This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22017D2203
Decision No 2/2017 of the Joint CARIFORUM-EU Council established by the Economic Partnership Agreement between the CARIFORUM States, of the one part, and the European Community and its Member States, of the other part, of 17 November 2017 as regards the establishment of a list of arbitrators [2017/2203]
Deċiżjoni Nru 2/2017 tal-Kunsill Konġunt CARIFORUM-UE stabbilit bil-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, tas-17 ta' Novembru 2017 fir-rigward tal-istabbiliment ta' lista ta' arbitri [2017/2203]
Deċiżjoni Nru 2/2017 tal-Kunsill Konġunt CARIFORUM-UE stabbilit bil-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, tas-17 ta' Novembru 2017 fir-rigward tal-istabbiliment ta' lista ta' arbitri [2017/2203]
ĠU L 313, 29.11.2017, pp. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
29.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/12 |
DEĊIŻJONI Nru 2/2017 TAL-KUNSILL KONĠUNT CARIFORUM-UE
stabbilit bil-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra,
tas-17 ta' Novembru 2017
fir-rigward tal-istabbiliment ta' lista ta' arbitri [2017/2203]
IL-KUNSILL KONĠUNT CARIFORUM-UE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-Artikolu 221(1) tiegħu,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-lista ta' ħmistax-il arbitru prevista fl-Artikolu 221(1) annessa ma' din id-Deċiżjoni hija adottata mill-Partijiet.
Artikolu 2
Il-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp CARIFORUM-UE jista' jemenda l-lista ta' arbitri annessa ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell fis-17 ta' Novembru 2017.
Għall-Istati tal-CARIFORUM
K. JOHNSON SMITH
Għall-Parti tal-UE
C. MALMSTRÖM
ANNESS
Lista tal-arbitri msemmija fl-Artikolu 221(1) tal-Ftehim
Arbitri magħżula mill-Istati tal-CARIFORUM:
|
|
Is-Sinjura Tracy BENN-ROBERTS (Antigua u Barbuda) |
|
|
Is-Sinjura Nicole FOSTER (Barbados) |
|
|
Is-Sinjura Bertha COOPER-ROSSEAU (il-Bahamas) |
|
|
Is-Sinjura Michelle A. BROWN (il-Ġamajka) |
|
|
Is-Sinjura Fabiola MEDINA GARNES (ir-Repubblika Dominicana) |
Arbitri magħżula mill-UE:
|
|
Is-Sur Jacques BOURGEOIS (il-Belġju) |
|
|
Is-Sur Claus-Dieter EHLERMANN (il-Ġermanja) |
|
|
Is-Sur Pieter Jan KUIJPER (in-Netherlands) |
|
|
Is-Sur Giorgio SACERDOTI (l-Italja) |
|
|
Is-Sur Ramon TORRENT (Spanja) |
Arbitri magħżula b'mod konġunt mill-Partijiet:
|
|
Is-Sur Frederick ABBOTT (l-Istati Uniti) |
|
|
Is-Sur James BACCHUS (l-Istati Uniti) |
|
|
Is-Sur Armand DE MESTRAL (il-Kanada) |
|
|
Is-Sinjura Claudia OROZCO (il-Kolombja) |
|
|
Is-Sur Helge SELAND (in-Norveġja) |