EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0595

2010/595/UE: Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-UE tal- 21 ta’ Ġunju 2010 rigward l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Afrika t’Isfel mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE rivedut

ĠU L 263, 6.10.2010, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/595/oj

6.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/13


DEĊIŻJONI Nru 1/2010 TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI TAL-AKP-UE

tal-21 ta’ Ġunju 2010

rigward l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Afrika t’Isfel mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE rivedut

(2010/595/UE)

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-UE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (minn hawn ’il quddiem, “AKP”) min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Kotonù fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1) u rivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (minn hawn ’il quddiem, “il-Ftehim AKP-UE”) (2), u partikolarment l-Artikolu 94(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim AKP-UE rivedut daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2008 skont l-Artikolu 93, paragrafu 3, tiegħu.

(2)

L-Afrika t’Isfel, wara li ffirmat il-Ftehim AKP-UE rivedut fil-25 ta’ Ġunju 2005, ma ressqitx strument ta’ ratifikazzjoni taħt it-termini tal-Artikolu 93, paragrafu 4, sal-iskadenza tat-30 ta’ Ġunju 2009.

(3)

L-Artikolu 94 tal-Ftehim AKP-UE rivedut jistipula li kwalunkwe talba għal adeżjoni minn Stat għandha tiġi ppreżentata lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE u approvata minnu.

(4)

L-Afrika t’Isfel ippreżentat talba għall-adeżjoni mal-Ftehim AKP-UE fit-23 ta’ Novembru 2009.

(5)

Konformement mar-Regoli ta’ Proċedura (3) tiegħu, il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE stabbilit taħt il-Ftehim AKP-UE jista’ japprova talba għall-adeżjoni permezz tal-proċedura bil-miktub,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta’ talba għall-adeżjoni

It-talba tar-Repubblika tal-Afrika t’Isfel biex taderixxi mal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Kotonù, fit-23 ta’ Ġunju 2000, u rivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005, hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul f’Ouagadougou il-21 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kunsill tal-Ministri AKP-UE

Il-President

P. BUNDUKU-LATHA


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  Ftehim li jemenda l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Kotonù fit-23 ta’ Ġunju 2000 (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27).

(3)  ĠU L 95, 14.4.2005, p. 44.


Top