil-każ li żewġ amministrazzjonijiet ta' l-infrastruttura jew iżjed jidħlu fi spejjeż ta' stallazzjoni diretti jew indiretti fir-rigward ta' l-istess spiża ta' infrastruttura, hija dik l-ispiża netta biss illi għandha titħallas minn kull amministrazzjoni li għandha tiġi inkluża mal-kontijiet tagħhom. Barraminnhekk, meta l-kumpens jingħata mill-awtoritajiet pubbliċi lil ċerti amministrazzjonijiet ta' l-infrastruttura, l-ammont ta' dak il-kumpens għandu jiġi mnaqqas mill-ispiża magħmula minn dawk l-amministrazzjonijiet.

3. Il-valur ta' stallazzjonijiet jew apparat żarmat, jekk mibjugħ jew użat diversi drabi, għandu jiġi kkumpensat ma' l-ispiża magħmula taħt it-titoli xierqa fil-formoli ta' kontijiet, suġġett, fil-każ ta' linji tal-ferrovija, għal kwalunkwe dispożizzjonijiet speċjali konnessi li jinsabu fi ftehim magħmul bejn l-impriżi tal-ferroviji u l-awtoritarjiet pubbliċi.

4. L-ispiża relatata max-xiri, kura u operat ta' l-apparat u għodda speċjalizzati użati mid-dipartiment ta' l-infrastruttura u l-ispiża relatata mat-trasport użat għall-iskop tas-servizz ta' dak id-dipartiment għandhom isiru taħt l-intestaturi xierqa fil-formoli tal-kontijiet, jew jekk dan ma jsirx, taħt it-titolu "Spejjeż ġenerali".

5. Il-ħlas mitlub fil-postijiet u l-imħażen tax-xogħol għandhom normalment jiġu mniżżla fil-prezz tal-fattura ta' l-oġġetti u l-materjali pprovduti lid-dipartiment ta' l-infrastruttura. Fejn dan il-ħlas dirett ma jistax isir, dawn il-ħlasijiet għandhom jiġu mniżżla taħt it-titolu "Spejjeż ġenerali".

B. DESKRIZZJONI TAL-PUNTI LI GĦANDHOM JIĠU MNIŻŻLA TAĦT ID-DIVERSI INTESTATURI

1. Intestaturi komuni għat-tliet mezzi ta' trasport

- L-ispiża ta' investiment (titoli A1, B1, C1)

L-ispiża ta' investiment tinkludi l-ispiża totali (fir-rigward ta' persunal, merkanzija u servizzi pprovduti minn terzi) marbuta mal-kostruzzjoni, estensjoni, rikostruzzjoni u rinnovazzjoni ta' l-istallazzjonijiet ta' l-infrastruttura, inklużi l-ispejjeż inċidentali u l-ispejjeż ta' riċerka konnessa ma' dan ix-xogħol. Madanakollu, din id-definizzjoni m'għandhiex tipprekludi skrizzjonijiet, bis-saħħa ta' dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali, ta' ċerti spejjeż minuri ta' investiment taħt l-intestatura "Spejjeż kurrenti".

- Spejjeż kurrenti (titoli A2, B2, C2)

L-ispejjeż kurrenti għandhom jinkludu l-ispiża totali (fir-rigward ta' persunal, merkanzija u servizzi pprovduti minn terzi) marbuta mal-manutenzjoni u t-tħaddim ta' l-infrastruttura.

- Spejjeż ġenerali (intestaturi A3, B4, C4)

L-ispejjeż ġenerali jinkludu l-ispiża totali tad-dipartimenti konnessa ma' l-amministrazzjoni, is-sorveljanza, u spezzjoni responsabbli speċifikatament għall-ħolqien u t-tmexxija ta' l-infrastruttura, kif ukoll dik il-porzjon ta' l-ispiża tad-dipartimenti amministrattivi ġenerali kkonċernati direttament li għandha tiġi mħallsa mill-infrastruttura. L-ispejjeż ġenerali jkopru ukoll l-ispiża l-oħra kollha li ma ġietx ikkunsidrata direttament taħt kwalunkwe intestatura oħra fil-formoli tal-kontijiet.

L-ispejjeż koperti jinkludi b'mod partikulari dan li ġej:

- spejjeż għall-ħlas tal-pagi tal-persunal u għall-ispejjeż operattivi għad-dipartimenti ċentrali, reġjonali u lokali amministrattivi u tekniċi, spejjeż inkonnessjoni mas-sorveljanza u xogħol;

- ħlas tal-pensjonijiet ta' rtirar għall-persunal permanenti, u ħlas ieħor ta' l-impjegati (benefiċċji tal-familja, kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema, premiums għall-assigurazzjoni mill-inċidenti, kontribuzzjonijiet għall-iskemi ta' pensjoni tal-persunal barra mill-persunal permanenti, eċċ.);

- l-ispiża relatata mas-servizzi ta' akkomodazzjoni pprovduti għall-persunal impjegat fid-dipartiment ta' l-infrastruttura, wara li tiġi mnaqqsa l-kera li jintalab il-ħlas għaliha;

- spiża relatata mas-servizzi tal-bini għat-tiswija u dipartiment tal-manutenzjoni (b'mod partikolari xelters, imħażen ta' l-għodda) sakemm din ma tkunx ġiet meqjusa direttament taħt l-intestaturi l-oħra bħala formoli ta' kontijiet.

2. Intestaturi għat-trasport bit-triq biss

- Spiża fir-rigward tal-manutenzjoni ta' l-uċuħ tat-toroq (intestatura B20)

Din tkopri prinċipalment l-ispiża fir-rigward ta' xogħlijiet marbuta mar-reżistenza mekkanika tat-toroq għat-tagħbijiet li jkunu suġġetti għalihom. Dan jinkludi kemm l-ispiża fir-rigward ta' tiswija fil-wiċċ tal-pavimenti flessibbli u l-ispiża fir-rigward tal-manutenzjoni tas-sezzjoni għall-pavimenti riġidi.

- Pulizija tat-traffiku (intestatura B3)

L-ispiża fuq il-pulizija tat-traffiku tinkludi l-ispiża totali tas-servizzi tal-pulizija li jintalab il-ħlas tagħha minħabba s-sorveljanza tat-traffiku u l-funzjonijiet tal-kontroll, li tinkludi l-ispiża fuq il-bini, vetturi u apparat għall-użu speċjali ta' dawn is-servizzi.

3. Intestatura għall-passaġġi fuq l-ilma interni biss

- Pulizija tal-passaġġi fuq l-ilma interni (intestatura C3)

L-ispiża fuq il-pulizija tal-passaġġi fuq l-ilma interni tinkludi l-ispiża totali għall-pulizija tal-passaġġi fuq l-ilma, inkluża l-ispiża fuq il-bini, mollijiet u bastimenti għall-użu speċjali ta' dawn is-servizzi.

--------------------------------------------------

Top