Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22020D1359

Deċiżjoni nru 2/2019 tal-Kumitat Konġunt Stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom tal-5 ta’ Diċembru 2019 li temenda l-Annessi I u II tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom [2020/1359]

PUB/2020/661

ĠU L 314, 29.9.2020, p. 68–86 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1359/oj

29.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/68


DEĊIŻJONI nru 2/2019 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA DWAR IL-KOLLEGAMENT TAL-ISKEMI GĦALL-ISKAMBJU TA’ KWOTI TAL-EMISSJONIJIET TA’ GASSIJIET SERRA TAGĦHOM

tal-5 ta’ Diċembru 2019

li temenda l-Annessi I u II tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom [2020/1359]

IL-KUMITAT KONĠUNT

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom (1) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikoli 11 sa 13 tal-Ftehim ġew applikati b’mod proviżorju minn mindu ġie ffirmat fit-23 ta’ Novembru 2017.

(2)

L-Artikolu 13(2) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Konġunt jista’ jemenda l-Annessi tal-Ftehim.

(3)

L-Anness ma’ din id-Deċiżjoni fih emendi għall-Annessi I u II tal-Ftehim, li jaġġornaw l-aspetti rilevanti tal-Annessi I u II oriġinali li ġew miftiehma fl-2015. Jipprevedi wkoll soluzzjoni proviżorja biex jitħaddem il-kollegament bejn l-EU ETS u l-ETS tal-Iżvizzera.

(4)

F’konformità mat-Taqsima B tal-Anness I tal-Ftehim, l-Unjoni jenħtieġ li, skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), teskludi t-titjiriet li jidħlu minn ajrudromi li jinsabu fit-territorju tal-Iżvizzera mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS. Dan ma jaffettwax il-kopertura tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru mill-EU ETS, li hija bbażata fuq l-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE li tipprevedi li l-kategorija ta’ attivitajiet li għalihom tapplika d-Direttiva 2003/87/KE tinkludi t-titjiriet kollha li jaslu jew jitilqu minn ajrudrom li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru.

(5)

L-Anness I tal-Ftehim jenħtieġ jiġi rivedut f’konformità mal-Artikolu 13(7) tal-Ftehim bil-ħsieb li tinżamm il-kompatibbiltà attwali tal-EU ETS u l-ETS tal-Iżvizzera għall-perjodu ta’ negozjar il-ġdid 2021–2030. Jenħtieġ li jiġi żgurat li r-reviżjoni tal-Anness I tal-Ftehim bħala minimu tippreserva l-integrità tal-impenji rispettivi ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet domestiċi tal-Unjoni u tal-Iżvizzera u l-integrità u l-funzjonament ordnat tas-swieq tal-karbonju tagħhom. Iridu jiġu evitati r-rilaxx tal-emissjonijiet tal-karbonju u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-iskemi kkollegati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tal-Ftehim huma sostitwiti bit-test li jidher fl-Annessi I u II fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kumitat Konġunt

Is-Segretarju għall-Unjoni Ewropea

Maja-Alexandra DITTEL

Il-President

Marc CHARDONNENS

Is-Segretarju għall-Iżvizzera

Caroline BAUMANN


(1)   ĠU L 322, 7.12.2017, p. 3.

(2)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(3)  Id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (ĠU L 76, 19.3.2018, p. 3).


ANNESS

“ANNESS I

KRITERJI ESSENZJALI

A.   Kriterji essenzjali għal installazzjonijiet stazzjonarji

Din it-taqsima għandha tiġi riveduta f’konformità mal-Artikolu 13(7) ta’ dan il-Ftehim bil-ħsieb li tinżamm il-kompatibbiltà attwali tal-EU ETS u l-ETS tal-Iżvizzera għall-perjodu ta’ negozjar 2021–2030, kif propost mill-gvern Żvizzeru. Il-Kumitat Konġunt għandu jiżgura li r-reviżjoni ta’ din it-taqsima tippreserva bħala minimu l-integrità tal-impenji rispettivi tal-partijiet għat-tnaqqis tal-emissjonijiet domestiċi kif ukoll l-integrità u l-funzjonament ordnat tas-swieq tal-karbonju tagħhom. Ir-rilaxx tal-karbonju u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-iskemi kkollegati għandhom jiġu evitati.

 

Kriterji essenzjali

Fl-EU ETS

Fl-ETS tal-Iżvizzera

1.

In-natura obbligatorja tal-parteċipazzjoni fl-ETS

Il-parteċipazzjoni fl-ETS għandha tkun obbligatorja għall-installazzjonijiet li jwettqu l-attivitajiet u li jemettu l-gassijiet serra (“GHG”) elenkati hawn taħt.

Il-parteċipazzjoni fl-ETS għandha tkun obbligatorja għall-installazzjonijiet li jwettqu l-attivitajiet u li jemettu l-gassijiet serra elenkati hawn taħt.

2.

L-ETS għandha tkopri tal-anqas l-attivitajiet stabbiliti fi:

L-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

L-Artikolu 40(1) tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

3.

L-ETS għandha tkopri tal-anqas il-GHGs kif stabbiliti fi:

L-Anness II tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

L-Artikolu 1(1) tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

4.

Għandu jiġi ffissat limitu għall-ETS, li jkun tal-anqas strett daqs dak fi:

L-Artikoli 9 u 9a tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Il-fattur ta’ tnaqqis lineari ta’ 1,74 % fis-sena se jiżdied għal 2,2 % fis-sena mill-2021, u se japplika għas-setturi kollha f’konformità mad-Direttiva (UE) 2018/410, kif kien fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

L-Artikolu 18(1) u (2) tal-Att tas-CO2

L-Artikolu 45(1) tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Il-fattur ta’ tnaqqis lineari huwa ta’ 1,74 % fis-sena sal-2020.

5.

Il-mekkaniżmu ta’ stabbiltà tas-suq

Fl-2015, l-UE introduċiet ir-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq (id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814), li l-funzjonament tagħha ġie msaħħaħ bid-Direttiva (UE) 2018/410.

L-Artikolu 19(5) tal-Att tas-CO2,

L-Artikolu 48 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Il-leġiżlazzjoni Żvizzera tipprevedi l-possibbiltà li jitnaqqsu l-volumi tal-irkanti fejn ikun hemm żieda sinifikanti ta’ kwoti fis-suq għal raġunijiet ekonomiċi.

Il-Partijiet għandhom jikkooperaw bil-għan li jiżviluppaw kontribut xieraq għall-istabbiltà tas-suq.

6.

Il-livell ta’ ambizzjoni tal-ETS irid ikun tal-anqas strett daqs dawk skont:

Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (MIFID II)

L-Att Federali dwar l-Awtorità Żvizzera għas-Superviżjoni tas-Swieq Finanzjarji tat-22 ta’ Ġunju 2007

L-Att Federali dwar l-Infrastrutturi tas-Swieq Finanzjarji u l-Kondotta tas-Swieq fin-Negozjar tat-Titoli u d-Derivattivi tad-19 ta’ Ġunju 2015

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (MIFIR)

Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (MAR)

Id-Direttiva 2014/57/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż tas-suq (direttiva dwar l-abbuż tas-suq) (CS-MAD)

L-Att Federali dwar l-Istituzzjonijiet Finanzjarji tal-15 ta’ Ġunju 2018

L-Att Federali dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu tal-10 ta’ Ottubru 1997,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Ir-regolamentazzjoni Żvizzera tas-swieq finanzjarji ma tiddefinixxix in-natura legali tal-kwoti tal-emissjonijiet. B’mod partikolari, il-kwoti tal-emissjonijiet mhumiex kwalifikati bħala titoli fl-Att dwar l-Infrastruttura tas-Swieq Finanzjarji u għalhekk mhumiex negozjabbli f’ċentri tan-negozjar regolati. Billi l-kwoti tal-emissjonijiet ma jikkwalifikawx bħala titoli, ir-regolamentazzjoni Żvizzera dwar it-titoli ma tapplikax għan-negozjar ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-OTC fi swieq sekondarji.

Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE),

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Skont l-Att dwar l-Infrastruttura tas-Swieq Finanzjarji, il-kuntratti tad-derivattivi jikkwalifikaw bħala titoli. Dan jinkludi wkoll derivattivi li jkollhom kwoti ta’ emissjonijiet bħala l-istrument sottostanti tagħhom. Id-derivattivi OTC negozjati fuq kwoti tal-emissjonijiet bejn kontropartijiet mhux finanzjarji kif ukoll finanzjarji huma koperti mid-dispożizzjonijiet fl-Att dwar l-Infrastruttura tas-Suq Finanzjarju.

7.

Il-kooperazzjoni fir-rigward tas-sorveljanza tas-suq

Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu arranġamenti xierqa ta’ kooperazzjoni rigward is-sorveljanza tas-suq. Dawk l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni għandhom jikkonċernaw l-iskambju ta’ informazzjoni u l-infurzar ta’ obbligi li jirriżultaw skont ir-reġim rispettiv tagħhom ta’ sorveljanza tas-suq. Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lill-Kumitat Konġunt dwar tali arranġamenti.

8.

Il-limiti kwalitattivi għall-krediti internazzjonali għandhom ikunu tal-anqas stretti daqs dawk stabbiliti fi:

L-Artikoli 11a u 11b tad-Direttiva 2003/87/KE

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 550/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ċertu restrizzjonijiet applikabbli għall-użu ta’ krediti internazzjonali minn proġetti li jinvolvu gassijiet industrijali

L-Artikolu 58 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nri 920/2010 u 1193/2011,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

L-Artikoli 5 u 6 tal-Att tas-CO2

L-Artikolu 4(2) u l-Artikoli 46, 4 a, 46b, 46c u 48 ta’, u l-Anness 2, tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

9.

Il-limiti kwalitattivi għall-krediti internazzjonali għandhom ikunu tal-anqas stretti daqs dawk stabbiliti fi:

L-Artikolu 11a tad-Direttiva 2003/87/KE

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nri 920/2010 u 1193/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1123/2013 tat-8 ta’ Novembru 2013 dwar id-determinazzjoni tad-drittijiet ta’ kreditu internazzjonali skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

L-ebda dritt għall-użu tal-krediti internazzjonali ma huwa previst fid-dritt tal-Unjoni mill-2021’il quddiem.

L-Artikolu 16(2) tal-Att tas-CO2,

L-Artikolu 55b tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Dawn id-dispożizzjonijiet jipprevedu biss l-użu ta’ krediti internazzjonali sal-2020.

10.

L-allokazzjoni bla ħlas għandha tiġi kkalkulata abbażi ta’ parametri referenzjarji u fatturi ta’ aġġustament. Matul il-perjodu ta’ bejn l-2013 u l-2020 għandu jitwarrab massimu ta’ħamsa fil-mija tal-kwantità ta’ kwoti għal entrati ġodda. Il-kwoti li ma jiġux allokati mingħajr ħlas għandhom jiġu rkantati jew żvalidati. Għal dan il-għan, l-ETS għandha tal-anqas tissodisfa:

L-Artikoli 10, 10a, 10b, u 10c tad-Direttiva 2003/87/KE

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

L-Artikolu 18(3) u l-Artikolu (2) tal-Att tas-CO2

L-Artikolu 45(2) u l-Artikoli 46, 46a, 46b, 46c u 48, u l-Anness 9, tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

L-allokazzjonijiet mingħajr ħlas ma jaqbżux il-livelli ta’ allokazzjonijiet mogħtija għall-installazzjonijiet fl-EU ETS.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE tal-5 ta’ Settembru 2013 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’konformità mal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/126 tal-24 ta’ Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/448/UE fir-rigward tal-istabbiliment ta’ fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali uniformi f’konformità mal-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Kalkoli għad-determinazzjoni tal-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali fl-EU ETS mill-2013 sal-2020)

 

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/746/UE tas-27 ta’ Ottubru 2014 li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-perjodu mill-2015 sal-2019

Id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta’ karbonju

(lista ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-perjodu 2015–2020)

 

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/708 tal-15 ta’ Frar 2019 li tissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-determinazzjoni ta’ setturi u sottosetturi meqjusa li jinsabu f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-perjodu 2021–2030

kwalunkwe fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali fl-EU ETS fl-2015-2020 jew fl-2026-2030,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

 

11.

L-ETS għandha tipprevedi penali fl-istess ċirkostanzi u tal-istess daqs kif stabbilit f’dawk skont:

L-Artikolu 16 tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

L-Artikolu 21 tal-Att tas-CO2,

L-Artikolu 56 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

12.

Il-monitoraġġ u r-rapportar fl-ETS għandhom ikunu tal-anqas stretti daqs fi:

L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2003/87/KE u l-Anness IV tagħha

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ GHG skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

L-Artikolu 20 tal-Att tas-CO2,

L-Artikoli minn 50 sa 53 u l-Annessi 16 u 17 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

13.

Il-verifika u l-akkreditament fl-ETS għandhom ikunu tal-anqas stretti daqs fi:

L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2003/87/KE u l-Anness V tagħha

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 600/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet tal-GHG u r-rapporti dwar it-tunnellati kilometri u l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

L-Artikoli minn 51 sa 54 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

B.   Kriterji essenzjali għall-avjazzjoni

 

Kriterji essenzjali

Għall-UE

Għall-Iżvizzera

1.

In-natura obbligatorja tal-parteċipazzjoni fl-ETS

Il-parteċipazzjoni fl-ETS għandha tkun obbligatorja għall-attivitajiet tal-avjazzjoni f’konformità mal-kriterji elenkati hawn taħt.

Il-parteċipazzjoni fl-ETS għandha tkun obbligatorja għall-attivitajiet tal-avjazzjoni f’konformità mal-kriterji elenkati hawn taħt.

2.

Kopertura ta’ attivitajiet tal-avjazzjoni u ta’ GHG u l-attribuzzjoni ta’ titjiriet u l-emissjonijiet rispettivi tagħhom skont il-prinċipju tat-titjira li tkun sejra titlaq kif stabbilit fi:

Id-Direttiva 2003/87/KE, kif emendata bir-Regolament (UE) 2017/2392 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-13 ta’ Diċembru 2017 biex tidderoga temporanjament l-infurzar fir-rigward ta’ titjiriet minn u lejn pajjiżi li magħhom ma ntlaħaqx ftehim skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2003/87/KE.

L-Artikoli 17, 29, 35 u 56, u l-Anness VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nri 920/2010 u 1193/2011,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

1.

Kamp ta’ applikazzjoni tal-kopertura

Titjiriet li jaslu fi jew li jitilqu minn ajrudrom li jinsab fit-territorju tal-Iżvizzera, ħlief għal titjiriet li jitilqu minn ajrudrom li jinsab fit-territorju taż-ŻEE.

Kwalunkwe deroga temporanja fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-ETS, bħal derogi fis-sens tal-Artikolu 28a tad-Direttiva 2003/87/KE, tista’ tapplika fir-rigward tal-ETS tal-Iżvizzera f’konformità ma’ dawk introdotti fl-EU ETS. L-emissjonijiet tas-CO2 biss għandhom ikunu koperti għall-attivitajiet tal-avjazzjoni.

Mill-1 ta’ Jannar 2020, titjiriet minn ajrudrom li jinsab fit-territorju taż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”) għal ajrudromi li jinsabu fit-territorju tal-Iżvizzera għandhom jiġu koperti mill-EU ETS, filwaqt li t-titjiriet minn ajrudromi li jinsabu fit-territorju tal-Iżvizzera lejn ajrudromi li jinsabu fit-territorju taż-ŻEE għandhom jiġu esklużi mill-EU ETS, skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE.

2.

Limitazzjonijiet tal-kopertura

Il-kopertura ġenerali msemmija fil-punt 1 ma għandhiex tinkludi:

1.

Titjiriet imwettqa esklussivament għat-trasport fuq missjoni uffiċjali ta’ monarka renjanti u l-familja immedjata tiegħu/tagħha, kapijiet ta’ Stat, kapijiet ta’ Gvern u Ministri ta’ Gvern, fejn dan huwa ssostanzjat minn indikatur xieraq tal-istatus fil-pjan tat-titjira.

2.

Titjiriet militari, tad-dwana u tal-pulizija.

3.

Titjiriet relatati ma’ tiftix u salvataġġ, titjiriet għat-tifi tan-nar, titjiriet umanitarji u titjiriet ta’ servizzi mediċi ta’ emerġenza;

4.

Titjiriet imwettqa esklussivament skont ir-regoli tat-titjir viżwali kif definit fl-Anness 2 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali tas-7 ta’ Diċembru 1944.

 

5.

Titjiriet li jitterminaw fl-ajrudrom minn fejn ikun telaq l-inġenju tal-ajru u li matulhom ma jkun sar ebda nżul intermedjarju ppjanat;

6.

Titjiriet ta’ taħriġ li jsiru esklussivament sabiex tinkiseb jew tinżamm liċenzja, jew klassifikazzjoni fil-każ ta’ ekwipaġġ tat-titjira tal-kabina fejn dan jiġi ssostanzjat permezz ta’ rimarka adegwata fil-pjan tat-titjira diment li t-titjira ma tkunx qed isservi ta’ trasport ta’ passiġġieri u/jew ta’ merkanzija jew għall-ippożizzjonar jew it-trasportazzjoni tal-inġenju tal-ajru nnifsu.

7.

Titjiriet imwettqa esklussivament għall-fini ta’ riċerka xjentifika.

8.

Titjiriet imwettqa esklussivament għall-fini ta’ verifika, ittestjar jew ċertifikazzjoni ta’ inġenju tal-ajru jew ta’ tagħmir kemm jekk fl-ajru kif ukoll jekk ibbażat fuq l-art.

9.

Titjiriet imwettqa b’inġenji tal-ajru b’massa massima tat-tluq ta’ anqas minn 5 700 kilogramma.

10.

Titjiriet ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru kummerċjali b’emissjonijiet annwali totali ta’ inqas minn 10 000 tunnellata fuq titjiriet koperti mill-ETS tal-Iżvizzera jew b’inqas minn 243 titjira għal kull perjodu għal tliet perjodi konsekuttivi ta’ erba’ xhur fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-ETS tal-Iżvizzera, jekk l-operaturi ma jkunux koperti mill-EU ETS.

11.

Titjiriet ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru mhux kummerċjali koperti mill-ETS tal-Iżvizzera b’emissjonijiet annwali totali ta’ inqas minn 1 000 tunnellata skont id-deroga rispettiva applikata fl-EU ETS, jekk l-operaturi ma jkunux koperti mill-EU ETS.

Dawn il-limitazzjonijiet ta’ kopertura huma previsti fi:

L-Artikolu 16a tal-Att tas-CO2

L-Artikolu 46(d) u l-Artikoli 55(2) u l-Anness 13 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

3.

Skambju ta’ data rilevanti dwar l-applikazzjoni tal-limitazzjonijiet tal-kopertura ta’ attivitajiet tal-avjazzjoni

Iż-żewġ partijiet għandhom jikkooperaw fir-rigward tal-applikazzjoni tal-limitazzjonijiet tal-kopertura fl-ETS tal-Iżvizzera u fl-EU ETS għall-operaturi kummerċjali u mhux kummerċjali b’mod konformi ma’ dan l-Anness. B’mod partikolari, iż-żewġ partijiet għandhom jiżguraw it-trasferiment f’waqtu tad-data rilevanti kollha sabiex tkun tista’ ssir identifikazzjoni korretta tat-titjiriet u tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru li huma koperti mill-ETS tal-Iżvizzera u mill-EU ETS.

4.

Limitu (kwantità totali ta’ kwoti li għandha tiġi allokata lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru)

L-Artikolu 3c tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

L-Artikolu 3c tad-Direttiva 2003/87/KE inizjalment alloka kwoti kif ġej:

15 % rkantati

3 % twarrbu f’riżerva speċjali

82 % ġew allokati mingħajr ħlas.

L-allokazzjonijiet ġew emendati bir-Regolament (UE) Nru 421/2014 billi l-allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas tnaqqset bi proporzjon mat-tnaqqis tal-obbligu ta’ restituzzjoni (l-Artikolu 28a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE). Ir-Regolament (UE) 2017/2392, kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, estenda dan l-approċċ sal-2023, u japplika l-fattur ta’ tnaqqis lineari ta’ 2,2 % mill-1 ta’ Jannar 2021.

Il-limitu għandu jirrifletti livell simili ta’ strettezza bħal dak fl-EU ETS, b’mod partikolari fir-rigward tar-rata perċentwali ta’ tnaqqis bejn is-snin u l-perjodi ta’ negozjar. Il-kwoti fil-limitu għandhom jiġu allokati kif ġej:

15 % għandhom jiġu rkantati,

3 % għandhom jitwarrbu f’riżerva speċjali

82 % għandhom jiġu allokati mingħajr ħlas.

Din l-allokazzjoni tista’ tiġi riveduta f’konformità mal-Artikoli 6 u 7 ta’ dan il-Ftehim.

 

Sal-2020, il-kwantità ta’ kwoti fi ħdan il-limitu għandha tiġi kkalkulata minn isfel għal fuq abbażi tal-kwoti li għandhom jiġu allokati mingħajr ħlas skont id-distribuzzjoni tal-limitu kif imsemmi hawn fuq. Kwalunkwe deroga temporanja fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-ETS għandha teħtieġ l-aġġustamenti proporzjonali korrispondenti għall-ammonti li jridu jiġu allokati.

Mill-2021, il-kwantità ta’ kwoti fi ħdan il-limitu għandha tiġi determinata mil-limitu fl-2020, filwaqt li titqies rata perċentwali ta’ tnaqqis possibbli skont l-EU ETS.

Dan huwa previst fi:

L-Artikolu 18 tal-Att tas-CO2,

L-Artikolu 46e u l-Anness 15 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

5.

L-allokazzjoni ta’ kwoti għall-avjazzjoni permezz tal-irkantar ta’ kwoti

L-Artikoli 3d u 28a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Il-kwoti tal-emissjonijiet Żvizzeri għall-irkantar għandhom jiġu rkantati mill-awtorità kompetenti Żvizzera. L-Iżvizzera hija intitolata għad-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti Żvizzeri.

Dan huwa previst fi:

L-Artikolu 19(a) u (4) tal-Att tas-CO2

L-Artikolu 48 u l-Anness 15 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

6.

Riżerva speċjali għal ċerti operaturi tal-inġenji tal-ajru

L-Artikolu 3f tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Il-kwoti għandhom jitwarrbu f’riżerva speċjali għal parteċipanti ġodda u għal dawk bi tkabbir mgħaġġel, ħlief li sal-2020, minħabba li s-sena ta’ referenza għall-akkwist ta’ data għall-attivitajiet Żvizzeri tal-avjazzjoni għandha tkun l-2018, l-Iżvizzera mhux se jkollha riżerva speċjali.

Din ir-riżerva speċjali hija prevista fi:

L-Artikolu 18(3) tal-Att tas-CO2,

L-Artikolu 46e u l-Anness 15 tal-Ordinanza tas-CO2

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

7.

Parametru referenzjarju għall-allokazzjoni bla ħlas ta’ kwoti għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru.

L-Artikolu 3e tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Il-parametru referenzjarju annwali huwa ta’ 0,000642186914222035 ta’ kwoti għal kull tunnellata-kilometru.

Il-parametru referenzjarju ma għandux ikun għola minn dak fl-EU ETS.

Sal-2020, il-parametru referenzjarju annwali għandu jkun ta’ 0,000642186914222035 ta’ kwoti għal kull tunnellata-kilometru.

Dan il-parametru referenzjarju huwa previst fi:

L-Artikolu 46f(1) u (2) u l-Anness 15, l-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

8.

Allokazzjoni bla ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru

L-Artikolu 3e tad-Direttiva 2003/87/KE

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

L-aġġustamenti għandhom isiru skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE, għall-ħruġ ta’ kwoti b’mod proporzjonali mal-obbligi korrispondenti ta’ rapportar u ta’ ċediment li jirriżultaw mill-kopertura attwali skont l-EU ETS ta’ titjiriet bejn iż-ŻEE u l-Iżvizzera.

L-għadd ta’ kwoti tal-emissjonijiet li jiġu allokati bla ħlas lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru jiġi kkalkulat permezz tal-multiplikazzjoni tad-data dwar tunnellati-kilometri rapportata tagħhom mwettqa fis-sena ta’ referenza bil-parametru referenzjarju applikabbli.

Din l-allokazzjoni bla ħlas hija prevista fi:

L-Artikolu 19a(3) u (4) tal-Att tas-CO2

L-Artikolu 46f(1) u (2) u l-Anness 15 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

9.

Il-limiti kwalitattivi għall-krediti internazzjonali għandhom ikunu tal-anqas stretti daqs dawk stabbiliti fi:

L-Artikoli 11a u 11b tad-Direttiva 2003/87/KE

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nri 920/2010 u 1193/2011,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

L-Artikoli 5 u 6 tal-Att tas-CO2

L-Artikolu 4 u l-Artikolu 4a(1) u l-Anness 2 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

10.

Limiti kwantitattivi għall-użu ta’ krediti internazzjonali.

L-Artikolu 11a tad-Direttiva 2003/87/KE

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nri 920/2010 u 1193/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1123/2013 tat-8 ta’ Novembru 2013 dwar id-determinazzjoni tad-drittijiet ta’ kreditu internazzjonali skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

L-użu tal-krediti internazzjonali għandu jkun ta’ 1,5 % tal-emissjonijiet verifikati sal-2020.

Dan huwa previst fi:

L-Artikolu 55d tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

11.

Kisba ta’ data dwar tunnellatai-kilometri għas-sena ta’ referenza

L-Artikolu 3e tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjoni hawn taħt, il-kisba ta’ data dwar tunnellati-kilometri għandha ssir fl-istess ħin u bl-istess metodu bħall-kisba ta’ data dwar tunnellati-kilometri għall-EU ETS.

Sal-2020 u f’konformità mal-Ordinanza dwar il-Kisba ta’ Data f’Tunnellati-Kilometri u l-Preparazzjoni ta’ Pjanijiet ta’ Monitoraġġ b’rabta mad-Distanzi ta’ Titjir tal-Inġenji tal-Ajru kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, is-sena ta’ referenza għall-kisba ta’ data għall-attivitajiet Żvizzeri tal-avjazzjoni għandha tkun l-2018.

Dan huwa previst fi:

L-Artikolu 19a(3) u (4) tal-Att tas-CO2

l-Ordinanza dwar il-Kisba ta’ Data f’Tunnellati-Kilometri u l-Preparazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Monitoraġġ b’rabta mad-Distanzi ta’ Titjir tal-Inġenji tal-Ajru,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

12.

Monitoraġġ u rapportar

L-Artikolu 14 u l-Anness IV tad-Direttiva 2003/87/KE

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ GHG skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012

Id-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ u r-rapportar għandhom jirriflettu l-istess livell ta’ strettezza bħal fl-EU ETS.

Dan huwa previst fi:

L-Artikolu 20 tal-Att tas-CO2,

L-Artikoli minn 50 sa 52 u l-Annessi 16 u 17 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1603 tat-18 ta’ Lulju 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-miżuri adottati mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet tal-avjazzjoni għall-iskop li tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

 

13.

Verifika u Akkreditament

L-Artikolu 15 u l-Anness V tad-Direttiva 2003/87/KE

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 600/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet tal-GHG u r-rapporti dwar it-tunnellati kilometri u l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Id-dispożizzjonijiet dwar il-verifika u l-akkreditament għandhom jirriflettu l-istess livell ta’ strettezza bħal fl-EU ETS.

Dan huwa previst fi:

L-Artikolu 52(4) u (5) u l-Anness 18 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

 

14.

Amministrazzjoni

Għandhom japplikaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 18a tad-Direttiva 2003/87/KE. Għal dan il-għan u skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Iżvizzera għandha titqies bħala Stat Membru Amministrattiv fir-rigward tal-attribuzzjoni tal-amministrazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru lill-Iżvizzera u lill-Istati Membri tal-UE (ŻEE).

F’konformità mal-Ordinanza tas-CO2 kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-Iżvizzera għandha tkun responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru:

b’liċenzja operattiva valida li tkun ingħatat mill-Iżvizzera, jew

bl-akbar emissjonijiet attribwiti lill-avjazzjoni stmati fl-Iżvizzera fil-qafas tal-ETS kollegati.

Skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-UE (ŻEE) għandhom ikunu responsabbli għall-kompiti kollha relatati mal-amministrazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru attribwiti lilhom, inklużi wkoll dawk il-kompiti relatati mal-ETS tal-Iżvizzera (eż. ir-riċeviment ta’ rapporti verifikati dwar l-emissjonijiet li jkopru kemm l-attivitajiet tal-avjazzjoni tal-UE kif ukoll tal-Iżvizzera, l-allokazzjoni, il-ħruġ u t-trasferiment ta’ kwoti, il-konformità u l-infurzar).

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tiftiehem bilateralment mal-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri dwar it-trasferiment tad-dokumentazzjoni u tal-informazzjoni rilevanti.

L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom ikunu responsabbli għall-kompiti kollha relatati mal-amministrazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru attribwiti lill-Iżvizzera, inklużi l-kompiti relatati mal-EU ETS (eż. ir-riċeviment ta’ rapporti verifikati dwar l-emissjonijiet li jkopru kemm l-attivitajiet tal-avjazzjoni tal-UE kif ukoll tal-Iżvizzera, l-allokazzjoni, il-ħruġ u t-trasferiment ta’ kwoti, il-konformità u l-infurzar).

L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jaqblu bilateralment mal-Kummissjoni Ewropea dwar it-trasferiment tad-dokumentazzjoni u tal-informazzjoni rilevanti.

B’mod partikolari, il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżgura t-trasferiment lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru amministrati mill-Iżvizzera tal-ammont ta’ allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-UE.

Fil-każ ta’ ftehim bilaterali dwar l-amministrazzjoni ta’ titjiriet li joperaw fir-rigward ta’ EuroAirport Basel-Mulhouse-Freiburg li ma jinvolvix emendi għad-Direttiva 2003/87/KE, il-Kummissjoni Ewropea għandha, skont kif ikun xieraq, tiffaċilita l-implimentazzjoni tat-tali ftehim, sakemm dan ma jwassalx għal għadd doppju.

B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jittrasferixxu lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru amministrati mill-Istati Membri tal-UE (ŻEE) l-ammont ta’ allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti Żvizzeri.

Dan huwa previst fi:

L-Artikolu 39(1bis) tal-Att tas-CO2,

L-Artikolu 46d u l-Anness 14 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

15.

Ċediment

Meta jivvalutaw il-konformità tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru fuq il-bażi tal-ammont ta’ kwoti ċeduti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-EU (ŻEE) għandhom l-ewwel nett jagħtu kont tal-emissjonijiet koperti mill-ETS tal-Iżvizzera u jużaw l-ammont li jifdal tal-kwoti ċeduti biex jagħtu kont tal-emissjonijiet koperti mill-EU ETS.

Meta jivvalutaw il-konformità tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru fuq il-bażi tal-ammont ta’ kwoti ċeduti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Iżvizzera għandhom l-ewwel nett jagħtu kont tal-emissjonijiet koperti mill-EU ETS u jużaw l-ammont li jifdal tal-kwoti ċeduti biex jagħtu kont tal-emissjonijiet koperti mill-ETS tal-Iżvizzera.

16.

Infurzar ġuridiku

Il-Partijiet għandhom jinfurzaw id-dispożizzjonijiet tal-ETS rispettivi tagħhom fir-rigward ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru li ma jissodisfawx l-obbligi fl-ETS rispettiva, irrispettivament minn jekk l-operatur ikunx amministrat minn awtorità kompetenti tal-UE (ŻEE) jew minn awtorità kompetenti Żvizzera fil-każ li l-infurzar mill-awtorità li tkun qed tamministra lill-operatur ikun jeħtieġ azzjoni addizzjonali.

17.

Attribuzzjoni amministrattiva tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru

Skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE, il-lista tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru ppubblikata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 18a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE għandha tispeċifika l-Istat amministrattiv, inkluż l-Iżvizzera, għal kull operatur ta’ inġenji tal-ajru.

L-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jiġu attribwiti lill-Iżvizzera għall-ewwel darba wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu amministrati mill-Iżvizzera wara t-30 ta’ April tas-sena ta’ attribuzzjoni u qabel l-1 ta’ Awwissu tas-sena ta’ attribuzzjoni.

Iż-żewġ partijiet għandhom jikkooperaw billi jikkondividu d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni rilevanti.

L-attribuzzjoni ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru m’għandhiex taffettwa l-kopertura ta’ dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru mill-ETS rispettiva (jiġifieri, operatur kopert mill-EU ETS amministrat mill-awtorità kompetenti Żvizzera għandu jkollu l-istess livell ta’ obbligi skont l-EU ETS flimkien mal-kopertura tiegħu skont l-ETS Żvizzera, u viċeversa).

18.

Modalitajiet għall-implimentazzjoni

Kwalunkwe modalità addizzjonali meħtieġa għall-organizzazzjoni tax-xogħol u għall-kooperazzjoni fi ħdan il-punt uniku ta’ servizz għad-detenturi ta’ kontijiet tal-avjazzjoni għandha tiġi żviluppata u adottata mill-Kumitat Konġunt wara l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, skont l-Artikoli 12, 13 u 22 ta’ dan il-Ftehim. Dawn il-modalitajiet għandhom japplikaw mid-data meta japplika dan il-Ftehim.

19.

Assistenza mill-Eurocontrol

Għall-parti tal-avjazzjoni ta’ dan il-Ftehim, il-Kummissjoni Ewropea għandha tinkludi lill-Iżvizzera fi ħdan il-mandat mogħti lill-Eurocontrol fir-rigward tal-EU ETS.

C.   Kriterji Essenzjali għar-Reġistri

L-ETS ta’ kull Parti għandha tinkludi reġistru u reġistru tat-tranżazzjonijiet, li għandhom jissodisfaw il-kriterji essenzjali li ġejjin b’rabta mal-mekkaniżmi u mal-proċeduri tas-sigurtà u b’rabta mal-ftuħ u mal-ġestjoni tal-kontijiet:

Kriterji Essenzjali b’rabta mal-Mekkaniżmi u mal-Proċeduri tas-Sigurtà

Ir-reġistri u r-reġistri tat-tranżazzjonijiet għandhom jipproteġu l-kunfidenzjalità, l-integrità, id-disponibbiltà u l-awtentiċità tad-data maħżuna fis-sistema. Għal dan il-għan, il-Partijiet għandhom jimplimentaw il-mekkaniżmi tas-sigurtà li ġejjin:

Kriterji Essenzjali

Biex jiġu aċċessati l-kontijiet, hemm bżonn ta’ mekkaniżmu ta’ awtentikazzjoni b’żewġ fatturi għall-utenti kollha li jaċċessaw il-kont.

Kemm biex tinbeda tranżazzjoni kif ukoll biex din tiġi approvata hemm bżonn ta’ mekkaniżmu ta’ ffirmar tat-tranżazzjoni. Il-kodiċi ta’ konferma għandu jintbagħat lill-utenti barra mill-kanal fiss ta’ komunikazzjoni.

Kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet segwenti għandha tinbeda minn persuna waħda u tiġi approvata minn oħra (il-prinċipju ta’ 4-għajnejn):

l-operazzjonijiet kollha mwettqa minn amministratur, sakemm ma japplikawx eċċezzjonijiet kif definiti fl-LTS

it-trasferimenti kollha ta’ unitajiet sakemm ma jkunux ġustifikati minn miżura alternattiva li tipprovdi l-istess livell ta’ sigurtà.

Għandu jkun hemm sistema ta’ notifiki fis-seħħ li twissi lill-utenti meta jitwettqu operazzjonijiet li jinvolvu l-kontijiet u l-kontijiet ta’ depożitu tagħhom.

Japplika dewmien minimu ta’ 24 siegħa bejn il-bidu ta’ trasferiment u l-eżekuzzjoni tiegħu lill-utenti kollha sabiex jirċievu l-informazzjoni u jwaqqfu kwalunkwe trasferiment illeġittimu suspettat.

L-amministratur Żvizzeru u l-amministratur ċentrali tal-Unjoni għandhom jieħdu passi biex jinfurmaw lill-utenti dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tas-sigurtà tas-sistemi tagħhom (pereżempju PC, network) u fir-rigward tal-amministrazzjoni tad-data/tan-navigazzjoni fuq l-Internet.

Fir-rigward tal-kwoti, l-emissjonijiet għas-sena 2020 jistgħu jiġu koperti biss minn kwoti maħruġa fil-perjodu mill-2013 sal-2020.

Kriterji Essenzjali b’rabta mal-Ftuħ u l-Ġestjoni tal-Kontijiet

Kriterji Essenzjali

Ftuħ ta’ Kont tal-Operatur/Kont ta’ Depożitu tal-Operatur

L-applikazzjoni mill-operatur jew mill-awtorità kompetenti għat-talba ta’ ftuħ ta’ Kont (ta’ Depożitu) tal-Operatur għandha tiġi indirizzata lill-amministratur nazzjonali (Uffiċċju Federali tal-Ambjent, FOEN, għall-Iżvizzera). L-applikazzjoni għandha tinkludi biżżejjed informazzjoni sabiex tidentifika l-installazzjoni tal-ETS u ID xierqa tal-installazzjoni.

Ftuħ ta’ Kont ta’ Operatur tal-Inġenji tal-Ajru/Kont ta’ Depożitu ta’ Operatur tal-Inġenji tal-Ajru

Kull operatur tal-inġenji tal-ajru kopert mill-ETS tal-Iżvizzera jew mill-EU ETS għandu jkollu kont tal-operatur tal-inġenji tal-ajru/kont ta’ depożitu ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru wieħed. Fil-każ tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru amministrati mill-awtorità kompetenti Żvizzera dan il-kont għandu jinżamm fir-reġistru Żvizzeru. L-applikazzjoni mill-operatur tal-inġenji tal-ajru jew minn rappreżentant awtorizzat tal-operatur tal-inġenji tal-ajru għandha tiġi indirizzata lill-amministratur nazzjonali (FOEN għall-Iżvizzera) fi żmien 30 jum ta’ xogħol mill-approvazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ tal-operatur tl-inġenji tal-ajru jew mit-trasferiment tiegħu minn Stat Membru tal-UE (ŻEE) lill-awtoritajiet Żvizzeri. L-applikazzjoni għandha tinkludi l-kodiċi jew kodiċijiet uniċi tal-inġenju tal-ajru operat mill-applikant li jaqgħu fil-qafas tal-ETS tal-Iżvizzera u/jew tal-EU ETS.

Ftuħ ta’ Kont Personali/Kont ta’ Depożitu Personali

L-applikazzjoni għal talba għall-ftuħ ta’ kont personali jew ta’ kont ta’ depożitu personali għandha tiġi indirizzata lill-amministratur nazzjonali (FOEN għall-Iżvizzera). Għandha tinkludi biżżejjed informazzjoni għall-identifikazzjoni tad-detentur/tal-applikant tal-kont u għandha tinkludi tal-anqas:

għal persuna fiżika: prova tal-identità u d-dettalji ta’ kuntatt

għal persuna ġuridika:

il-kopja tar-reġistru kummerċjali, jew

l-istrumenti li jistabbilixxu l-entità legali u dokument ta’ prova tar-reġistrazzjoni tal-entità legali

ir-rekords kriminali tal-persuna fiżika jew fil-każ ta’ persuna ġuridika tad-diretturi tagħha

Rappreżentanti Awtorizzati/tal-Kont

Kull kont għandu jkollu tal-anqas rappreżentant awtorizzat/tal-kont wieħed innominat mid-detentur tal-kont prospettiv. Ir-rappreżentanti awtorizzati/tal-kont għandhom jibdew it-tranżazzjonijiet u proċessi oħra f’isem id-detentur tal-kont. Meta jiġi nnominat ir-rappreżentant awtorizzat/tal-kont, għandha tiġi trażmessa l-informazzjoni li ġejja dwar ir-rappreżentant awtorizzat/tal-kont:

isem u dettalji ta’ kuntatt

id-dokument ġustifikattiv tal-identifikazzjoni

rekord kriminali.

Kontroll tad-dokumenti

Kull kopja ta’ dokument li tiġi sottomessa bħala evidenza għall-ftuħ ta’ kont personali/kont ta’ depożitu personali jew għan-nomina ta’ rappreżentant awtorizzat/ta’ kont trid tkun ċertifikata bħala kopja vera. Fir-rigward ta’ dokumenti maħruġa barra mill-Istat li jkun qed jitlob kopja, il-kopja għandha tiġi legalizzata. Id-data taċ-ċertifikazzjoni u, fejn rilevanti, tal-leġiżlazzjoni ma tridx tkun ta’ aktar minn tliet xhur qabel id-data tal-applikazzjoni.

Rifjut għall-ftuħ jew għall-aġġornament ta’ kont jew għan-nomina ta’ rappreżentant awtorizzat/tal-kont

Amministratur nazzjonali (FOEN għall-Iżvizzera) jista’ jirrifjuta li jiftaħ jew li jaġġorna kont jew li jinnomina rappreżentant awtorizzat/ta’ kont diment li r-rifjut ikun raġonevoli u ġustifikabbli. Ir-raġunijiet għar-rifjut għandhom ikunu ġustifikati abbażi ta’ mill-inqas waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

l-informazzjoni u d-dokumenti pprovduti jkunu mhux kompluti, skaduti, jew inkella skorretti

ir-rappreżentant prospettiv ikun qed jiġi investigat jew ikun instab ħati fil-ħames snin preċedenti ta’ frodi li tinvolvi kwoti jew unitajiet ta’ Kjoto, ħasil tal-flus, iffinanzjar tat-terroriżmu jew reati gravi oħra li għalihom il-kont seta’ kien strumentali

raġunijiet stabbiliti fid-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni.

Reviżjoni regolari tal-informazzjoni dwar il-kont

Id-detenturi tal-kont għandhom jirrapportaw minnufih kwalunkwe tibdil fil-kont jew fid-data dwar l-utent lill-amministratur nazzjonali (FOEN għall-Iżvizzera) appoġġat minn informazzjoni kif meħtieġ mill-amministratur nazzjonali li huwa responsabbli għall-approvazzjoni tal-aġġornament f’waqtu tal-informazzjoni.

Mill-anqas darba kull tliet snin, l-amministratur nazzjonali għandu jirrevedi jekk l-informazzjoni relatata ma’ kont tkunx għadha kompleta, aġġornata, preċiża u vera, u għandu jitlob li d-detentur tal-kont jinnotifika kwalunkwe tibdil skont kif ikun xieraq.

Sospensjoni ta’ Aċċess għal Kont

Fejn tinkiser kwalunkwe dispożizzjoni skont l-Artikolu 3 ta’ dan il-Ftehim relattivament għal reġistri jew tkun pendenti xi investigazzjoni dwar il-possibilità ta’ ksur ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, l-aċċess għall-kontijiet jista’ jiġi sospiż.

Kunfidenzjalità u żvelar tal-informazzjoni

L-informazzjoni, inkluż iż-żamma tal-kontijiet kollha, it-tranżazzjonijiet kollha magħmula, il-kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni tal-unità tal-kwoti u l-valur numeriku uniku tan-numru tas-serje tal-unità tal-unitajiet ta’ Kjoto miżmuma jew affettwati minn tranżazzjoni, miżmuma fl-EUTL jew fl-SSTL, fir-Reġistru tal-Unjoni, fir-reġistru Żvizzeru u fi kwalunkwe reġistru ieħor tal-Protokoll ta’ Kjoto għandhom jitqiesu kunfidenzjali.

Tali informazzjoni kunfidenzjali tista’ tingħata lill-entitajiet pubbliċi rilevanti wara talba tagħhom jekk dawn it-talbiet isegwu objettiv leġittimu u huma ġustifikati, meħtieġa u proporzjonati (għall-finijiet ta’ investigazzjoni, detezzjoni, prosekuzzjoni, amministrazzjoni tat-taxxa, infurzar, awditjar u superviżjoni finanzjarja għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, il-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, kriminalità serja oħra, il-manipulazzjoni tas-suq jew ksur ieħor tad-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali ta’ Stat Membru taż-ŻEE jew tal-Iżvizzera u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-EU ETS u tal-ETS tal-Iżvizzera.

D.   Kriterji Essenzjali għall-Pjattaformi tal-Irkantar u għall-Attivitajiet tal-Irkantar

L-entitajiet li jwettqu l-irkanti tal-kwoti fl-ETS tal-Partijiet għandhom jissodisfaw il-kriterji essenzjali li ġejjin u għandhom iwettqu l-irkanti skont dan:

 

Kriterji Essenzjali

1.

L-entità li tmexxi l-irkant għandha tintgħażel permezz ta’ proċess li jiżgura trasparenza, proporzjonalità, trattament indaqs, nondiskriminazzjoni u kompetizzjoni bejn il-pjattaformi tal-irkant potenzjali differenti abbażi tad-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali dwar l-akkwist.

2.

L-entità li tmexxi l-irkant għandha tkun awtorizzata għal din l-attività u għandha tipprovdi s-salvagwardji meħtieġa fit-twettiq tal-operazzjonijiet tagħha; dawk is-salvagwardji jinkludu, fost l-oħrajn, arranġamenti għall-identifikazzjoni u għall-ġestjoni tal-konsegwenzi negattivi potenzjali ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interess, għall-identifikazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji li għalihom ikun espost is-suq, li jkun hemm regoli u proċeduri trasparenti u mhux diskrezzjonali għal irkantar ġust u ordnat u biżżejjed riżorsi finanzjarji biex jiġi faċilitat il-funzjonament kif suppost.

3.

L-aċċess għall-irkanti għandu jkun soġġett għal rekwiżiti minimi fir-rigward ta’ kontrolli adegwati tad-diliġenza tal-klijenti biex jiġi żgurat li l-parteċipanti ma jimminawx l-operat tal-irkanti.

4.

Il-proċess tal-irkantar għandu jkun prevedibbli, b’mod partikolari fir-rigward taż-żmien u tas-sekwenza tal-bejgħ u tal-volumi stmati li għandhom ikunu disponibbli. L-elementi prinċipali tal-metodu tal-irkantar, inkluż l-iskeda, id-dati u l-volumi stmati tal-bejgħ għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-entità li tmexxi l-irkant tal-anqas xahar qabel il-bidu tal-irkanti. Kwalunkwe aġġustament sinifikanti għandu jitħabbar malajr kemm jista’ jkun prattikabbli, inkluż minn qabel ukoll.

5.

L-irkantar tal-kwoti għandu jitwettaq bl-objettiv li jiġi minimizzat kwalunkwe impatt fuq l-ETS ta’ kull Parti. L-entità inkarigata mill-irkant għandha tiżgura l-prezzijiet uniformi tal-irkanti ma jiddevjawx b’mod sinifikanti mill-prezz rilevanti għall-kwoti fis-suq sekondarju matul il-perjodu tal-irkant, sitwazzjoni li tkun tindika nuqqas fl-irkanti. Il-metodoloġija li tiddetermina d-devjazzjoni msemmija fis-sentenza ta’ qabel għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet kompetenti li jeżerċitaw funzjonijiet ta’ sorveljanza tas-suq.

6.

L-informazzjoni mhux kunfidenzjali kollha li hija pertinenti għall-irkanti, inklużi l-leġiżlazzjoni, il-gwidi u l-formoli kollha, għandha tiġi ppubblikata b’mod miftuħ u trasparenti. Ir-riżultati ta’ kull irkant mwettaq għandhom jiġu ppubblikati malajr kemm jista’ jkun raġonevolment prattikabbli u jinkludu l-informazzjoni mhux kunfidenzjali rilevanti. Ir-rapporti dwar ir-riżultati tal-irkanti għandhom jiġu ppubblikati tal-anqas darba fis-sena.

7.

L-irkant tal-kwoti għandu jkun soġġett għal regoli u proċeduri adegwati biex itaffi r-riskju ta’ komportament antikompetittiv, abbuż tas-suq, ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu fl-irkanti. Kemm jista’ jkun possibbli, dawn ir-regoli u l-proċeduri għandhom ma jkunux inqas stretti minn dawk applikabblki għas-swieq finanzjarji fir-reġimi legali rispettivi tal-Partijiet. B’mod partikolari, l-entità li tmexxi l-irkant għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment ta’ miżuri, proċeduri u proċessi sabiex tiġi żgurata l-integrità tal-irkanti. Għandha timmonitorja wkoll l-imġiba tal-parteċipanti tas-suq u tinnotifika lill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti f’każ ta’ komportament antikompetittiv, abbuż tas-suq, ħasil ta’ flus jew finanzjament tat-terroriżmu.

8.

L-entità li twettaq l-irkanti u l-irkantar tal-kwoti għandha tkun soġġetta għal superviżjoni adegwata mill-awtoritajiet kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti maħtura għandu jkollhom il-kompetenzi legali neċessarji u l-arranġamenti tekniċi biex jagħmlu superviżjoni ta’:

l-organizzazzjoni u l-kondotta tal-operaturi tal-pjattaformi tal-irkanti

l-organizzazzjoni u l-kondotta tal-intermedjarji professjonali li jaġixxu f’isem il-klijenti

l-imġiba u t-tranżazzjonijiet tal-parteċipanti tas-suq, sabiex jiġi evitat abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq

it-tranżazzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq, sabiex jiġi evitat il-ħasil ta’ flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Sa fejn ikun possibbli, is-superviżjoni ma għandhiex tkun inqas stretta mis-superviżjoni fuq is-swieq finanzjarji fir-reġimi legali rispettivi tal-Partijiet.

L-Iżvizzera għandha tagħmel sforz biex tagħmel użu minn entità privata għall-irkantar tal-kwoti tagħha, f’konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku.

Sa meta tiġi kuntrattata tali entità, u diment li l-għadd ta’ kwoti li jkunu se jiġu rkantati f’sena jkun taħt limitu fiss, l-Iżvizzera tista’ tkompli tuża l-arranġamenti attwali għall-irkantar, jiġifieri l-irkanti operati mill-FOEN, bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

Il-livell limitu għandu jkun ta’ 1 000 000 kwota, li jinkludi l-kwoti li għandhom jiġu rkantati għall-attivitajiet tal-avjazzjoni.

2.

Għandhom japplikaw il-kriterji essenzjali minn 1 sa 8, bl-eċċezzjoni tal-kriterji 1 u 2, filwaqt li l-aħħar sentenza tal-kriterju 5 u l-kriterji 7 u 8 japplikaw biss għall-FOEN sal-limitu possibbli.

Għandu japplika l-Kriterju Essenzjali 3, flimkien mad-dispożizzjoni li ġejja: l-ammissjoni għas-sottomissjoni ta’ offerti fl-irkanti tal-kwoti Żvizzeri skont l-arranġamenti għall-irkantar li kienu fis-seħħ fiż-żmien li fih ġie ffirmat dan il-Ftehim għandhom jiġu garantiti għall-entitajiet kolla fiż-ŻEE li huma ammessi biex jissottomettu offerti fl-irkanti fl-Unjoni.

L-Iżvizzera tista’ toħroġ mandat lill-entitajiet li jwettqu l-irkant li jinsabu fiż-ŻEE.

ANNESS II

STANDARDS TEKNIĊI TAL-KOLLEGAMENT

Biex jitħaddem il-kollegament bejn l-EU ETS u l-ETS tal-Iżvizzera, għandha tiġi stabbilita soluzzjoni proviżorja sa Mejju 2020 jew kemm jista’ jkun malajr wara. Kemm jista’ jkun malajr, il-partijiet għandhom jikkooperaw biex jissostitwixxu s-soluzzjoni proviżorja b’kollegament ta’ reġistru permanenti.

L-Istandards Tekniċi tal-Kollegament (LTS) għandhom jispeċifikaw:

l-arkitettura tal-kollegament ta’ komunikazzjoni

is-sigurtà tat-trasferiment tad-data

il-lista ta’ funzjonijiet (tranżazzjonijiet, rikonċiljazzjoni …)

id-definizzjoni ta’ servizzi web

ir-rekwiżiti dwar ir-reġistrazzjoni tad-data

l-arranġamenti operattivi (uffiċċju ta’ informazzjoni, appoġġ)

il-pjan dwar l-attivazzjoni ta’ komunikazzjoni u l-proċedura tal-ittestjar

il-proċedura tal-ittestjar tas-sigurtà.

L-LTS għandhom jispeċifikaw li l-amministraturi jridu jieħdu passi raġonevoli biex jiġi żgurat li l-SSTL, l-EUTL kif ukoll il-kollegament ikunu operazzjonali 24 siegħa kuljum u 7 ijiem fil-ġimgħa, u li l-interruzzjonijiet fl-operat tal-SSTL, tal-EUTL u fil-kollegament iridu jinżammu għall-minimu.

L-LTS għandhom jispeċifikaw li l-komunikazzjonijiet bejn l-SSTL u l-EUTL jikkonsistu minn skambji siguri ta’ messaġġi tas-servizzi web abbażi tat-teknoloġiji li ġejjin (1) 1:

servizzi web bl-użu tal-Protokoll SOAP (Simple Object Access Protocol) jew ekwivalenti

Network Privat Virtwali (VPN) ibbażat fuq il-hardware

XML (Lingwaġġ tal-Immarkar Estensibbli)

firma diġitali, u

protokolli ta’ sinkronizzazzjoni tal-ħin fuq network

L-LTS għandhom jistabbilixxu rekwiżiti addizzjonali ta’ sigurtà għar-reġistru Żvizzeru, għall-SSTL, għar-reġistru tal-Unjoni u għall-EUTL u dawn għandhom jiġu dokumentati fi “pjan ta’ ġestjoni tas-sigurtà”. B’mod partikolari, l-LTS għandhom jispeċifikaw li:

jekk ikun hemm suspett li tkun ġiet kompromessa s-sigurtà tar-reġistru Żvizzeru, tal-SSTL, tar-reġistru tal-Unjoni jew tal-EUTL allura ż-żewġ Partijiet għandhom minnufih javżaw lil xulxin u jissospendu l-konnessjoni bejn l-SSTL u l-EUTL

fil-każ ta’ ksur tas-sigurtà, il-Partijiet għandhom jintrabtu li jikkondividu immedjatament l-informazzjoni ma’ xulxin. Skont kemm ikun hemm disponibbiltà tad-dettalji tekniċi, għandu jiġi kondiviż rapport li jiddeskrivi l-inċident (id-data, il-kawża, l-impatt, ir-rimedji) bejn l-amministratur tar-reġistru Żvizzeru u l-amministratur ċentrali tal-Unjoni fi żmien 24 siegħa wara l-ksur tas-sigurtà.

Il-proċedura dwar l-ittestjar tas-sigurtà stabbilita fl-LTS għandha titlesta qabel jiġi stabbilit il-kollegament ta’ komunikazzjoni bejn l-SSTL u l-EUTL, u kull meta jkun hemm bżonn ta’ verżjoni jew rilaxx ġdid tal-SSTL jew tal-EUTL.

L-LTS għandhom jipprovdu żewġ ambjenti għall-ittestjar minbarra l-ambjent għall-produzzjoni: ambjent għall-ittestjar għall-iżviluppaturi u ambjent ta’ aċċettazzjoni.

Il-Partijiet għandhom jipprovdu evidenza permezz tal-amministratur tar-reġistru Żvizzeru u l-amministratur ċentrali tal-Unjoni li turi li matul l-aħħar tnax-il xahar tkun saret valutazzjoni indipendenti tas-sigurtà tas-sistemi tagħhom f’konformità mar-rekwiżiti ta’ sigurtà stabbiliti fl-LTS. L-ittestjar tas-sigurtà u b’mod partikolari l-ittestjar tal-penetrazzjoni għandu jsir fuq kull rilaxx ġdid maġġuri tas-software f’konformità mar-rekwiżiti ta’ sigurtà stabbiliti fl-LTS. L-ittestjar tal-penetrazzjoni ma għandux isir mill-iżviluppatur tas-software jew minn sottokuntrattur tal-iżviluppatur tas-software..


(1)  1 Attwalment dawk it-teknoloġiji qed jintużaw biex tiġi stabbilita konnessjoni bejn ir-Reġistru tal-Unjoni u r-Reġistru Internazzjonali tat-Tranżazzjonijiet kif ukoll bejn ir-Reġistru Żvizzeru u r-Reġistru Internazzjonali tat-Tranżazzjonijiet.


Top