Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22011D0109

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 109/2011 tat- 30 ta’ Settembru 2011 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 318, 1.12.2011, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/109/oj

    1.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 318/49


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 109/2011

    tat-30 ta’ Settembru 2011

    li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 89/2011 tal-1 ta' Lulju 2011 (1).

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/142/UE tat-3 ta' Marzu 2011 li temenda d-Deċiżjoni 97/80/KE li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE dwar surveys għall-ġbir ta' statistika għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (2), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 22 (Direttiva tal-Kummissjoni 97/80/KE) tal-Anness XXI għall-Ftehim:

    “—

    32011 D 0142: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/142/UE tat-3 ta’ Marzu 2011 (ĠU L 59, 4.3.2011, p. 66).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjoni 2011/142/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-1 ta' Ottubru 2011, dejjem jekk in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Kurt JÄGER


    (1)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 61.

    (2)  ĠU L 59, 4.3.2011, p. 66.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top