Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014A1119(01)

    Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn ir-Repubblika tal-Kamerun u l-Unjoni Ewropea dwar l-istatus tal-forzi taħt id-direzzjoni tal-Unjoni Ewropea fi tranżitu fit-territorju tar-Repubblika tal-Kamerun

    ĠU L 332, 19.11.2014, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/exch_let/2014/804/oj

    Related Council decision

    19.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 332/3


    FTEHIM

    fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn ir-Repubblika tal-Kamerun u l-Unjoni Ewropea dwar l-istatus tal-forzi taħt id-direzzjoni tal-Unjoni Ewropea fi tranżitu fit-territorju tar-Repubblika tal-Kamerun

    A.   Ittra mir-Repubblika tal-Kamerun

    Yaoundé, l-1 ta' Settembru 2014

    Sinjura Ambaxxatur, Kap tad-Delegazzjoni,

    Wara l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Ewropea ddeċidiet li timmobilizza forza fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA) bil-ħsieb li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' ambjent sigur fir-Repubblika Ċentru-Afrikana. F'din ir-riżoluzzjoni, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti talab lill-Istati ġirien tar-Repubblika Ċentru-Afrikana biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jappoġġaw l-azzjoni tal-Unjoni, b'mod partikolari billi jiffaċilitaw it-trasferiment bla xkiel jew dewmien lejn ir-Repubblika Ċentru-Afrikana ta' persunal u oġġetti intenzjonati għall-operazzjoni tal-Unjoni.

    Kif tiftakar, fis-6 ta' Frar 2008, ir-Repubblika tal-Kamerun kienet ikkonkludiet Ftehim dwar l-istatus tal-forzi taħt id-direzzjoni tal-Unjoni Ewropea fi tranżitu fit-territorju tar-Repubblika tal-Kamerun, b'applikazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1778(2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li jawtorizza lill-Unjoni timmobilizza forza fiċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR Tchad/RCA).

    Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, li sa mid-data tat-tluq tal-aħħar element tal-EUFOR Tchad/RCA ma għadux fis-seħħ, huma madankollu perfettament adatti għall-bżonnijiet tal-EUFOR RCA.

    Għalhekk, qed nipproponilek li d-dispożizzjonijiet kollha ta' dak il-Ftehim (l-Artikoli 1 sa 19) isiru applikabbli għall-EUFOR RCA, bil-ftehim li:

    ir-referenzi kollha għall-EUFOR fl-artikoli msemmija jitqiesu bħala referenza għall-EUFOR RCA;

    il-mezzi tat-trasport imsemmija fl-Artikolu 1, paragrafu 4, punt (a), fl-Artikolu 3, paragrafi 2 u 3, fl-Artikolu 4, paragrafu 3 u fl-Artikolu 5, paragrafu 2 jitqiesu li jinkludu l-mezzi tat-trasport li jappartjenu għall-kontinġenti nazzjonali tal-EUFOR RCA, iżda wkoll dawk mikrijin mill-EUFOR RCA;

    ir-referenza għar-Riżoluzzjoni 1778(2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-25 ta' Settembru 2007 fl-Artikolu 1, paragrafu 4, punt (a) tinftiehem bħala r-referenza għar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tat-28 ta' Jannar 2014.

    Nitolbok ġentilment tinfurmani jekk taqbilx ma' dawn il-proposti.

    Fil-każ ta' tweġiba pożittiva min-naħa tiegħek, din l-ittra u l-ittra ta' tweġiba tiegħek ser jikkostitwixxu Ftehim Internazzjonali legalment vinkolanti bejn ir-Repubblika tal-Kamerun u l-Unjoni Ewropea dwar l-istatus tal-EUFOR RCA fi tranżitu fit-territorju tar-Repubblika tal-Kamerun, li għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tasal l-ittra ta' tweġiba tiegħek.

    Dejjem tiegħek.

    Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Kamerun

    Image

    L-Eċċellenza Tiegħu Pierre MOUKOKO MBONJO

    Ministru tal-Affarijiet Barranin

    B.   Ittra mill-Unjoni Ewropea

    Yaoundé, it-30 ta' Ottubru 2014

    Sur Ministru,

    Nirringrazzjak tal-ittra tiegħek tal-1 ta' Settembru 2014 dwar l-istatus tal-forzi taħt id-direzzjoni tal-Unjoni Ewropea fi tranżitu fit-territorju tar-Repubblika tal-Kamerun li taqra kif ġej:

    “Wara l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Ewropea ddeċidiet li timmobilizza forza fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA) bil-ħsieb li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' ambjent sigur fir-Repubblika Ċentru-Afrikana. F'din ir-riżoluzzjoni, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti talab lill-Istati ġirien tar-Repubblika Ċentru-Afrikana biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jappoġġaw l-azzjoni tal-Unjoni, b'mod partikolari billi jiffaċilitaw it-trasferiment bla xkiel jew dewmien lejn ir-Repubblika Ċentru-Afrikana ta' persunal u oġġetti intenzjonati għall-operazzjoni tal-Unjoni.

    Kif tiftakar, fis-6 ta' Frar 2008, ir-Repubblika tal-Kamerun kienet ikkonkludiet Ftehim dwar l-istatus tal-forzi taħt id-direzzjoni tal-Unjoni Ewropea fi transitu fit-territorju tar-Repubblika tal-Kamerun, b'applikazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1778(2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li jawtorizza lill-Unjoni timmobilizza forza fiċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR Tchad/RCA).

    Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, li sa mid-data tat-tluq tal-aħħar element tal-EUFOR Tchad/RCA ma għadux fis-seħħ, huma madankollu perfettament adatti għall-bżonnijiet tal-EUFOR RCA.

    Għalhekk, qed nipproponilek li d-dispożizzjonijiet kollha ta' dak il-Ftehim (l-Artikoli 1 sa 19) isiru applikabbli għall-EUFOR RCA, bil-ftehim li:

    ir-referenzi kollha għall-EUFOR fl-artikoli msemmija jitqiesu bħala referenza għall-EUFOR RCA;

    il-mezzi tat-trasport imsemmija fl-Artikolu 1, paragrafu 4, punt (a), fl-Artikolu 3, paragrafi 2 u 3, fl-Artikolu 4, paragrafu 3 u fl-Artikolu 5, paragrafu 2 jitqiesu li jinkludu l-mezzi tat-trasport li jappartjenu għall-kontinġenti nazzjonali tal-EUFOR RCA, iżda wkoll dawk mikrijin mill-EUFOR RCA;

    ir-referenza għar-Riżoluzzjoni 1778(2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-25 ta' Settembru 2007 fl-Artikolu 1, paragrafu 4, punt (a) tinftiehem bħala r-referenza għar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tat-28 ta' Jannar 2014.

    Nitolbok ġentilment tinfurmani jekk taqbilx ma' dawn il-proposti.

    Fil-każ ta' tweġiba pożittiva min-naħa tiegħek, din l-ittra u l-ittra ta' tweġiba tiegħek ser jikkostitwixxu Ftehim Internazzjonali legalment vinkolanti bejn ir-Repubblika tal-Kamerun u l-Unjoni Ewropea dwar l-istatus tal-EUFOR RCA fi tranżitu fit-territorju tar-Repubblika tal-Kamerun, li għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tasal l-ittra ta' tweġiba tiegħek.”

    Għandi l-unur ninfurmak li naqbel mat-termini ssuġġeriti fl-ittra tiegħek.

    Dejjem tiegħek.

    Għall-Unjoni Ewropea

    Image

    F. COLLET

    Ambaxxatur

    Kap tad-Delegazzjoni


    Top