Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22022D2392

Deċiżjoni Nru 1/2022 tal-Kumitat tal-Kummerċ tas-16 ta’ Novembru 2022 li timmodifika l-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja, l-Ekwador u l-Perù, min-naħa l-oħra [2022/2392]

C/2022/8017

ĠU L 316, 8.12.2022, p. 88–90 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2392/oj

8.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/88


DEĊIŻJONI Nru 1/2022 TAL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ

tas-16 ta’ Novembru 2022

li timmodifika l-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja, l-Ekwador u l-Perù, min-naħa l-oħra [2022/2392]

IL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja, l-Ekwador u l-Perù, min-naħa l-oħra, u b’mod partikolari l-Artikolu 13(1)(d) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-21 ta’ Novembru 2017, il-Kolombja ressqet talba lill-Unjoni biex tiżdied indikazzjoni ġeografika ġdida mal-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim skont l-Artikolu 209 tal-Ftehim. L-Unjoni lestiet il-proċedura ta’ oġġezzjoni u l-eżami ta’ indikazzjoni ġeografika waħda ġdida tal-Kolombja.

(2)

Fl-20 ta’ Ottubru 2022, skont l-Artikolu 257(2) tal-Ftehim, is-Sottokumitat dwar il-Proprjetà Intellettwali, f’sessjoni bejn il-Parti tal-Unjoni u l-Kolombja, ivvaluta l-informazzjoni b’rabta mal-indikazzjoni ġeografika u ppropona lill-Kumitat tal-Kummerċ biex jimmodifika l-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim jiġi mmodifikat.

(4)

Id-deċiżjoni biex jiġi mmodifikat l-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim tista’ tiġi adottata f’sessjoni tal-Kumitat tal-Kummerċ bejn il-Parti tal-Unjoni u l-Kolombja, skont l-Artikolu 14(3) tal-Ftehim Kummerċjali, billi tirrigwarda esklużivament ir-relazzjoni bilaterali ta’ bejniethom u ma taffettwax id-drittijiet u l-obbligi ta’ Pajjiż Andin firmatarju ieħor,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Fit-tabella taħt il-punt (a) “Indikazzjonijiet Ġeografiċi tal-Kolombja għal prodotti agrikoli u tal-ikel, inbejjed, spirti u nbejjed aromatizzati” fl-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim, tiżdied l-entrata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni, magħmula f’żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentanti tal-Kumitat tal-Kummerċ li huma awtorizzati jaġixxu f’isem il-Partijiet għall-finijiet tal-modifika tal-Ftehim. Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva mid-data li fiha tkun saret l-aħħar waħda minn dawn il-firem.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Quito, is-16 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kumitat tal-Kummerċ

Kap tad-Delegazzjoni tal-UE

Paolo GARZOTTI

Kap tad-Delegazzjoni tal-Kolombja

Luis Felipe QUINTERO


ANNESS

(a)

“Indikazzjonijiet Ġeografiċi tal-Kolombja għal prodotti agrikoli u tal-ikel, inbejjed, spirti u nbejjed aromatizzati”

BOCADILLO VELEÑO

Pejst tal-frott


Top