Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22018D1755

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 21/2017 tat-3 ta’ Frar 2017 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE (2018/1755)

ĠU L 297, 22.11.2018, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1755/oj

22.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 21/2017

tat-3 ta’ Frar 2017

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE (2018/1755)

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1411 tal-24 ta’ Awwissu 2016 li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa mogħtija fir-rigward ta’ prodotti tal-ikel, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1412 tal-24 ta’ Awwissu 2016 li jiċħad li jawtorizza indikazzjoni dwar is-saħħa magħmula fuq l-ikel u li tirreferi għat-tnaqqis tar-riskju ta’ mard (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1413 tal-24 ta’ Awwissu 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 432/2012 li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1416 tal-24 ta’ Awwissu 2016 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(6)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 54zzzzzp (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 432/2012):

“—

32016 R 1413: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1413 tal-24 ta’ Awwissu 2016 (ĠU L 230, 25.8.2016, p. 8).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 55 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011):

“—

32016 R 1416: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1416 tal-24 ta’ Awwissu 2016 (ĠU L 230, 25.8.2016, p. 22).”

3.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 118 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1390):

“119.

32016 R 1411: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1411 tal-24 ta’ Awwissu 2016 li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa mogħtija fir-rigward ta’ prodotti tal-ikel, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 230, 25.8.2016, p. 1).

120.

32016 R 1412: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1412 tal-24 ta’ Awwissu 2016 li jiċħad li jawtorizza indikazzjoni dwar is-saħħa magħmula fuq l-ikel u li tirreferi għat-tnaqqis tar-riskju ta’ mard (ĠU L 230, 25.8.2016, p. 6).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2016/1411, (UE) 2016/1412, (UE) 2016/1413 u (UE) 2016/1416 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Frar 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 230, 25.8.2016, p. 1.

(2)  ĠU L 230, 25.8.2016, p. 6.

(3)  ĠU L 230, 25.8.2016, p. 8.

(4)  ĠU L 230, 25.8.2016, p. 22.

(*1)  Ma huma indikari l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top