Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22017D2202

Deċiżjoni Nru 1/2017 tal-Kunsill Konġunt CARIFORUM-UE stabbilit mill-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, tas-17 ta' Novembru 2017 li jikkonċerna l-emenda tal-Anness IX għall-Protokoll I: Pajjiżi u territorji extra-Ewropej [2017/2202]

ĠU L 313, 29.11.2017, pp. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/2202/oj

29.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/10


DEĊIŻJONI Nru 1/2017 TAL-KUNSILL KONĠUNT CARIFORUM-UE

stabbilit mill-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra,

tas-17 ta' Novembru 2017

li jikkonċerna l-emenda tal-Anness IX għall-Protokoll I: Pajjiżi u territorji extra-Ewropej [2017/2202]

IL-KUNSILL KONĠUNT CARIFORUM-UE

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Cariforum, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tal-Protokoll I tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll I tal-Ftehim — Dwar id-Definizzjoni tal-Kunċett ta' “Prodotti Oriġinarji” u Metodi ta' Kooperazzjoni Amministrattiva — jiddefinixxi Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej (Overseas Countries and Territories - OCTs) bħala li tfisser il-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej imniżżla fl-Anness IX tiegħu;

(2)

Wara l-bidla fl-istatus ta' Mayotte (1) u Saint Barthélemy (2), u d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (3) dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea, il-lista ta' pajjiżi u territorji extra-Ewropej fl-Anness IX għall-Protokoll I tal-Ftehim jenħtieġ li tiġi aġġornata,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness IX għall-Protokoll I huwa mibdul bl-Anness li jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2017.

Għall-Istati tal-Cariforum

K. JOHNSON SMITH

Għall-Parti tal-UE

C. MALMSTRÖM


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2012/419/UE tal-11 ta' Lulju 2012 li temenda l-istatus ta' Mayotte fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (ĠU UE L 204, 31.7.2012, p. 131).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2010/718/UE tad-29 ta' Ottubru 2010 li timmodifika l-istatus tal-gżira ta' Saint-Barthélemy fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (ĠU UE L 325, 9.12.2010, p. 4).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).


ANNESS

“ANNESS IX GĦALL-PROTOKOLL I

Pajjiżi u territorji extra-Ewropej

Għall-finijiet ta' dan il-Protokoll “pajjiżi u territorji barranin” tfisser il-pajjiżi u t-territorji msemmija fl-Anness II tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea elenkati hawn taħt:

(Din il-lista hija mingħajr preġudizzju għall-istatus ta' dawn il-pajjiżi u t-territorji, jew għat-tibdiliet futuri fl-istatus tagħhom.)

1.

Il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej li għandhom relazzjonijiet speċjali mar-Renju tad-Danimarka:

Greenland.

2.

Il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej li għandhom relazzjonijiet speċjali mar-Repubblika Franċiża:

New Caledonia u d-Dipendenzi,

Il-Polineżja Franċiża,

Saint Pierre u Miquelon,

Saint Barthélemy,

It-Territorji Franċiżi tan-Nofsinhar u tal-Antartiku,

Wallis u Futuna.

3.

Il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej li għandhom relazzjonijiet speċjali mar-Renju tan-Netherlands:

Aruba,

Bonaire,

Curaçao,

Saba,

Sint Eustatius,

Sint Maarten.

4.

Il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej li għandhom relazzjonijiet speċjali mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq:

Anguilla,

Bermuda,

Il-Gżejjer Cayman,

Il-Gżejjer Falkland,

South Georgia u s-South Sandwich Islands,

Montserrat,

Il-Gżejjer Pitcairn,

Saint Helena u d-Dipendenzi,

It-Territorju Brittaniku tal-Antartiku,

It-Territorju Brittaniku tal-Oċean Indjan,

Il-Gżejjer Turks u Caicos,

Il-Gżejjer Verġni Brittaniċi.


Top