This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22011D0007
Decision of the EEA Joint Committee No 7/2011 of 1 April 2011 amending Annex IV (Energy) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 7/2011 tal- 1 ta’ April 2011 li temenda l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 7/2011 tal- 1 ta’ April 2011 li temenda l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
ĠU L 171, 30.6.2011, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
30.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 171/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 7/2011
tal-1 ta’ April 2011
li temenda l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness IV tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 2/2011 tal-11 ta’ Frar 2011 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 774/2010 tat-2 ta’ Settembru 2010 dwar l-iffissar ta’ linji gwida għall-kumpens lil operaturi tas-sistemi ta’ inter-trażmissjoni u għal approċċ regolatorju komuni għall-ħlasijiet tat-trażmissjoni (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Dan li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 39 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009) tal-Anness IV tal-Ftehim:
|
“40. |
32010 R 0774: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 774/2010 tat-2 ta’ Settembru 2010 dwar l-iffissar ta’ linji gwida għall-kumpens lil operaturi tas-sistemi ta’ inter-trażmissjoni u għal approċċ regolatorju komuni għall-ħlasijiet tat-trażmissjoni (ĠU L 233, 3.9.2010, p. 1). Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 774/2010 fil-lingwi tal-Islanda u tan-Norveġja, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ April 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
L-Aġent President
Gianluca GRIPPA
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.