This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22023D1459
Decision No 1/2023 of the Joint European Union/Switzerland Air Transport Committee set up under the Agreement between the European Community and the Swiss Confederation on Air Transport of 9 June 2023 replacing the Annex to the Agreement between the European Community and the Swiss Confederation on Air Transport [2023/1459]
Id-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Konġunt dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru tad-9 ta’ Ġunju 2023 li tissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru [2023/1459]
Id-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Konġunt dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru tad-9 ta’ Ġunju 2023 li tissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru [2023/1459]
C/2023/3744
ĠU L 179, 14.7.2023, p. 119–146
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
14.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/119 |
ID-DEĊIŻJONI Nru 1/2023 TAL-KUMITAT KONĠUNT DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-IŻVIZZERA STABBILIT PERMEZZ TAL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU
tad-9 ta’ Ġunju 2023
li tissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru [2023/1459]
IL-KUMITAT DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-IŻVIZZERA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (“il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
L-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim, mill-15 ta’ Lulju 2023.
Magħmul f’Bern u fi Brussell, fid-9 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kumitat Konġunt
Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea
Filip CORNELIS
Il-Kap tad-Delegazzjoni Żvizzera
Christian HEGNER
ANNESS
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:
— |
Bis-saħħa tat-Trattat ta’ Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea għandha tissostitwixxi u tissuċċedi l-Komunità Ewropea; |
— |
Kull fejn l-atti speċifikati f’dan l-Anness fihom referenzi għall-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, kif sostitwita bl-Unjoni Ewropea, jew rekwiżit għal rabta ma’ din tal-aħħar, ir-referenzi għandhom, għall-fini tal-Ftehim, jinftiehmu li japplikaw b’mod ugwali għall-Iżvizzera jew għar-rekwiżit ta’ rabta mal-Iżvizzera; |
— |
Ir-referenzi għar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 u (KEE) Nru 2408/92 li saru fl-Artikoli 4, 15, 18, 27 u 35 tal-Ftehim, għandhom jinftiehmu bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 ta’ dan il-Ftehim, it-terminu “trasportatur tal-ajru Komunitarju” li ssir referenza għalih fid-Direttivi u fir-Regolamenti tal-Unjoni li ġejjin għandu jinkludi trasportatur tal-ajru bil-liċenzja u li jkollu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu u, jekk jeżisti, l-uffiċju reġistrat tiegħu fl-Iżvizzera f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008. Kwalunkwe referenza għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 għandha tinftiehem bħala referenza għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008; |
— |
Kwalunkwe referenza fit-testi li ġejjin għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat jew għall-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tinftiehem li tfisser l-Artikoli 8 u 9 ta’ dan il-Ftehim. |
1. Liberalizzazzjoni tal-avjazzjoni u regoli oħra tal-avjazzjoni ċivili
Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi bl-ajru fil-Komunità, (Riformulazzjoni), ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament (UE) 2018/1139, ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1, |
— |
ir-Regolament (UE) 2020/696, ĠU L 165, 27.5.2020, p. 1, |
— |
ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2114, ĠU L 426, 17.12.2020, p. 1; ir-Regolament (UE) 2020/2114 huwa totalment applikabbli fl-Iżvizzera mit-18.12.2020, |
— |
ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2115, ĠU L 426, 17.12.2020, p. 4; ir-Regolament (UE) 2020/2115 huwa totalment applikabbli fl-Iżvizzera mit-18.12.2020. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/79 tas-27 ta’ Novembru 2000 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol ta’ Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Ajru (IACA) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 302, 1.12.2000, p. 57.
Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9.
Ir-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2003 dwar il-prospetti ta' l-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru, ĠU L 66, 11.3.2003, p. 1.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1358/2003 tal-31 ta’ Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru u li jemenda l-Annessi I u II tiegħu, ĠU L 194, 1.8.2003, p. 9, kif emendat bi:
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 158/2007, ĠU L 49, 17.2.2007, p. 9. |
Ir-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplani, ĠU L 138, 30.4.2004, p. 1, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 285/2010, ĠU L 87, 7.4.2010, p. 19, |
— |
ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1118, ĠU L 243, 29.7.2020, p. 1. |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta’ Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità, ĠU L 14, 22.1.1993, p. 1, (l-Artikoli 1-12) kif emendat bi:
— |
ir-Regolament (KE) Nru 793/2004, ĠU L 138, 30.4.2004, p. 50, |
— |
ir-Regolament (UE) 2020/459, ĠU L 99, 31.3.2020, p. 1, |
— |
ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1477, ĠU L 338, 15.10.2020, p. 4, |
— |
ir-Regolament (UE) 2021/250, ĠU L 58, 19.2.2021, p. 1; il-paragrafi 1 u 4 tal-Artikolu 10a tar-Regolament (KEE) Nru 95/93, kif emendati mill-paragrafu (6) tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2021/250, huma applikabbli fl-Iżvizzera mill-20.2.2021, |
— |
ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1889, ĠU L 384, 29.10.2021, p. 20, |
— |
ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/255, ĠU L 42, 23.2.2022, p. 1, |
— |
ir-Regolament (UE) 2022/2038, ĠU L 275, 25.10.2022, p. 14. |
Id-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 70, 14.3.2009, p. 11.
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta’ Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità, ĠU L 272, 25.10.1996, p. 36, l-Artikoli 1-9, 11-23, u 25.
Ir-Regolament (KE) Nru 80/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar Kodiċi ta’ Kondotta għal sistemi ta’ riservazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 35, 4.2.2009, p. 47.
2. Regoli tal-kompetizzjoni
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1, (l-Artikoli 1-13, 15-45)
(Sal-estent fejn dan ir-Regolament huwa rilevanti għall-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. L-inserzjoni ta’ dan ir-Regolament ma taffettwax it-tqassim tal-kompiti skont dan il-Ftehim.)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2008, ĠU L 171, 1.7.2008, p. 3. |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.
(Artikoli 1-18, 19(1)-(2), u 20-23)
Fir-rigward tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera għandu japplika dan li ġej:
(1) |
Fir-rigward ta’ konċentrazzjoni kif definita fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 li ma għandhiex dimensjoni Komunitarja skont it-tifsira tal-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament u li tista’ tiġi rieżaminata skont il-liġijiet tal-kompetizzjoni nazzjonali ta’ minn tal-inqas tliet Stati Membri tal-KE u l-Konfederazzjoni Żvizzera, il-persuni jew l-impriżi msemmija fl-Artikolu 4(2) ta’ dak ir-Regolament jistgħu, qabel kwalunkwe notifika lill-awtoritajiet kompetenti, jinformaw lill-Kummissjoni tal-KE permezz ta’ sottomissjoni motivata li l-konċentrazzjoni jenħtieġ li tiġi eżaminata mill-Kummissjoni. |
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tittrażmetti s-sottomissjonijiet kollha skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 u l-paragrafu preċedenti lill-Konfederazzjoni Żvizzera mingħajr dewmien. |
(3) |
Fejn il-Konfederazzjoni Żvizzera tkun esprimiet li ma taqbilx mat-talba biex tirreferi l-każ, l-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni Żvizzera għandha żżomm il-kompetenza tagħha, u l-każ ma għandux jiġi riferut mill-Konfederazzjoni Żvizzera skont dan il-paragrafu. |
Fir-rigward tal-limiti ta’ żmien msemmija fl-Artikolu 4(4) u (5), fl-Artikoli 9(2) u (6), u fl-Artikoli 22(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet:
(1) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tittrażmetti d-dokumenti rilevanti kollha lill-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni Żvizzera skont l-Artikolu 4(4) u (5), l-Artikoli 9(2) u (6) u l-Artikolu 22(2) mingħajr dewmien. |
(2) |
Il-kalkolu tal-limiti ta’ żmien imsemmija fl-Artikolu 4(4) u (5), fl-Artikolu 9(2) u (6), u fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandu jibda, għall-Konfederazzjoni Żvizzera, mal-wasla tad-dokumenti rilevanti mill-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni Żvizzera. |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 133, 30.4.2004, p. 1, (l-Artikoli 1-24), kif emendat bi:
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006, ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2008, ĠU L 279, 22.10.2008, p. 3, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1269/2013, ĠU L 336, 14.12.2013, p. 1. |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja f’ċerti intrapriżi (Verżjoni kkodifikata) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17.
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 487/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru (Verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 148, 11.6.2009, p. 1.
3. Sikurezza tal-avjazzjoni
Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1087, ĠU L 236, 5.7.2021, p. 1. |
L-Aġenzija għandha tgawdi s-setgħat mogħtija lilha skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament fl-Iżvizzera wkoll.
Il-Kummissjoni għandha tgawdi s-setgħat mogħtija lilha għad-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 2(6) u (7), l-Artikolu 41(6), l-Artikolu 62(5), l-Artikolu 67(2) u (3), l-Artikolu 70(4), l-Artikolu 71(2), l-Artikolu 76(4), l-Artikolu 84(1), l-Artikolu 85(9), l-Artikolu 104(3)(i), l-Artikolu 105(1) u l-Artikolu 106(1) u (6) fl-Iżvizzera wkoll.
Minkejja l-adattament orizzontali previst fit-tieni inċiż tal-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” li saru fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 u msemmija fl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139 ma għandhomx jinftiehmu li japplikaw għall-Iżvizzera.
Xejn f’dan ir-Regolament ma għandu jitqies bħala trasferiment lill-awtorità EASA biex taġixxi f’isem l-Iżvizzera fil-qafas ta’ ftehimiet internazzjonali għal finijiet oħra għajr li tassisti fil-qadi tal-obbligi tagħha skont tali ftehimiet.
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara bl-adattamenti li ġejjin:
(a) |
L-Artikolu 68 huwa emendat kif ġej:
|
(b) |
Fl-Artikolu 95 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. B’deroga mill-Artikolu 12(2)(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, iċ-ċittadini Żvizzeri li jgawdu mid-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadini jistgħu jiġu impjegati b’kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija.” |
(c) |
Fl-Artikolu 96 jiżdied il-paragrafu li ġej: “L-Iżvizzera għandha tapplika għall-Aġenzija l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, li huwa stabbilit bħala l-Anness A ta’ dan l-Anness, f’konformità mal-Appendiċi tal-Anness A.” |
(d) |
Fl-Artikolu 102 jiżdied il-paragrafu li ġej: “5. “L-Iżvizzera għandha tipparteċipa għalkollox fil-Bord Amministrattiv u fih għandu jkollha l-istess drittijiet u obbligi bħall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, għajr id-dritt li tivvota”. |
(e) |
Fl-Artikolu 120 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “13. L-Iżvizzera għandha tipparteċipa fil-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1(b), skont il-formula li ġejja: S (0,2/100) + S [1 - (a+b) 0,2/100] c/C fejn:
|
(f) |
Fl-Artikolu 122 jiżdied il-paragrafu li ġej: “6. “Id-dispożizzjonijiet marbuta mal-kontroll finanzjarju mill-Unjoni fl-Iżvizzera li jikkonċernaw il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Aġenzija huma stabbiliti fl-Anness B ta’ dan l-Anness.” |
(g) |
L-Anness I tar-Regolament għandu jiġi estiż biex jinkludi l-inġenji tal-ajru li ġejjin bħala prodotti koperti mill-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (1):
|
(h) |
Fl-Artikolu 132(1), ir-referenza għar-Regolament (UE) 2016/679 għandha tinftiehem, fir-rigward tal-Iżvizzera, bħala referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti. |
(i) |
L-Artikolu 140(6) ma japplikax għall-Iżvizzera. |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1645 tal-14 ta’ Lulju 2022 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ġestjoni tar-riskji għas-sigurtà tal-informazzjoni b’impatt potenzjali fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni għall-organizzazzjonijiet koperti bir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 u (UE) Nru 139/2014 u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 u (UE) Nru 139/2014, ĠU L 248, 26.9.2022, p. 18.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/203 tas-27 ta’ Ottubru 2022 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ġestjoni tar-riskji għas-sigurtà tal-informazzjoni b’impatt potenzjali fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni għall-organizzazzjonijiet koperti mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014, (UE) Nru 965/2012, (UE) Nru 1178/2011, (UE) 2015/340, mir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 u (UE) 2021/664, u għall-awtoritajiet kompetenti koperti mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012, (UE) Nru 1321/2014, (UE) Nru 965/2012, (UE) Nru 1178/2011, (UE) 2015/340 u (UE) Nru 139/2014, mir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 u (UE) 2021/664 u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011, (UE) Nru 748/2012, (UE) Nru 965/2012, (UE) Nru 139/2014, (UE) Nru 1321/2014, (UE) 2015/340, u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 u (UE) 2021/664, ĠU L 31, 2.2.2023, p. 1.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 290/2012, ĠU L 100, 5.4.2012, p. 1, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 70/2014, ĠU L 23, 28.1.2014, p. 25, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2014, ĠU L 74, 14.3.2014, p. 33, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/445, ĠU L 74, 18.3.2015, p. 1, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/539, ĠU L 91, 7.4.2016, p. 1, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1065, ĠU L 192, 30.7.2018, p. 21, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1119, ĠU L 204, 13.8.2018, p. 13, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1974, ĠU L 326, 20.12.2018, p. 1, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/27, ĠU L 8, 10.1.2019, p. 1, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/430, ĠU L 75, 19.3.2019, p. 66, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1747, ĠU L 268, 22.10.2019, p. 23, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/359, ĠU L 67, 5.3.2020, p. 82, |
— |
ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/723, ĠU L 170, 2.6.2020, p. 1, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2193, ĠU L 434, 23.12.2020, p. 13, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1310, ĠU L 284, 9.8.2021, p. 15, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2227, ĠU L 448, 15.12.2021, p. 39, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/844, ĠU L 148, 31.5.2022, p. 24, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/203, ĠU L 31, 2.2.2023, p. 1. |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/723 tal-4 ta’ Marzu 2020 li jistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċertifikazzjoni ta’ bdoti ta’ pajjiżi terzi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011, ĠU L 170, 2.6.2020, p. 1.
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili, ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4, (l-Artikoli 1-3, 4(2), (5-11, u 13), kif emendat bi:
— |
ir-Regolament (KE) Nru 1899/2006, ĠU L 377, 27.12.2006, p. 1, |
— |
ir-Regolament (KE) Nru 1900/2006, ĠU L 377, 27.12.2006, p. 176, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 8/2008, ĠU L 10, 12.1.2008, p. 1, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2008, ĠU L 254, 20.9.2008, p. 1. |
F’konformità mal-Artikolu 139 tar-Regolament (UE) 2018/1139, ir-Regolament (KEE) Nru 3922/91 jitħassar mid-data ta’ applikazzjoni tar-regoli dettaljati adottati skont il-punt (a) tal-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139 dwar il-limitazzjonijiet tal-ħin tat-titjiriet u tal-ħin tas-servizz u r-rekwiżiti tal-mistrieħ fir-rigward tat-taxi tal-ajru, is-servizzi mediċi ta’ emerġenza u l-operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru bi bdot wieħed bl-ajruplani.
Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament (UE) Nru 376/2014, ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18, |
— |
ir-Regolament (UE) 2018/1139, ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1. |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 104/2004 tat-22 ta’ Jannar 2004 li jniżżel ir-regoli dwar l-organizzazzjoni u l-kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea, ĠU L 16, 23.1.2004, p. 20.
Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista komunitarja ta’ kumpanniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li jħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament (UE) 2018/1139, ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1. |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14, kif emendat l-aħħar bi:
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2295, ĠU L 304, 24.11.2022, p. 53. |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1332/2011 tas-16 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi għall-evitar ta’ kolliżjonijiet fl-ajru (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 336, 20.12.2011, p. 20, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/583, ĠU L 101, 16.4.2016, p. 7. |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 646/2012 tas-16 ta’ Lulju 2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar multi u ħlasijiet penali perjodiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 187, 17.7.2012, p. 29.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni, ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 7/2013, ĠU L 4, 9.1.2013, p. 36, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 69/2014, ĠU L 23, 28.1.2014, p. 12, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1039, ĠU L 167, 1.7.2015, p. 1, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/5, ĠU L 3, 6.1.2016, p. 3, |
— |
ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/897, ĠU L 144, 3.6.2019, p. 1, |
— |
ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/570, ĠU L 132, 27.4.2020, p. 1, |
— |
ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/699, ĠU L 145, 28.4.2021, p. 1, |
— |
ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1088, ĠU L 236, 5.7.2021, p. 3, |
— |
ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/201, ĠU L 33, 15.2.2022, p. 7, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/203, ĠU L 33, 15.2.2022, p. 46, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1253, ĠU L 191, 20.7.2022, p. 45, |
— |
ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1358, ĠU L 205, 5.8.2022, p. 7, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1361, ĠU L 205, 5.8.2022, p. 127, |
— |
ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1645, ĠU L 248, 26.9.2022, p. 18, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/203, ĠU L 31, 2.2.2023, p. 1. |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 800/2013, ĠU L 227, 24.8.2013, p. 1, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 71/2014, ĠU L 23, 28.1.2014, p. 27, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 83/2014, ĠU L 28, 31.1.2014, p. 17, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 379/2014, ĠU L 123, 24.4.2014, p. 1, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/140, ĠU L 24, 30.1.2015, p. 5, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1329, ĠU L 206, 1.8.2015, p. 21, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640, ĠU L 106, 24.4.2015, p. 18, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2338, ĠU L 330, 16.12.2015, p. 1, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1199, ĠU L 198, 23.7.2016, p. 13, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/363, ĠU L 55, 2.3.2017, p. 1, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/394, ĠU L 71, 14.3.2018, p. 1, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1042, ĠU L 188, 25.7.2018, p. 3, kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1975, ĠU L 326, 20.12.2018, p. 53, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1387, ĠU L 229, 5.9.2019, p. 1, kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1384, ĠU L 228, 4.9.2019, p. 106, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2036, ĠU L 416, 11.12.2020, p. 24; il-paragrafi 4 sa 6 tal-Anness tar-Regolament (UE) 2020/2036 huma applikabbli fl-Iżvizzera mill-31.12.2020, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1062, ĠU L 229, 29.6.2021, p. 3, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1296, ĠU L 282, 5.8.2021, p. 5, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2237, ĠU L 450, 16.12.2021, p. 21, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/414, ĠU L 85, 14.3.2022, p. 4, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/790, ĠU L 141, 20.5.2022, p. 13, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2203, ĠU L 293, 14.11.2022, p. 3, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2502, ĠU L 325, 20.12.2022, p. 56, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/203, ĠU L 31, 2.2.2023, p. 1, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/217, ĠU L 30, 2.2.2023, p. 11. |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 628/2013 tat-28 ta’ Ġunju 2013 dwar metodi ta’ operat tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għat-twettiq ta’ spezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni u għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-regoli fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006 (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 179, 29.6.2013, p. 46.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b’rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 44, 14.2.2014, p. 1, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/161, ĠU L 27, 1.2.2017, p. 99, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/401, ĠU L 72, 15.3.2018, p. 17, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469, ĠU L 104, 3.4.2020, p. 1, kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1234, ĠU L 282, 31.8.2020, p. 1, |
— |
ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2148, ĠU L 428, 18.12.2020, p. 10, |
— |
ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/208, ĠU L 35, 17.2.2022, p. 1, |
— |
ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/697, ĠU L 130, 4.5.2022, p. 1, |
— |
ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1645, ĠU L 248, 26.9.2022, p. 18, |
— |
ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2074, ĠU L 280, 28.10.2022, p. 4, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/203, ĠU L 31, 2.2.2023, p. 1. |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2153 tas-16 ta’ Diċembru 2019 dwar it-tariffi u l-imposti applikati mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 319/2014, ĠU L 327, 17.12.2019, p. 36.
Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament (UE) 2018/1139, ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1. |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2082 tas-26 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskema komuni Ewropea għall-klassifikazzjoni tar-riskji, ĠU L 426, 29.11.2021, p. 32.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta’ April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta’ pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1158, ĠU L 192, 16.7.2016, p. 21. |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1088, ĠU L 176, 7.7.2015, p. 4, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1536, ĠU L 241, 17.9.2015, p. 16, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/334, ĠU L 50, 28.2.2017, p. 13, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/750, ĠU L 126, 23.5.2018, p. 1, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1142, ĠU L 207, 16.8.2018, p. 2, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1383, ĠU L 228, 4.9.2019, p. 1, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1384, ĠU L 228, 4.9.2019, p. 106, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/270, ĠU L 56, 27.2.2020, p. 20, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1159, ĠU L 257, 6.8.2020, p. 14, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/685, ĠU L 143, 27.4.2021, p. 6, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/700, ĠU L 145, 28.4.2021, p. 20; il-punt (1) tal-Artikolu 1, u l-punti (5), (6) u (8) tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/700 huma applikabbli fl-Iżvizzera mit-18.05.2021, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1963, ĠU L 400, 12.11.2021, p. 18, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/410, ĠU L 84, 11.3.2022, p. 20, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1360, ĠU L 205, 5.8.2022, p. 115, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/203, ĠU L 31, 2.2.2023, p. 1. |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340 tal-20 ta’ Frar 2015 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati maċ-ċertifikati u l-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 63, 6.3.2015, p. 1, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/203, ĠU L 31, 2.2.2023, p. 1. |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 tat-23 ta’ April 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta’ operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012, ĠU L 106, 24.4.2015, p. 18, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/133, ĠU L 25, 29.1.2019, p. 14, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1159, ĠU L 257, 6.8.2020, p. 14, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/97, ĠU L 31, 29.1.2021, p. 208; l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2021/97 huwa applikabbli fl-Iżvizzera mis-26.02.2021, ħlief għall-punt (1) tal-Anness I, li huwa applikabbli fl-Iżvizzera mis-16.02.2021, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1254, ĠU L 191, 20.7.2022, p. 47. |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1018 tad-29 ta’ Ġunju 2015 li jistabbilixxi lista ta’ klassifikazzjoni tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li għandhom jiġu rapportati b’mod mandatorju skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 163, 30.6.2015, p. 1, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/3, ĠU L 1, 5.1.2022, p. 3. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2357 tad-19 ta’ Diċembru 2016 dwar in-nuqqas ta’ konformità effettiva mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mar-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċertifikati maħruġin mill-akkademja Ellenika tat-taħriġ fil-qasam tal-avjazzjoni msejħa “Hellenic Aviation Training Academy” (HATA) u ma’ liċenzji tal-Parti-66 maħruġin abbażi ta’ dawn iċ-ċertifikati (notifikata bid-dokument C(2016) 8645), ĠU L 348, 21.12.2016, p. 72.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 tat-13 ta’ Marzu 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-blalen tal-arja skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 71, 14.3.2018, p. 10, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/357, ĠU L 67, 5.3.2020, p. 34, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1874, ĠU L 378, 26.10.2021, p. 4. |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 tal-14 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat ta’ gliders kif ukoll il-ħruġ ta’ liċenzji għal ekwipaġġ tat-titjira għall-gliders skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 326, 20.12.2018, p. 64, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/358, ĠU L 67, 5.3.2020, p. 57, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1874, ĠU L 378, 26.10.2021, p. 4. |
Ir-Regolament (UE) 2019/494 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Marzu 2019 dwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 85 I, 27.3.2019, p. 11.
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 tat-12 ta’ Marzu 2019 dwar sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u dwar operaturi ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord minn pajjiżi terzi, ĠU L 152, 11.6.2019, p. 1, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1058 tas-27 ta’ April 2020, ĠU L 232, 20.7.2020, p. 1, |
— |
ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/851 tat-22 ta’ Marzu 2022, ĠU L 150, 1.6.2022, p. 21. |
Sa fejn huma kkonċernati l-prodotti elenkati fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2019/945, l-Iżvizzera għandha tapplika l-atti msemmija f’dan ir-Regolament kif inhuma inklużi f’dan l-Anness, inkluż kif stabbilit hawn taħt, filwaqt li barra minn hekk huwa mifhum li t-tieni inċiż tal-Anness għandu japplika wkoll għal dawn l-atti:
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 (2), kif imsemmi fl-Artikoli 3(9), 15, 19(2), 39(1)(a) tar-Regolament (UE) 2019/945, |
— |
Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 (3), kif imsemmi fl-Artikoli 3(20) u 37(3) tar-Regolament (UE) 2019/945, |
— |
Id-Direttiva 2009/48/KE (4), kif imsemmija fl-Artikoli 4(2) u 13(2)(c) kif ukoll fil-punt (10) tal-Parti 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) 2019/945, |
— |
Id-Direttiva 2006/42/KE (5), kif imsemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2019/945, inkluż:
|
— |
Ir-Regolament (UE) 2019/1020 (8), inklużi r-referenzi għalih fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) 2019/945 u fl-Artikoli 35 u 36 tiegħu, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu li r-referenzi għad-dispożizzjonijiet imħassra tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2019/1020 (9), u jinkludu wkoll:
|
Ir-referenzi li jsiru għall-“Unjoni” fl-Artikoli 1(1) (l-aħħar parti tas-sentenza), 3(1), 3(2), 3(9), 3(12) (l-ewwel parti tas-sentenza), 3(21), 4(1) (l-aħħar parti tas-sentenza), 4(2)(a), 4(2)(b), 4(2)(d), 5(2), 6, 21(1) (l-aħħar parti tas-sentenza), 29(2), 31(2)(p) tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandhom jinftiehmu li japplikaw bl-istess mod għall-Iżvizzera.
Ir-referenzi għad-dritt tal-Unjoni fl-Artikoli 14(2) u 17 tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandhom jinftiehmu, fir-rigward tal-Iżvizzera, bħala li jirreferu għal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti tagħha.
Ir-referenzi li jsiru għall-“Unjoni” fl-Artikoli 1(2), 2(3), 3(14), 3(15), 3(18), 3(19), 6(1), 7(2)(a), 8(1), 8(2), 9(1), 35(1), 36(3), 38(2), 41(3) u fl-ewwel referenza fit-titolu tat-Taqsima 5 tar-Regolament (UE) 2019/945 għandhom jinftiehmu li japplikaw bl-istess mod għall-Iżvizzera.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947 tal-24 ta’ Mejju 2019 dwar ir-regoli u l-proċeduri għall-operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, ĠU L 152, 11.6.2019, p. 45, kif emendat bi:
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/639 tat-12 ta’ Mejju 2020, ĠU L 150, 13.5.2020, p. 1, |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/746 tal-4 ta’ Ġunju 2020, ĠU L 176, 5.6.2020, p. 13, |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1166 tal-15 ta’ Lulju 2021, ĠU L 253, 16.7.2021, p. 49, |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/425 tal-14 ta’ Marzu 2022, ĠU L 87, 15.3.2022, p. 20, |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/525 tal-1 ta’ April 2022, ĠU L 105, 4.4.2022, p. 3. |
Sa fejn huma kkonċernati s-sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, l-Iżvizzera għandha tapplika l-atti msemmija f’dan ir-Regolament kif inhuma inklużi f’dan l-Anness, inkluż kif stabbilit hawn taħt, filwaqt li barra minn hekk huwa mifhum li t-tieni inċiż tal-Anness għandu japplika wkoll għal dan l-att:
— |
Id-Direttiva 2009/48/KE (12), kif imsemmija fl-Artikoli 9(2)(a) u 14(5)(a)(ii) tar-Regolament (UE) 2019/947. |
Ir-referenza għar-Regolament (UE) 2016/679 (13) f’UAS.SPEC.050, il-punt (1)(a)(iv) tal-Parti B tal-Anness tar-Regolament (UE) 2019/947 għandha tinftiehem, fir-rigward tal-Iżvizzera, bħala li tirreferi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti tagħha.
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1128 tal-1 ta’ Lulju 2019 dwar id-drittijiet ta’ aċċess għar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza u għat-tweġibiet maħżuna fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew u li tħassar id-Deċiżjoni 2012/780/UE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 177, 2.7.2019, p. 112.
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2034 tas-6 ta’ Ottubru 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskema komuni Ewropea għall-klassifikazzjoni tar-riskji (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 416, 11.12.2020, p. 1.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/664 tat-22 ta’ April 2021 dwar qafas regolatorju għall-U-space, ĠU L 139, 23.4.2021, p. 161, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/203, ĠU L 31, 2.2.2023, p. 1. |
4. Sigurtà tal-Avjazzjoni
Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 18/2010, ĠU L 7, 12.1.2010, p. 3. |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 tat-2 ta’ April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 91, 3.4.2009, p. 7, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2010, ĠU L 90, 10.4.2010, p. 1, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 720/2011, ĠU L 193, 23.7.2011, p. 19, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2011, ĠU L 293, 11.11.2011, p. 22, |
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2013, ĠU L 77, 20.3.2013, p. 5. |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u jadottaw miżuri alternattivi tas-sigurtà (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 338, 19.12.2009, p. 17, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2096, ĠU L 326, 1.12.2016, p. 7. |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 72/2010 tas-26 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi proċeduri biex jitwettqu spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 23, 27.1.2010, p. 1, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/472, ĠU L 85, 1.4.2016, p. 28. |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 tal-5 ta’ Novembru 2015 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 299, 14.11.2015, p. 1, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2426, ĠU L 334, 22.12.2015, p. 5, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/815, ĠU L 122, 13.5.2017, p. 1, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/55, ĠU L 10, 13.1.2018, p. 5, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/103, ĠU L 21, 24.1.2019, p. 13, kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/413, ĠU L 73, 15.3.2019, p. 98, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1583, ĠU L 246, 26.9.2019, p. 15, kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/111, ĠU L 21, 27.1.2020, p. 1, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/910, ĠU L 208, 1.7.2020, p. 43, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/255, ĠU L 58, 19.2.2021, p. 23; il-punti 15, 18 sa 19 u 32 tal-Anness tar-Regolament (UE) 2021/255 huma applikabbli fl-Iżvizzera mill-11.03.2021, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/421, ĠU L 87, 15.3.2022, p. 1, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/463, ĠU L 94, 23.3.2022, p. 3, |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1174, ĠU L 183, 8.7.2022, p. 35 bl-eċċezzjoni tal-punt 11.1.1 (b) ġdid tal-Anness tar-Regolament (UE) 2015/1998, kif previst fin-Numru 35 tal-Anness tar-Regolament (UE) 2022/1174, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/566, ĠU L 74, 13.3.2023, p. 47. |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005 tas-16 ta’ Novembru 2015 li tistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni li fihom it-tagħrif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 (mhux ippubblikata fil-ĠU), kif emendata bi:
— |
id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017) 3030, |
— |
id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2018) 4857, |
— |
id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2019) 132, kif emendata bi:
|
— |
id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2021) 0996, |
— |
id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2022) 4638, |
— |
id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2023) 1569. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2147 tat-3 ta’ Diċembru 2021 dwar l-approvazzjoni tat-tagħmir tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili bil-marka “Timbru tal-UE” (EU Stamp), ĠU L 433, 6.12.2021, p. 25.
5. Ġestjoni tat-traffiku tal-ajru
Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament Qafas) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009, ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34. |
Fl-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi s-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 6, 8, 10, 11 u 12.
L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:
Fil-paragrafu 2, il-kliem “fil-livell Komunitarju” jenħtieġ li jiġi sostitwit bil-kliem “fil-livell Komunitarju, bl-involviment tal-Iżvizzera”.
Minkejja l-aġġustament orizzontali msemmi fit-tieni inċiż tal-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” li saru fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 1999/468/KE u msemmija f’dik id-dispożizzjoni ma għandhomx jinftiehmu li japplikaw għall-Iżvizzera.
Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Forniment ta’ Servizz) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009, ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34. |
B’rabta mal-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi s-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 9a, 9b, 15, 15a, 16 u 17.
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jiġu emendati kif ġej:
(a) |
L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej: Fil-paragrafu 2, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”. |
(b) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej: Fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 6, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”. |
(c) |
L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej: Fil-paragrafu 1, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”. |
(d) |
L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej: Fil-paragrafu 1, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”. |
(e) |
L-Artikolu 16(3) huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri u għandha tinforma lill-fornitur tas-servizz dwarha, sa fejn jikkonċernah legalment.” |
Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-arja) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009, ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34. |
Fl-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi s-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 3a, 6 u 10.
Ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament ta’ Interoperabilità) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009, ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34. |
— |
Fl-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi s-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 4, 7 u 10(3). |
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jiġu emendati kif ġej:
(a) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej: Fil-paragrafu 2, il-kliem “jew l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”. |
(b) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej: Fil-paragrafu 4, il-kliem “jew l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”. |
(c) |
L-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej: Fit-taqsima 3, it-tieni u l-aħħar inċiżi, għandhom jiddaħħlu l-kliem “jew l-Iżvizzera” wara l-kliem “il-Komunità”. |
F’konformità mal-Artikolu 139 tar-Regolament (UE) 2018/1139, ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 jitħassar b’effett mill-11 ta’ Settembru 2018. Madankollu, l-Artikoli 4, 5, 6, 6a u 7 ta’ dak ir-Regolament u l-Annessi III u IV tiegħu għandhom jibqgħu japplikaw sad-data tal-applikazzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 47 tar-Regolament 2018/1139 u sa fejn dawk l-atti jkopru s-suġġett tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, u fi kwalunkwe każ mhux iktar tard mit-12 ta’ Settembru 2023.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2150/2005 tat-23 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 342, 24.12.2005, p. 20.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2006 tal-4 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar il-proċeduri għall-pjanijiet tat-titjiriet fil-fażi ta’ qabel it-titjira għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 186, 7.7.2006, p. 46, kif emendat bi:
— |
bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012, ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2013, ĠU L 127, 9.5.2013, p. 23, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2120, ĠU L 329, 3.12.2016, p. 70, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/139, ĠU L 25, 30.1.2018, p. 4. |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1032/2006 tas-6 ta’ Lulju 2006 li jistipula rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi għall-iskambju ta’ tagħrif dwar it-titjiriet bejn ċentri tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għall-iskopijiet ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 186, 7.7.2006, p. 27, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 30/2009, ĠU L 13, 17.1.2009, p. 20. |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR), ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008, ĠU L 352, 31.12.2008, p. 12, |
— |
ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 721/2014, ĠU L 192, 1.7.2014, p. 1. |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 633/2007 tas-7 ta’ Ġunju 2007 li jistipula rekwiżiti għall-applikazzjoni ta’ protokoll ta’ trasferiment ta’ messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta’ titjiriet bejn ċentri ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 146, 8.6.2007, p. 7, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2011, ĠU L 77, 23.3.2011, p. 23. |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 tal-1 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-fornituri ta’ servizzi fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet oħrajn tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-sorveljanza tagħhom, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 482/2008, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1034/2011, (UE) Nru 1035/2011 u (UE) 2016/1377 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 677/2011 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 62, 8.3.2017, p. 1, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469, ĠU L 104, 3.4.2020, p. 1, kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/665, ĠU L 139, 23.4.2021, p. 184, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1338, ĠU L 289, 12.8.2021, p. 12, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/938, ĠU L 209, 10.8.2022, p. 1, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2345, ĠU L 311, 2.12.2022, p. 58, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/203, ĠU L 31, 2.2.2023, p. 1. |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-data għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 13, 17.1.2009, p. 3, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/310, ĠU L 56, 27.2.2015, p. 30, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1170, ĠU L 183, 9.7.2019, p. 6, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/208, ĠU L 43, 17.2.2020, p. 72. |
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara bl-adattament li ġej:
“UIR tal-Iżvizzera” tiżdied fil-parti A tal-Anness I.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 262/2009 tat-30 ta’ Marzu 2009 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 84, 31.3.2009, p. 20, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2345, ĠU L 348, 21.12.2016, p. 11. |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 80, 26.3.2010, p. 10, kif emendat bi:
— |
bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012, ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1006, ĠU L 165, 23.6.2016, p. 8, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2159, ĠU L 304, 21.11.2017, p. 45. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2010)5134 tad-29 ta’ Lulju 2010 dwar il-ħatra ta’ Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (mhux ippubblikata fil-ĠU).
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2011 tal-24 ta’ Frar 2011 dwar l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta qabel l-istabbiliment u l-modifikazzjoni ta’ blokk ta’ spazju tal-ajru funzjonali, ĠU L 51, 25.2.2011, p. 2.
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2011) 4130 tas-7 ta’ Lulju 2011 dwar in-nomina ta’ Maniġer tan-Netwerk għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) tal-funzjonijiet tan-netwerks fl-ajru uniku Ewropew (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (mhux disponibbli bil-Malti u mhux ippubblikata fil-ĠU).
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1206/2011 tat-22 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar l-identifikazzjoni ta’ inġenji tal-ajru għas-sorveljanza fl-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 305, 23.11.2011, p. 23, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/587, ĠU L 138, 30.4.2020, p. 1. |
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, it-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1206/2011 għandu jinqara bl-adattament li ġej:
|
“UIR tal-Iżvizzera” tiżdied fl-Anness I. |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1207/2011 tat-22 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabilità tas-sorveljanza għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 305, 23.11.2011, p. 35, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1028/2014, ĠU L 284, 30.9.2014, p. 7, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/386, ĠU L 59, 7.3.2017, p. 34, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/587, ĠU L 138, 30.4.2020, p. 1, |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2, ĠU L 1, 5.1.2022, p. 1. |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340, ĠU L 63, 6.3.2015, p. 1, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1185, ĠU L 196, 21.7.2016, p. 3, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/835, ĠU L 124, 17.5.2017, p. 35, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469, ĠU L 104, 3.4.2020, p. 1, kif emendat bi:
|
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/886, ĠU L 205, 29.6.2020, p. 14, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/666, ĠU L 139, 23.4.2021, p. 187. |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2012 tas-16 ta’ Novembru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti ta’ spazjar bejn il-kanali ta’ komunikazzjoni vokali għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 320, 17.11.2012, p. 14, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 657/2013, ĠU L 190, 11.7.2013, p. 37, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2345, ĠU L 348, 21.12.2016, p. 11, |
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2160, ĠU L 304, 21.11.2017, p. 47. |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 dwar id-definizzjoni ta’ proġetti komuni, it-twaqqif ta’ governanza u l-identifikazzjoni ta’ inċentivi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 123, 4.5.2013, p. 1, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/116, ĠU L 36, 2.2.2021, p. 10. |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/116 tal-1 ta’ Frar 2021 dwar l-istabbiliment tal-Proġett Komuni Wieħed li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru previst fir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2013 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2014 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 36, 2.2.2021, p. 10.
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, l-Anness tar-Regolament għandu jinqara bl-adattamenti li ġejjin:
(a) |
il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 1.2.1.r): “s) Zürich Kloten” |
(b) |
il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 2.2.1.r): “s) Zürich Kloten” |
(c) |
il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 2.2.2.r): “s) Zürich Kloten” |
(d) |
il-punti li ġejjin jiżdiedu wara l-punt 2.2.3.bb): “cc) Ġinevra; dd) Zürich Kloten”. |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1048 tat-18 ta’ Lulju 2018 li jistipula rekwiżiti dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi dwar navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni, ĠU L 189, 26.7.2018, p. 3.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 tal-24 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 28, 31.1.2019, p. 1.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta’ Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u ta’ imposti fl-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 56, 25.2.2019, p. 1, kif emendat bi:
— |
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1880, ĠU L 380, 27.10.2021, p. 1. |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/709 tas-6 ta’ Mejju 2019 dwar il-ħatra tal-maniġer tan-netwerk għall-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) tal-ajru uniku Ewropew (notifikata bid-dokument C(2019) 3228), ĠU L 120, 8.5.2019, p. 27.
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/891 tat-2 ta’ Ġunju 2021 li tistabbilixxi l-miri tal-prestazzjoni riveduti mal-Unjoni kollha għan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-tielet perjodu referenzjarju (2020-2024) u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/903 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 195, 3.6.2021, p. 3.
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2167 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li tapprova l-Pjan Strateġiku tan-Netwerk għall-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru tal-ajru uniku Ewropew għall-perjodu 2020-2029, ĠU L 328, 18.12.2019, p. 89.
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2168 tas-17 ta’ Diċembru 2019 dwar il-ħatra tal-president u tal-membri u s-sostituti tagħhom tal-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk u tal-membri u s-sostituti tagħhom taċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni għall-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-tielet perjodu ta’ referenza 2020-2024, ĠU L 328, 18.12.2019, p. 90.
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2012 tad-29 ta’ Novembru 2019 dwar l-eżenzjonijiet skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-data għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 312, 3.12.2019, p. 95.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1627 tat-3 ta’ Novembru 2020 dwar miżuri eċċezzjonali għat-tielet perjodu ta’ referenza (2020-2024) tal-iskema ta’ prestazzjoni u imposti tal-ajru uniku Ewropew minħabba l-pandemija tal-COVID-19 ĠU L 366, 4.11.2020, p. 7.
6. Ambjent u storbju
Id-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (l-Artikoli 1-12 u 14-18), ĠU L 85, 28.3.2002, p. 40.
(L-emendi għall-Anness I, li jirriżultaw mill-Anness II, il-Kapitolu 8 (Politika tat-Trasport), it-Taqsima G (Trasport bl-Ajru), il-punt 2 tal-Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea, għandhom japplikaw).
Id-Direttiva 2006/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-regolament tal-operazzjoni tal-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 3, il-Volum 1 tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988) (verżjoni kodifikata) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 374, 27.12.2006, p. 1.
7. Protezzjoni tal-konsumatur
Id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż, ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59 (l-Artikoli 1-10).
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawsoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29 (l-Artikoli 1-11), kif emendata bi:
— |
id-Direttiva 2011/83/UE, ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64. |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 tad-9 ta’ Ottubru 1997 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi bl-ajru fir-rigward tal-ġarr bl-ajru ta’ passiġġieri u l-bagalji tagħhom fl-eventwalità ta’ inċidenti, ĠU L 285, 17.10.1997, p. 1, (l-Artikoli 1-8), kif emendat bi:
— |
ir-Regolament (KE) Nru 889/2002, ĠU L 140, 30.5.2002, p. 2. |
Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1.
(l-Artikoli 1-18).
Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1.
8. Mixxellanji
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar it-tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u l-elettriku (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.
(Artikolu 14(1)(b) u Artikolu 14(2).
9. Annessi:
A |
: |
Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea |
B |
: |
Dispożizzjonijiet dwar il-kontroll finanzjarju mill-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-parteċipanti Żvizzeri li qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-EASA |
ANNESS A
PROTOKOLL DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TAL-UNJONI EWROPEA
IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li, f’konformità mal-Artikolu 343 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 191 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“KEEA”), l-Unjoni Ewropea u l-KEEA għandhom igawdu fit-territorji tal-Istati Membri tali privileġġi u immunitajiet kif inhu neċessarju għall-qadi tal-kompiti tagħhom,
QABLU dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika:
KAPITOLU I
PROPRJETÀ, FONDI, ASSI U OPERAZZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA
Artikolu 1
L-istabbilimenti u l-binjiet tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli. Għandhom ikunu eżentati minn tiftix, rekwiżizzjoni, konfiska jew esproprjazzjoni. Il-proprjetà u l-assi tal-Unjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi miżura ġuridika jew amministrattiva ta’ restrizzjoni mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Artikolu 2
L-arkivji tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli.
Artikolu 3
L-Unjoni, l-assi, id-dħul u proprjetà oħra tagħha għandhom ikunu eżentati mit-taxxi diretti kollha.
Il-gvernijiet tal-Istati Membri għandhom, kull fejn possibbli, jieħdu l-miżuri xierqa biex iħallsu jew jagħtu lura l-ammont tat-taxxi indiretti jew tat-taxxi tal-bejgħ inkluż fil-prezz tal-proprjetà mobbli jew immobbli, fejn l-Unjoni tagħmel, għall-użu uffiċjali tagħha, xiri sostanzjali li l-prezz tiegħu jinkludi taxxi ta’ dan it-tip. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx jiġu applikati, sabiex ikollhom effett ta’ distorsjoni fuq il-kompetizzjoni fl-Unjoni.
Ma għandha tingħata l-ebda eżenzjoni fir-rigward tat-taxxi u tal-ħlasijiet dovuti li jammontaw sempliċement għal imposti għal servizzi ta’ utilità pubblika.
Artikolu 4
L-Unjoni għandha tkun eżentata mid-dazji doganali, mill-projbizzjonijiet u mir-restrizzjonijiet kollha fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet fir-rigward tal-oġġetti maħsuba għall-użu uffiċjali tagħha: l-oġġetti importati b’dan il-mod ma għandhomx jintremew, irrispettivament jekk hux bi ħlas jew le, fit-territorju tal-pajjiż li fih ġew importati, għajr b’kundizzjonijiet approvati mill-gvern ta’ dak il-pajjiż.
L-Unjoni għandha tkun eżentata wkoll minn kwalunkwe dazju doganali u kwalunkwe projbizzjoni u restrizzjoni fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet tagħha.
KAPITOLU II
KOMUNIKAZZJONIJIET U LAISSEZ PASSER
Artikolu 5
Għall-komunikazzjonijiet uffiċjali u għat-trażmissjoni tad-dokumenti kollha tagħhom, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom igawdu fit-territorju ta’ kull Stat Membru t-trattament akkordat minn dak l-Istat għall-missjonijiet diplomatiċi.
Il-korrispondenza uffiċjali u komunikazzjonijiet uffiċjali oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għal ċensura.
Artikolu 6
Il-laissez passer fil-forma preskritta mill-Kunsill, li jaġixxi permezz ta’ maġġoranza sempliċi, li għandu jiġi rikonoxxut bħala dokument validu tal-ivvjaġġar mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, għall-membri u għall-impjegati ta’ dawn l-istituzzjonijiet, jistgħu jinħarġu mill-Presidenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Dawn il-laissez passer għandhom jinħarġu għall-uffiċjali u għal impjegati oħra bil-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ impjegati oħra tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi ftehimiet għal dawn il-laissez passer biex jiġu rikonoxxuti bħala dokumenti validi tal-ivvjaġġar fit-territorju ta’ pajjiżi terzi.
KAPITOLU III
MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW
Artikolu 7
Ma għandha tiġi imposta l-ebda restrizzjoni amministrattiva jew restrizzjoni oħra fuq il-moviment liberu tal-Membri tal-Parlament Ewropew li jkunu qed jivvjaġġaw lejn il-post tal-laqgħa tal-Parlament Ewropew jew minnu.
Il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom, fir-rigward tad-dwana u l-kontroll fuq il-kambju, jingħataw:
(a) |
mill-gvern tagħhom stess, l-istess faċilitajiet bħal dawk li jingħataw lill-uffiċjali anzjani li jivvjaġġaw lejn pajjiżi oħra fuq missjonijiet uffiċjali temporanji; |
(b) |
mill-gvern ta’ Stati Membri oħra, l-istess faċilitajiet bħal dawk li jingħataw lir-rappreżentanti ta’ gvernijiet barranin fuq missjonijiet uffiċjali temporanji. |
Artikolu 8
Il-Membri tal-Parlament Ewropew ma għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe forma ta’ inkjesta, detenzjoni jew proċediment legali fir-rigward tal-opinjonijiet espressi jew tal-voti mixħuta minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom.
Artikolu 9
Matul is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tiegħu għandhom igawdu:
(a) |
fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tagħhom; |
(b) |
fit-territorju ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor, l-immunità minn kwalunkwe miżura ta’ detenzjoni u minn proċedimenti legali. |
L-immunità bl-istess mod għandha tapplika għall-Membri meta jkunu qed jivvjaġġaw lejn il-post tal-laqgħa tal-Parlament Ewropew u minnu.
L-immunità ma tistax tintalab meta Membru jinstab fl-att tat-twettiq ta’ reat u ma għandhiex twaqqaf lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jirrinunzja l-immunità ta’ wieħed mill-Membri tiegħu.
KAPITOLU IV
RAPPREŻENTANTI TAL-ISTATI MEMBRI LI QED JIPPARTEĊIPAW FIL-ĦIDMA TAL-ISTITUZZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA
Artikolu 10
Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri li qed jipparteċipaw fil-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u l-konsulenti u l-esperti tekniċi tagħhom għandhom, fit-twettiq ta’ dmirijiethom u matul il-vjaġġi tagħhom lejn il-post tal-laqgħa u minnu, igawdu mill-privileġġi, mill-immunitajiet u mill-faċilitajiet abitwali.
Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għall-membri tal-korpi konsultattivi tal-Unjoni.
KAPITOLU V
UFFIĊJALI U IMPJEGATI OĦRA TAL-UNJONI EWROPEA
Artikolu 11
Fit-territorju ta’ kull Stat Membru u irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni għandhom:
(a) |
soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati marbuta, minn naħa waħda, mar-regoli dwar ir-responsabbiltà tal-uffiċjali u impjegati oħra lejn l-Unjoni u, min-naħa l-oħra, mal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’tilwim bejn l-Unjoni u l-uffiċjali u impjegati oħra tagħha, ikollhom immunità minn proċedimenti legali fir-rigward tal-atti mwettqa minnhom fil-kapaċità uffiċjali tagħhom, inkluż kliemhom mitkellem jew miktub. Għandhom ikomplu jgawdu minn din l-immunità wara li jkunu waqfu mill-kariga tagħhom; |
(b) |
flimkien mal-konjugi tagħhom u l-membri dipendenti tal-familja tagħhom, ma jkunux soġġetti għal restrizzjonijiet ta’ immigrazzjoni jew għal formalitajiet għar-reġistrazzjoni tal-persuni barranin; |
(c) |
fir-rigward tar-regolamenti dwar il-munita jew il-kambju, jingħataw l-istess faċilitajiet kif jingħataw b’mod abitwali lil uffiċjali ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali; |
(d) |
igawdu d-dritt li jimportaw mingħajr dazju l-għamara u l-affarijiet tagħhom l-ewwel darba li jibdew jaħdmu fil-pajjiż ikkonċernat, u d-dritt li jesportaw mill-ġdid mingħajr dazju l-għamara u l-affarijiet tagħhom, malli jtemmu dmirijiethom f’dak il-pajjiż, soġġett fi kwalunkwe każ għall-kundizzjonijiet ikkunsidrati neċessarji mill-gvern tal-pajjiż fejn dan id-dritt huwa eżerċitat; |
(e) |
id-dritt jimportaw mingħajr dazju karozza għall-użu personali tagħhom, akkwistata fil-pajjiż tal-aħħar residenza tagħhom jew fil-pajjiż li tiegħu huma ċittadini skont it-termini ta’ amministrazzjoni fis-suq domestiku f’dak il-pajjiż, u li jesportawha mill-ġdid mingħajr dazju, soġġett fi kwalunkwe każ għall-kundizzjonijiet ikkunsidrati neċessarji mill-gvern tal-pajjiż ikkonċernat. |
Artikolu 12
L-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni għandhom iħallsu taxxa għall-benefiċċju tal-Unjoni fuq is-salarji, il-pagi jew l-emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni, b’konformità mal-kundizzjonijiet u mal-proċedura stabbilita mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, li jaġixxu permezz tar-regolamenti b’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni tal-istituzzjonijiet ikkonċernati.
Għandhom ikunu eżentati mit-taxxi nazzjonali fuq is-salarji, il-pagi u l-emolumenti mħallsa mill-Unjoni.
Artikolu 13
Fl-applikazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu, tat-taxxa fuq il-ġid u tad-dazji tal-mewt u fl-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet dwar l-evitar tat-tassazzjoni doppja konklużi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni, l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni li, sempliċement minħabba l-qadi ta’ dmirijiethom fis-servizz tal-Unjoni, jistabbilixxu r-residenza tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor li mhux il-pajjiż ta’ domiċilju tagħhom għal finijiet ta’ taxxa fil-mument li jibdew jaħdmu mal-Unjoni, għandhom jiġu kkunsidrati, kemm fil-pajjiż tar-residenza proprja tagħhom u fil-pajjiż ta’ domiċilju għal finijiet ta’ taxxa, li żammew id-domiċilju tagħhom fil-pajjiż tal-aħħar diment li huwa membru tal-Unjoni. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll għall-konjugi, sal-estent fejn dan tal-aħħar ma jkunx/tkunx separatament impjegat(a) f’impjieg bi ħlas, u għat-tfal dipendenti fuq il-persuni msemmija f’dan l-Artikolu u fil-kura tagħhom.
Il-proprjetà mobbli li tappartjeni għall-persuni msemmija fil-paragrafu preċedenti u li tinsab fit-territorju tal-pajjiż fejn qed jgħixu għandha tkun eżentata mid-dazji tal-mewt f’dak il-pajjiż; tali proprjetà għandha, għall-valutazzjoni ta’ tali dazju, tiġi kkunsidrata bħala li tinsab fil-pajjiż ta’ domiċilju għall-finijiet ta’ taxxa, soġġett għad-drittijiet tal-pajjiżi terzi u għall-applikazzjoni possibbli tad-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar it-tassazzjoni doppja.
Kwalunkwe domiċilju miksub biss minħabba l-qadi ta’ dmirijiet fis-servizz ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra ma għandux jitqies fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 14
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz tar-regolamenti b’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet ikkonċernati, għandhom jistabbilixxu l-iskema tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali għall-uffiċjali u għal impjegati oħra tal-Unjoni.
Artikolu 15
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz tar-regolamenti b’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet l-oħra kkonċernati, għandhom jiddeterminaw il-kategoriji tal-uffiċjali u ta’ impjegati oħra tal-Unjoni li għalihom għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 12, u l-Artikolu 13, kompletament jew parti minnhom.
L-ismijiet, il-gradi u l-indirizzi tal-uffiċjali u ta’ impjegati oħra inklużi f’tali kategoriji għandhom jiġu kkomunikati perjodikament lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
KAPITOLU VI
PRIVILEĠĠI U IMMUNITAJIET TAL-MISSJONIJIET TA’ PAJJIŻI TERZI AKKREDITATI LILL-UNJONI EWROPEA
Artikolu 16
L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-Unjoni għandha s-sede tagħha għandu jagħti l-immunitajiet u l-privileġġi diplomatiċi abitwali lill-missjonijiet ta’ pajjiżi terzi akkreditati lill-Unjoni.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 17
Il-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet għandhom jingħataw lill-uffiċjali u lil impjegati oħra tal-Unjoni biss fl-interessi tal-Unjoni.
Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tkun meħtieġa tirrinunzja l-immunità mogħtija lil uffiċjal jew lil impjegat ieħor kull fejn dik l-istituzzjoni tikkunsidra li dik ir-rinunzja ta’ tali immunità ma tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni.
Artikolu 18
L-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom, għall-fini tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, jikkooperaw mal-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri kkonċernati.
Artikolu 19
L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Membri tal-Kummissjoni.
Artikolu 20
L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Imħallfin, għall-Avukati Ġenerali, għar-Reġistraturi u għall-Assistenti Relaturi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea marbut mal-immunità minn proċedimenti legali tal-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali.
Artikolu 21
Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għall-Bank Ewropew tal-Investiment, għall-membri tal-organi tiegħu, għall-persunal u r-rappreżentanti tal-Istati Membri li jieħdu sehem fl-attivitajiet tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank.
Barra minn hekk, il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jkun eżentat minn kwalunkwe forma ta’ tassazzjoni jew ta’ impożizzjoni ta’ natura simili fl-okkażjoni ta’ kwalunkwe żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jistgħu jkunu konnessi miegħu fl-Istat fejn il-Bank għandu s-sede tiegħu. B’mod simili, ix-xoljiment jew il-likwidazzjoni tiegħu ma għandhomx jagħtu lok għal xi impożizzjoni. Finalment, l-attivitajiet tal-Bank u tal-organi tiegħu mwettqa b’konformità mal-Istatut tiegħu ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi taxxa fuq il-fatturat.
Artikolu 22
Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għall-Bank Ċentrali Ewropew, għall-membri tal-organi u tal-persunal tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Barra minn hekk, il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun eżentat minn kwalunkwe forma ta’ tassazzjoni jew ta’ impożizzjoni ta’ natura simili fl-okkażjoni ta’ kwalunkwe żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jistgħu jkunu konnessi miegħu fl-Istat fejn il-Bank għandu s-sede tiegħu. L-attivitajiet tal-Bank u tal-organi tiegħu mwettqa f’konformità mal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi taxxa fuq il-fatturat.
Appendiċi tal-ANNESS A
PROĊEDURI GĦALL-APPLIKAZZJONI FL-IŻVIZZERA TAL-PROTOKOLL DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TAL-UNJONI EWROPEA
1.
Estensjoni tal-applikazzjoni għall-IżvizzeraKull fejn il-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Protokoll”) fih referenzi għall-Istati Membri, ir-referenzi jridu jinftiehmu li japplikaw b’mod ugwali għall-Iżvizzera, sakemm id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma jiddeterminawx mod ieħor.
2.
Eżenzjoni tal-Aġenzija mit-tassazzjoni indiretta (inkluż il-VAT)L-oġġetti u s-servizzi esportati mill-Iżvizzera ma jridux ikunu soġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-Iżvizzera. Fil-każ ta’ oġġetti u ta’ servizzi fornuti lill-Aġenzija fl-Iżvizzera għall-użu uffiċjali tagħha, b’konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll, l-eżenzjoni mill-VAT hija permezz ta’ rifużjoni. Eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata jekk il-prezz proprju tax-xiri tal-oġġetti u tas-servizzi msemmija fil-fattura jew f’dokument ekwivalenti jkollu total ta’ minn tal-inqas 100 frank Żvizzeru (inkluż it-taxxa).
Ir-rifużjoni tal-VAT trid tingħata mal-preżentazzjoni tal-formoli Żvizzeri pprovduti għal dan l-iskop lid-Diviżjoni Prinċipali tal-VAT tal-Amministrazzjoni Federali tat-Taxxa. Bħala regola, l-applikazzjonijiet għar-rifużjoni jridu jiġu pproċessati fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha ġew reġistrati flimkien mad-dokumenti ta’ sostenn neċessarji.
3.
Proċeduri għall-applikazzjoni tar-regoli marbuta mal-persunal tal-AġenzijaFir-rigward tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 12 tal-Protokoll, l-Iżvizzera għandha teżenta, skont il-prinċipji tad-dritt nazzjonali tagħha, l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Aġenzija skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 (14) minn taxxi federali, kantonali u komunali fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni Ewropea u soġġett għal taxxa interna għall-benefiċċju tagħha.
L-Iżvizzera ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala Stat Membru skont it-tifsira tal-punt 1 ta’ hawn fuq għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-Protokoll.
L-uffiċjali u impjegati oħra tal-Aġenzija u l-membri tal-familji tagħhom li huma membri tas-sistema ta’ assigurazzjoni soċjali applikabbli għall-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea mhumiex obbligati jkunu membri tas-sistema tas-sigurtà soċjali Żvizzera.
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni esklużiva fi kwalunkwe kwistjoni li tikkonċerna r-relazzjonijiet bejn l-Aġenzija jew il-Kummissjoni u l-persunal tagħha fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (15) u d-dispożizzjonijiet l-oħra tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tax-xogħol.
ANNESS B
KONTROLL FINANZJARJU FIR-RIGWARD TAL-PARTEĊIPANTI ŻVIZZERI FL-ATTIVITAJIET TAL-FTEHIM EWROPEW DWAR L-AVJAZZJONI
Artikolu 1
Komunikazzjoni diretta
L-Aġenzija u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw direttament mal-persuni jew mal-entitajiet kollha stabbiliti fl-Iżvizzera u li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Aġenzija, bħala kuntratturi, parteċipanti fil-programmi tal-Aġenzija, riċevituri ta’ pagamenti mill-baġit tal-Aġenzija jew tal-Komunità, jew sottokuntratturi. Tali persuni jistgħu jibagħtu direttament lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti kollha li huma meħtieġa jissottomettu abbażi tal-istrumenti msemmija f’din id-deċiżjoni u tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi u kwalunkwe deċiżjoni meħuda skonthom.
Artikolu 2
Verifiki
1. B’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (16) u r-Regolament Finanzjarju adottat mill-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija fis-26 ta’ Marzu 2003, mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-23 ta’ Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (17) u mal-istrumenti l-oħra msemmija f’din id-Deċiżjoni, il-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda mal-benefiċjarji stabbiliti fl-Iżvizzera jistgħu jipprevedu li awditi xjentifiċi, finanzjarji, teknoloġiċi jew awditi oħra jitwettqu fi kwalunkwe mument fl-istabbiliment tal-benefiċjarji u tas-sottokuntratturi tagħhom mill-uffiċjali tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni jew minn persuni oħra b’mandat mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni.
2. L-uffiċjali tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni u persuni oħra b’mandat mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess xieraq għas-siti, għax-xogħlijiet u għad-dokumenti u għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu tali awditi, inkluż fil-forma elettronika. Dan id-dritt ta’ aċċess għandu jkun iddikjarat b’mod espliċitu fil-kuntratti jew fil-ftehimiet konklużi għall-implimentazzjoni tal-istrumenti msemmija f’din id-Deċiżjoni.
3. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha l-istess drittijiet bħall-Kummissjoni.
4. L-awditi jistgħu jsiru sa ħames snin wara l-iskadenza ta’ din id-Deċiżjoni jew skont it-termini tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda.
5. L-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Awditi jrid jiġi informat minn qabel dwar l-awditi li jsiru fit-territorju Żvizzeru. Din l-informazzjoni mhux se tkun kundizzjoni legali għat-twettiq ta’ tali awditi.
Artikolu 3
Verifiki fuq il-post
1. Skont dan il-Ftehim, il-Kummissjoni (l-OLAF) hija awtorizzata twettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju Żvizzeru, skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (18).
2. Il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitħejjew u jitwettqu mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Awditi u ma’ awtoritajiet Żvizzeri kompetenti oħra maħtura mill-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Awditi, li għandhom jiġu nnotifikati minn qabel biżżejjed dwar l-oġġett, l-iskop u l-bażi ġuridika tal-verifiki u tal-ispezzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jipprovdu l-għajnuna kollha meħtieġa. Għal dak l-għan, l-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri jistgħu jipparteċipaw fil-verifiki u fl-ispezzjonijiet fuq il-post.
3. Jekk l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri jkunu jixtiequ li jsir hekk, il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jitwettqu b’mod konġunt mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri.
4. Fejn il-parteċipanti fil-programm jirreżistu verifika jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet Żvizzeri, filwaqt li jaġixxu b’konformità mar-regoli nazzjonali, għandhom jagħtu tali assistenza lill-ispetturi tal-Kummissjoni kif ikunu jeħtieġu biex ikunu jistgħu jwettqu dmirhom fit-twettiq ta’ verifika jew ta’ spezzjoni fuq il-post.
5. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta malajr kemm jista’ jkun lill-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Awditi kwalunkwe fatt jew suspett marbut ma’ irregolarità li tkun innutat matul il-verifika jew l-ispezzjoni fuq il-post. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni hija meħtieġa tinforma lill-awtorità msemmija hawn fuq dwar ir-riżultat ta' tali verifiki u spezzjonijiet.
Artikolu 4
Informazzjoni u konsultazzjoni
1. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni korretta ta’ dan l-Anness, l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri u tal-Komunità għandhom jiskambjaw l-informazzjoni regolarment u, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, għandhom iwettqu konsultazzjonijiet.
2. L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jinformaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe fatt jew suspett li nnutaw marbut ma’ irregolarità marbuta mal-konklużjoni u mal-implimentazzjoni tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi fl-applikazzjoni tal-istrumenti msemmija f’din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Kunfidenzjalità
L-informazzjoni kkomunikata jew miksuba fi kwalunkwe forma skont dan l-Anness se tkun koperta mill-kunfidenzjalità professjonali u tkun protetta bl-istess mod bħal ma hija protetta informazzjoni simili mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Iżvizzera u mid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Komunità. Tali informazzjoni ma għandhiex tiġi kkomunikata lil persuni għajr dawk fl-istituzzjonijiet tal-Komunità, fl-Istati Membri, jew fl-Iżvizzera li l-funzjoni tagħhom tirrikjedi li jkunu jafuha, u lanqas ma tista’ tintuża għal finijiet oħra għajr biex tiżgura l-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kontraenti.
Artikolu 6
Miżuri u penali amministrattivi
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali Żvizzera, jistgħu jiġu imposti miżuri u penali amministrattivi mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni b’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 u mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 u mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (19).
Artikolu 7
Irkupru u infurzar
Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni li jimponu obbligu pekunarju fuq persuni għajr Stati għandhom ikunu infurzabbli fl-Iżvizzera.
L-ordni ta’ infurzar trid tinħareġ, mingħajr xi kontroll ieħor għajr verifika tal-awtentiċità tal-att, mill-awtorità maħtura mill-gvern Żvizzeru, li trid tinforma lill-Aġenzija jew lill-Kummissjoni dwarha. L-infurzar jrid iseħħ f’konformità mar-regoli Żvizzeri ta’ proċedura. Il-legalità tad-deċiżjoni ta’ infurzar hija soġġetta għal kontroll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Is-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont klawsola tal-arbitraġġ huma infurzabbli bl-istess termini.
(1) ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30), kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/1020 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12), kif emendat l-aħħar bid-Direttiva (UE) 2015/1535 (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).
(4) Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2021/903 (ĠU L 197, 4.6.2021, p. 110).
(5) Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24), kif emendata l-aħħar bir-Regolament (UE) 2019/1243 (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 241).
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 73/23/KEE tad-19 ta’ Frar 1973 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir elettriku mfassal għall-użu f’ċerti limiti ta’ vultaġġ (ĠU L 77, 26.3.1973, p. 29), kif imħassra bi
— |
Id-Direttiva 2006/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 (ĠU L 374, 27.12.2006, p. 10), kif imħassra minn |
— |
Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357). |
(7) Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).
(8) Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).
(9) Ara l-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011.
(10) Ir-Regolament (UE) 2019/515 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ merkanzija kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 764/2008 (ĠU L 91, 29.3.2019, p. 1).
(11) Id-Direttiva Nru 2001/95/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti, ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4, kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 596/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 14).
(12) Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, (ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2021/903 (ĠU L 197, 4.6.2021, p. 110).
(13) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(14) Ir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill tal-25 ta’ Marzu 1969 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw (ĠU L 74, 27.3.1969, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/2002 (ĠU L 264, 2.10.2002, p. 13.)
(15) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, tad-29 ta’ Frar 1968, li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri partikolari li huma temporanjament applikabbli għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (Kundizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ impjegati oħra) (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 7).
(16) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(17) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.