Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0111

2013/111/UE: Deċiżjoni Nru 2 tal-Kumitat Kummerċjali tal-UE u l-Korea tat- 23 ta’ Diċembru 2011 dwar it-twaqqif ta’ lista ta’ arbitri kif imsemmi fl-Artikolu 14.18 tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra

ĠU L 58, 1.3.2013, pp. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/111(1)/oj

1.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/13


DEĊIŻJONI Nru 2 TAL-KUMITAT KUMMERĊJALI TAL-UE U L-KOREA

tat-23 ta’ Diċembru 2011

dwar it-twaqqif ta’ lista ta’ arbitri kif imsemmi fl-Artikolu 14.18 tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra

(2013/111/UE)

IL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (1), iffirmat fi Brussell fis-6 ta’ Ottubru 2010 (“il-Partijiet” u “il-Ftehim”) u b’mod partikolari l-Artikolu 14.18 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim jistipula mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim li permezz tiegħu kull tilwim jiġi solvut quddiem bord ta’ arbitri,

(2)

Jekk ikun hemm tilwima, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin biex jaslu għal qbil dwar il-kompożizzjoni tal-bord tal-arbitri u, jekk ma jaslux biex jaqblu, il-bord għandu jsir minn nies li isimhom ikun elenkat għal dan u jittella’ bil-polza.

(3)

Din il-lista ta’ ismijiet se tiġi stabbilita mill-Kumitat tal-Kummerċ skont l-Artikolu 14.18 tal-Ftehim.

(4)

Il-Partijiet qablu dwar lista ta’ 15-il isem,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

1.

Il-lista ta’ 15-il arbitru hija stabbilita fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

2.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha

Magħmul it-23 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kumitat tal-Kummerċ

Ministru tal-Kummerċ tar-Repubblika tal-Korea

Kim JONG-HOON

Il-Kummissarju għall-Kummerċ tal-Kummissjoni Ewropea

Karel DE GUCHT


(1)   ĠU L 127, 14.5.2011, p. 6.


ANNESS

LISTA TAL-ARBITRI

L-arbitri proposti mill-Korea

 

Dukgeun AHN

 

Seungwha CHANG

 

Sungjoon CHO

 

Joongi KIM

 

Jaemin LEE

L-arbitri proposti mill-UE

 

Jacques BOURGEOIS

 

Claus-Dieter EHLERMANN

 

Pieter Jan KUIJPER

 

Giorgio SACERDOTI

 

Ramon TORRENT

Il-Presidenti

 

William DAVEY (L-Istati Uniti)

 

Merit JANOW (L-Istati Uniti)

 

Virachai PLASAI (It-Tajlandja)

 

Helge SELAND (In-Norveġja)

 

Florentino FELICIANO (Il-Filippini)


Top