Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22011D0054

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 54/2011 tal- 20 ta’ Mejju 2011 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

ĠU L 196, 28.7.2011, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/54(2)/oj

28.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 54/2011

tal-20 ta’ Mejju 2011

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 38/2011 tal-1 ta’ April 2011 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/164/KE tal-21 ta’ Diċembru 2007 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà (STI) rigward il-“persuni b’mobbiltà mnaqqsa” fis-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 37 l (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/861/KE) tal-Anness XIII mal-Ftehim:

“37 m.

32008 D 0164: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/164/KE tal-21 ta’ Diċembru 2007 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà (STI) rigward il-‘persuni b’mobbiltà mnaqqsa’ fis-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja (ĠU L 64, 7.3.2008, p. 72).

Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fl-aħħar tat-taqsima 7.4.1.2 (Platform offsett) tal-Anness:

In-Norveġja ‘P’

Formula

Formula

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2008/164/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Mejju 2011, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 171, 30.6.2011, p. 39.

(2)  ĠU L 64, 7.3.2008, p. 72.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top