This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22024D0321
Decision of the EEA Joint Committee No 193/2021 of 9 July 2021 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) to the EEA Agreement [2024/321]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 193/2021 tad-9 ta’ Lulju 2021 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/321]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 193/2021 tad-9 ta’ Lulju 2021 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/321]
ĠU L, 2024/321, 8.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/321/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/321 |
8.2.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 193/2021
tad-9 ta’ Lulju 2021
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/321]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/412 tat-8 ta’ Marzu 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/962 fir-rigward tar-reviżjoni tas-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni tal-etossikina bħala addittiv fl-għalf (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/420 tad-9 ta’ Marzu 2021 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1097 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-estratti rikki tal-luteina u tal-luteina/taż-żeaksantina mit-Tagetes erecta bħala addittivi tal-għalf għall-pollam (ħlief għad-dundjani) għat-tismin u għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta’ pollam tas-simna u tal-bajd (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/421 tad-9 ta’ Marzu 2021 dwar l-awtorizzazzjoni tat-tintura derivata mill-Artemisia vulgaris L. (tintura tal-artemisja) bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet tal-annimali kollha (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(4) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/422 tad-9 ta’ Marzu 2021 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tal-bajd (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: Lactosan GmbH & Co KG) (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(5) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/426 tal-10 ta’ Marzu 2021 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1263/2011 fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tal-Lactococcus lactis (NCIMB 30160) bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(6) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/485 tat-22 ta’ Marzu 2021 dwar l-awtorizzazzjoni bħala addittivi fl-għalf taż-żejt essenzjali tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, l-oleoreżina tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe għat-tiġieġ tas-simna, it-tiġieġ tal-bajd, id-dundjani tas-simna, il-qżieqeż, il-ħnieżer tas-simna, il-ħnieżer nisa, il-baqar tal-ħalib, l-għoġġiela tas-simna (sostituti tal-ħalib), il-bhejjem tal-ifrat tas-simna, in-nagħaġ, il-mogħoż, iż-żwiemel, il-fniek, il-ħut u l-annimali tad-dar u tat-tintura tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe għaż-żwiemel u l-klieb (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(7) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/505 tat-23 ta’ Marzu 2021 dwar iċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni tal-aċidu fosforiku 60 % fuq mezz ta’ ġarr tas-silika bħala addittiv fl-għalf li jappartjeni għall-grupp funzjonali ta’ preservattivi (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(8) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/506 tat-23 ta’ Marzu 2021 dwar l-awtorizzazzjoni tas-sustanza metantijol bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(9) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/507 tat-23 ta’ Marzu 2021 li jikkonċerna t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-idroklorur tal-piridossina (vitamina B6) bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 515/2011 (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(10) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/508 tat-23 ta’ Marzu 2021 li jikkonċerna t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes miftuma u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 170/2011 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: Prosol S.p.A.) (10) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(11) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/551 tat-30 ta’ Marzu 2021 dwar l-awtorizzazzjoni tal-estratt taż-żagħfran tal-Indja, iż-żejt taż-żagħfran tal-Indja, l-oleoreżina taż-żagħfran tal-Indja mir-riżoma tal-Curcuma longa L. bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u tat-tintura taż-żagħfran tal-Indja mir-riżoma tal-Curcuma longa L. bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel u l-klieb (11) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(12) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/507 iħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 515/2011 (12) li huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(13) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/508 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2011 (13) li huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(14) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(15) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 2zw (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1263/2011):
|
|
2. |
Dan li ġej jiżdied fil-punt 218 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/962): “, kif emendat minn:
|
|
3. |
Dan li ġej jiżdied fil-punt 353 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1097): “, kif emendat minn:
|
|
4. |
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 398 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/367):
|
|
5. |
Jitħassru t-testi tal-punt 2zf (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 515/2011) u tal-punt 2t (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2011). |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/412, (UE) 2021/420, (UE) 2021/421, (UE) 2021/422, (UE) 2021/426, (UE) 2021/485, (UE) 2021/505, (UE) 2021/506, (UE) 2021/507, (UE) 2021/508 u (UE) 2021/551 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Lulju 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2021.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Rolf EINAR FIFE
(2) ĠU L 83, 10.3.2021, p. 16.
(3) ĠU L 83, 10.3.2021, p. 21.
(4) ĠU L 83, 10.3.2021, p. 25.
(5) ĠU L 84, 11.3.2021, p. 18.
(6) ĠU L 100, 23.3.2021, p. 3.
(7) ĠU L 102, 24.3.2021, p. 1.
(8) ĠU L 102, 24.3.2021, p. 4.
(9) ĠU L 102, 24.3.2021, p. 8.
(10) ĠU L 102, 24.3.2021, p. 11.
(11) ĠU L 111, 31.3.2021, p. 3.
(12) ĠU L 138, 26.5.2011, p. 40.
(13) ĠU L 49, 24.2.2011, p. 8.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/321/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)