This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22016X1007(01)
Notice concerning the provisional application of the stepping stone Economic Partnership Agreement between Côte d'Ivoire, of the one part, and the European Community and its Member States, of the other part
Avviż li jikkonċerna l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika interim bejn il-Kosta tal-Avorju, fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra
Avviż li jikkonċerna l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika interim bejn il-Kosta tal-Avorju, fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra
ĠU L 272, 7.10.2016, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 272/1 |
Avviż li jikkonċerna l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika interim bejn il-Kosta tal-Avorju, fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra
L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju nnotifikaw it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għall-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika interim bejn il-Kosta tal-Avorju, fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra (1), f'konformità mal-Artikolu 75 ta' dak il-Ftehim. Konsegwentement, il-Ftehim japplika b'mod proviżorju mit-3 ta' Settembru 2016 bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju.
Sakemm tiġi applikata l-iskema komuni reċiproka l-ġdida prevista fl-Artikolu 14 paragrafu 2 tal-Ftehim, iż-żewġ Partijiet qablu li japplikaw id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1076 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti ta' oriġini” u metodi ta' koperazzjoni amministrattiva.