Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22016D2180

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2015 tal-11 ta' Ġunju 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2016/2180]

ĠU L 341, 15.12.2016, pp. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/2180/oj

15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 145/2015

tal-11 ta' Ġunju 2015

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2016/2180]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/391 tad-9 ta' Marzu 2015 li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta' ċerti stqarrijiet dwar l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa u li jirreferu għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/403 tal-11 ta' Marzu 2015 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-ispeċijiet Ephedra u Yohimbe (Pausinystalia yohimbe (K. Schum) Pierre ex Beille) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/414 tat-12 ta' Marzu 2015 li jemenda d-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċidu (6 S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina użat fil-manifattura ta' supplimenti tal-ikel (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(5)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 54zzi (id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32015 R 0414: Ir-Regolament ta' Kummissjoni (UE) 2015/414 tat-12 ta' Marzu 2015 (ĠU L 68, 13.3.2015, p. 26).”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 54zzzu (ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32015 R 0403: Ir-Regolament ta' Kummissjoni (UE) 2015/403 tat-11 ta' Marzu 2015 (ĠU L 67, 12.3.2015, p. 4).”

3.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 94 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1229/2014):

“95.

32015 R 0391: Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/391 tad-9 ta' Marzu 2015 li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta' ċerti stqarrijiet dwar l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa u li jirreferu għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 65, 10.3.2015. p. 15).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/391, (UE) 2015/403 u (UE) 2015/414 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-12 ta' Ġunju 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 65, 10.3.2015, p. 15.

(2)   ĠU L 67, 12.3.2015, p. 4.

(3)   ĠU L 68, 13.3.2015, p. 26.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top