Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0089

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 89/2009 tat- 3 ta' Lulju 2009 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 277, 22.10.2009, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/89(2)/oj

    22.10.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 277/41


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 89/2009

    tat-3 ta' Lulju 2009

    li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 73/2009 tad-29 ta' Mejju 2009 (1).

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 19/2009 tat-13 ta' Jannar 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika ta’ kull tliet xhur dwar l-impjiegi battala fil-Komunità, b’rigward tad-definizzjoni ta’ impjieg battal, id-data ta’ referenza għall-ġbir tad-dejta, l-ispeċifikazzjonijiet għat-trażmissjoni tad-dejta u l-istudji ta’ fattibbiltà (3) għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim.

    (4)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 20/2009 tat-13 ta' Jannar 2009 li jadotta l-ispeċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc tal-2010 dwar ir-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja, li hemm prevista bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (4) għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim.

    (5)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 36/2009 tal-11 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi għall-2008 il-“lista Prodcom” ta' prodotti industrijali prevista mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 (5) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Anness XXI għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 18y (ir-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    “18z.

    32008 R 1338: Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70).

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

    Liechtenstein hija eżentata mill-ġbir tad-dejta meħtieġa minn dan ir-Regolament, ħlief għad-dejta skont l-Anness II (kura tas-saħħa) u l-Anness III (kawżi ta’ mewt).”

    2.

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 18va (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1062/2008):

    “18vb.

    32009 R 0019: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 19/2009 tat-13 ta' Jannar 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika ta’ kull tliet xhur dwar l-impjiegi battala fil-Komunità, b’rigward tad-definizzjoni ta’ impjieg battal, id-dati ta’ referenza għall-ġbir tad-dejta, l-ispeċifikazzjonijiet għat-trażmissjoni tad-dejta u l-istudji ta’ fattibbiltà (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 3).”

    3.

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 18an (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008):

    “18ao.

    32009 R 0020: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 20/2009 tat-13 ta' Jannar 2009 li jadotta l-ispeċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc tal-2010 dwar dwar ir-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja li jipprovdi għalihom ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 7).”

    4.

    Dan il-punt li jmiss għandu jiddaħħal wara l-punt 4af (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1165/2007):

    “4ag.

    32009 R 0036: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 36/2009 tal-11 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi għall-2008 il-‘lista Prodcom’ ta' prodotti industrijali pprovduta fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 (ĠU L 18, 22.1.2009, p. 1).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 1338/2008, 19/2009, 20/2009 u 36/2009 fl-ilsien Iżlandiż u f’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Supplement taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-4 ta' Lulju 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment ŻEE ta' miegħu.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Lulju 2009.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Oda Helen SLETNES


    (1)  ĠU L 232, 3.9.2009, p. 30.

    (2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70.

    (3)  ĠU L 9, 14.1.2009, p. 3.

    (4)  ĠU L 9, 14.1.2009, p. 7.

    (5)  ĠU L 18, 22.1.2009, p. 1.

    (*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


    Top