Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22019D1233

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 103/2019 tal-11 ta' April 2019 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2019/1233]

    ĠU L 192, 18.7.2019, p. 58–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1233/oj

    18.7.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 192/58


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 103/2019

    tal-11 ta' April 2019

    li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2019/1233]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/565 tat-28 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2205, ir-Regolament Delegat (UE) 2016/592 u r-Regolament Delegat (UE) 2016/1178 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data li fiha l-obbligu tal-ikklirjar jidħol fis-seħħ għal ċerti tipi ta' kuntratti (1) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Għalhekk, l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej jiżdied fil-punti 31bcp (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205), 31bcq (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/592) u 31bcr (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1178) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:

    “—

    32019 R 0565: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/565 tat-28 ta' Marzu 2019 (ĠU L 99, 10.4.2019, p. 6).”

    Artikolu 2

    It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2019/565 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta' April 2019, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta' April 2019.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Claude MAERTEN


    (1)  ĠU L 99, 10.4.2019, p. 6.

    (*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


    Top