Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0071

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 71/2008 tas- 6 ta’ Ġunju 2008 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    ĠU L 257, 25.9.2008, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/71(2)/oj

    25.9.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 257/34


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 71/2008

    tas-6 ta’ Ġunju 2008

    li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 52/2008 tal-25 ta' April 2008 (1).

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi l-qafas għall-ħolqien ta’ l-ajru uniku Ewropew (2), ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni ta' l-ajru fl-ajru uniku Ewropew (3), ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Marzu dwar l-organizzazzjoni u l-użu ta’ l-ispazju ta’ l-ajru fl-ajru uniku Ewropew (4) u r-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabbiltà tan-Netwerk Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku ta' l-Ajru (5) kienu inkorporati fil-Ftehim b’deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 67/2006 tat-2 ta’ Ġunju 2006 (6), b'addattamenti speċifiċi għal kull pajjiż.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1315/2007 tat-8 ta’ Novembru 2007 dwar sorveljanza tas-sikurezza fl-amministrazzjoni tat-traffiku ta’ l-ajru u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2096/2005 (7) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

    1.

    Il-punt li ġej għandu jidħol wara l-punt 66y (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2150/2005):

    “66ya.

    32007 R 1315: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1315/2007 tat-8 ta’ Novembru 2007 dwar sorveljanza tas-sikurezza fl-amministrazzjoni tat-traffiku ta’ l-ajru u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2096/2005 (ĠU L 291, 9.11.2007, p. 16).”

    2.

    Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 66x (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2096/2005):

    “, kif emendat b'li ġej:

    32007 R 1315: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1315/2007 tat-8 ta’ Novembru 2007 (ĠU L 291, 9.11.2007, p. 16).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1315/2007 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Ġunju 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 50.

    (2)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

    (3)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.

    (4)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.

    (5)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

    (6)  ĠU L 245, 7.9.2006, p. 18.

    (7)  ĠU L 291, 9.11.2007, p. 16.

    (*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


    Top