This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22008D0265
2008/265/EC: Decision No 1/2008 of the EU/Switzerland Mixed Committee established by the Agreement concluded between the European Union, the European Community and the Swiss Confederation concerning the latter’s association in the implementation, application and development of the Schengen acquis of 28 February 2008 amending its Rules of Procedure
2008/265/KE: Deċiżjoni Nru 1/2008 tal-kumitat imħallat UE/Svizzera stabbilit bil-ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni ta’ din ta’ l-aħħar fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen tat- 28 ta' Frar 2008 li jemenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu
2008/265/KE: Deċiżjoni Nru 1/2008 tal-kumitat imħallat UE/Svizzera stabbilit bil-ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni ta’ din ta’ l-aħħar fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen tat- 28 ta' Frar 2008 li jemenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu
ĠU L 83, 26.3.2008, p. 37–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
26.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 83/37 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2008 TAL-KUMITAT IMĦALLAT UE/SVIZZERA STABBILIT BIL-FTEHIM KONKLUŻ BEJN L-UNJONI EWROPEA, IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA DWAR L-ASSOĊJAZZJONI TA’ DIN TA’ L-AĦĦAR FL-IMPLIMENTAZZJONI, L-APPLIKAZZJONI U L-IŻVILUPP TA’ L-ACQUIS TA’ SCHENGEN
tat-28 ta' Frar 2008
li jemenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu
(2008/265/KE)
IL-KUMITAT IMĦALLAT,
Wara li kkunsidra l-Protokoll (1) bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-Adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni ta’ din ta’ l-aħħar fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (minn hawn ‘il quddiem il-“Protokoll” u l-“Ftehim”, rispettivament), u b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 4 tal-Protokoll,
Billi wara l-iffirmar tal-Protokoll, is-sħubija tal-Kumitat Imħallat stabbilit bil-Ftehim trid tiżdied b’rappreżentant tal-Prinċipat tal-Liechtenstein, u dan irid jidher fir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Imħallat,
IDDEĊIEDA KIF GEJ:
Artikolu 1
Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Imħallat adottati bid-Deċiżjoni Nru 1/2004, tiegħu, tas-26 ta’ Ottubru 2004 (2) huma b’dan emendati kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 1 Il-Kumitat Imħallat għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Gvern tal-Konfederazzjoni Svizzera (minn hawn ‘il quddiem ‘l-Isvizzera’) u l-Prinċipat tal-Liechtenstein (minn hawn ‘il quddiem ‘il-Liechtenstein’), il-membri tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem ‘il-Kunsill’) u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ‘il quddiem ‘il-Kummissjoni’). Il-Kumitat għandu jkun presjedut:
|
(2) |
Fl-Artikolu 4, jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Jekk, f’każ ikkuntemplat fl-Artikolu 5(4) tal-Protokoll, id-delegazzjoni tal-Liechtenstein tqis li l-kontenut ta’ att jew miżura jkun ta’ natura li jaffettwa l-prinċipji ta’ demokrazija diretta, fi żmien tliet ġimgħat għandha tissejjaħ minn jew fuq talba tal-Liechtenstein laqgħa tal-Kumitat Imħallat fuq livell ministerjali. Il-Kumitat Imħallat għandu jeżamina bir-reqqa l-mezzi kollha biex jitkompla l-Protokoll, b’mod partikolari kwalunkwe soluzzjoni alternattiva proposta mid-delegazzjoni tal-Liechtenstein. Jekk, wara eżami fil-fond fil-perijodu msemmi fl-Artikolu 5(4) tal-Protokoll, il-Kumitat Imħallat ma jaċċettax dawn il-mezzi, it-tmiem tal-Protokoll għandu jieħu effett tliet xhur wara l-iskadenza ta’ dak il-perjodu.” |
(3) |
Fl-ewwel u t-tieni paragrafi ta’ l-Artikolu 5, wara l-kliem “rappreżentanti ta’ l-Isvizzera” għandu jiżdied il-kliem “u l-Liechtenstein”. |
(4) |
Fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 6, wara l-kelma “l-Isvizzera” għandu jiżdied il-kliem “u l-Liechtenstein”. |
(5) |
L-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 9 jinbidel b’dan li ġej: “Notifiki magħmulin mill-President skond dawn ir-Regoli ta’ Proċedura għandhom jiġu indirizzati lill-missjoni ta’ l-Isvizzera għall-Komunitajiet Ewropej kif ukoll lill-missjoni tal-Liechtenstein għall-Unjoni Ewropea, lir-rappreżentanzi ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea u lill-Kummissjoni.” |
(6) |
L-Artikolu 13 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 13 Meta l-Kumitat Imħallat ikun ġie notifikat skond l-Artikolu 7 (4) tal-Ftehim jew l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll, kwalunkwe deċiżjoni mill-Kumitat Imħallat biex jitkompla l-Ftehim jew il-Protokoll għandha teħtieġ l-unanimità. Jekk it-tmiem tal-Ftehim jew tal-Protokoll jirriżulta minn nuqqas ta’ aċċettazzjoni ta’ att jew miżura li ma tapplikax għall-Irlanda u/jew għar-Renju Unit, ir-rappreżentanti rispettivi tagħhom ma jistgħux jopponu l-unanimità.” |
Artikolu 2
Din il-Deċiżjoni għandha jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. L-Isvizzera u l-Liechtenstein għandhom ikunu responsabbli għall-pubblikazzjoni uffiċjali tagħha fil-pajjiżi rispettivi tagħhom.
Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Frar 2008.
Għall-Kumitat Imħallat
Il-President
D. MATE
(1) Id-Dokument tal-Kunsill 16462/06; aċċesibbli fuq: http://register.consilium.europa.eu
(2) ĠU C 308, 14.12.2004, p. 2.