Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0035

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 35/2010 tat- 12 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-Konsumatur) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 143, 10.6.2010, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/35(3)/oj

10.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 35/2010

tat-12 ta’ Marzu 2010

li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-Konsumatur) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 86/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2009/22/KE tħassar id-Direttiva 98/27/KE (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-test tal-punt 7d (Direttiva 98/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XIX għall-Ftehim għandu jiġi mibdul b’li ġej:

32009 L 0022: Id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 30).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/22/KE bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-13 ta’ Marzu 2010, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 277, 22.10.2009, p. 38.

(2)   ĠU L 110, 1.5.2009, p. 30.

(3)   ĠU L 166, 11.6.1998, p. 51.

(*1)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


Top