EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007A0707(01)

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Kirgiża dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

ĠU L 179, 7.7.2007, p. 39–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2007/470/oj

Related Council decision
Related Council decision

22007A0707(01)

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Kirgiża dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

Official Journal L 179 , 07/07/2007 P. 0039 - 0045


Ftehim

bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Kirgiża dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

fuq naħa waħda, u

L-GVERN TAR-REPUBBLIKA KIRGIŻA,

min-naħa l-oħra

(minn hawn 'il quddiem "il-Partijiet")

FILWAQT LI JINNUTAW li ftehimiet bilaterali ta’ servizzi ta’ l-ajru ġew konklużi bejn bosta Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika Kirgiża li fihom dispożizzjonijiet li jmorru kontra l-liġi Komunitarja,

FILWAQT LI JINNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward ta’ bosta aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehimiet ta’ servizzi bilaterali ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

FILWAQT LI JINNUTAW li skond il-liġi tal-Komunità Ewropea t-trasportaturi ta’ l-ajru Komunitarji stabbiliti f’xi wieħed mill-Istati Membri għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi.

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibilità għaċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu sehem f'kumpaniji ta’ l-ajru liċenzjati bi qbil mal-liġi Komunitarja Ewropea,

FILWAQT LI JAGĦRFU li ċerti dispożizzjonijiet tal-ftehimiet għal servizzi bilaterali ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika Kirgiża, li jmorru kontra l-liġi Komunitarja Ewropea, iridu jinġiebu f'konformità sħiħa ma’ dawn sabiex tiġi stabbilita bażi legali tajba għas-servizzi ta’ l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Kirgiża u biex tiġi ppreservata l-kontinwità ta’ dawn is-servizzi ta’ l-ajru,

FILWAQT LI JAGĦRFU li d-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru konklużi bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika Kirgiża li (i) jeħtieġu jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta’ ftehimiet bejn il-kumpaniji, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ kumpaniji jew prattiki konċertati li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi ta’ l-ajru fuq ir-rotot rilevanti; jew (ii) isaħħu l-effetti ta’ kull ftehim, deċiżjoni jew prattika kkonċertata bħal dawn; jew (iii) jiddelegaw lit-trasportaturi ta’ l-ajru jew operaturi ekonomiċi privati oħra r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi ta’ l-ajru fuq ir-rotot rilevanti jistgħu jagħmlu ineffettivi r-regoli tal-kompettizzjoni applikabbli għall-kumpaniji.

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, "Stati Membri" tfisser l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

2. Ir-referenzi f’kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness I għal ċittadini ta’ l-Istat Membru li huwa parti minn dak il-ftehim għandhom jittieħdu li qed jirreferu għal ċittadini ta’ l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

3. Ir-referenzi f’kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness I għal trasportaturi ta’ l-ajru jew linji ta’ l-ajru ta’ l-Istat Membru li huwa parti minn dak il-ftehim għandhom jittieħdu li qed jirreferu għal trasportaturi ta’ l-ajru jew linji ta’ l-ajru ddeżinjati minn dak l-Istat Membru.

4. L-għoti tad-drittijiet tat-traffiku jibqa' jitwettaq permezz tal-ftehimiet bilaterali eżistenti jew ġejjiena.

Artikolu 2

Id-deżinjazzjoni minn Stat Membru

1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-artikoli elenkati fl-Anness II (a) u (b) rispettivament, f'dak li għandu x'jaqsam mad-deżinjazzjoni tat-trasportaturi ta’ l-ajru mill-Istati Membri kkonċernati, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi mogħtija mir-Repubblika Kirgiża, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta’ l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tat-trasportaturi ta’ l-ajru, rispettivament.

2. Malli tirċievi deżinjazzjoni mingħand Stat Membru, ir-Repubblika Kirgiża għandha tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi xierqa bl-anqas dewmien proċedurali, sakemm:

(i) it-trasportatur ta’ l-ajru jkun stabbilit, skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-territorju ta’ l-Istat Memrbu li jkun qed jiddeżinjah skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u jkollu Liċenzja Operattiva valida skond il-liġi tal-Komunità Ewropea;

(ii) kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur ta’ l-ajru jkun imħaddem u mantnut mill-Istat Membru responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat ta’ l-Operaturi ta’ l-Ajru tiegħu u l-awtorità aeronawtika relevanti tkun identifikata b'mod ċar fid-deżinjazzjoni; u

(iii) it-trasportatur ta’ l-ajru huwa proprjetà, direttament jew permezz ta’ l-akbar sehem azzjonarju, u kkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness III u/jew miċ-ċittadini ta’ dawn l-istati l-oħra.

3. Ir-Repubblika Kirgiża tista' tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ trasportatur ta’ l-ajru minn Stat Membru f'każ li:

(i) it-trasportatur ta’ l-ajru ma jkunx stabbilit, skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-territorju ta’ l-Istat Membru li jkun qed jiddeżinjah skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jew ma jkollux Liċenzja Operattiva valida skond il-liġi tal-Komunità Ewropea;

(ii) ma jkunx imħaddem u mantnut kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur ta’ l-ajru mill-Istat Membru responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat ta’ l-Operaturi ta’ l-Ajru tiegħu, jew l-awtorità aeronawtika relevanti ma tkunx identifikata b'mod ċar fid-deżinjazzjoni; jew

(iii) it-trasportatur ta’ l-ajru huwa proprjetà, direttament jew permezz ta’ l-akbar sehem azzjonarju, u kkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness III u/jew miċ-ċittadini ta’ stati oħra bħal dawn.

Waqt li qed teżerċita d-dritt tagħha taħt dan il-paragrafu, ir-Repubblika Kirgiża mhix ser tiddiskrimina bejn trasportaturi ta’ l-ajru fuq il-bażi ta’ nazzjonalità.

Artikolu 3

Is-Sigurezza

1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ser jikkomplimentaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness II(ċ).

2. Meta Stat Membru ddeżinja trasportatur ta’ l-ajru li l-kontroll regolatorju huwa eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tar-Repubblika Kirgiża taħt id-dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni tal-ftehim bejn l-Istat Membru li ddeżinja t-trasportatur ta’ l-ajru u r-Repubblika Kirgiża għandu japplika b'mod ugwali fir-rigward ta’ l-adozzjoni, l-eżerċizzju jew iż-żamma ta’ standards ta’ sigurezza mill-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tħaddim ta’ dak it-trasportatur ta’ l-ajru.

Artikolu 4

It-tassazzjoni tal-fjuwil ta’ l-avjazzjoni

1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jikkomplimentaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness II(d).

2. Minkejja kull dispożizzjoni oħra kontra dan, xejn f'kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness II(d) m'għandu jżomm Stat Membru milli jimponi taxxi, imposti, dazji, drittijiet jew ħlasijiet fuq fjuwil li jiġi fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f'vettura ta’ l-ajru ta’ trasportatur ta’ l-ajru deżinjata tar-Repubblika Kirgiża li topera bejn punt fit-territorju ta’ Stat Membru u punt ieħor fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.

Artikolu 5

Tariffi għall-ġarr fi ħdan il-Komunità Ewropea:

1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jikkomplimentaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness II(e).

2. It-tariffi li għandhom jiġu ddebitati mit-trasportatur(i) ta’ l-ajru deżinjata/i mir-Repubblika Kirgiża permezz ta’ ftehim elenkat fl-Anness I li fih dispożizzjoni elenkata fl-Anness II (e) għal ġarr li jseħħ kollu kemm hu fi ħdan il-Komunità Ewropea għandhom ikunu suġġetti għal-liġi Komunitarja Ewropea.

Artikolu 6

Kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni

1. Minkejja kull dispożizzjoni kontra, xejn f'kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness I m'għandu (i) jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ ftehimiet bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiki kkonċertati li jipprevjenu jew ixekklu l-kompetizzjoni; (ii) isaħħu l-effetti ta’ kull ftehim, deċiżjoni jew prattika kkonċertata ta’ dan it-tip; jew (iii) jiddelega lil operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jirrestrinġu jew ixekklu l-kompetizzjoni.

2. Id-dispożizzjonijiet elenkati fil-ftehimiet imniżżla fl-Anness I li huma inkompatibbli mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu m’ għandhomx jiġu applikati

Artikolu 7

Annessi għal dan il-Ftehim

L-Annessi għal dan il-Ftehim ser jifformaw parti integrali minnu.

Artikolu 8

Reviżjoni jew emendar

Il-Partijiet jistgħu, f’kull waqt, jirrevedu jew jemendaw dan il-Ftehim b’kunsens reċiproku.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni proviżorja

1. Dan il-Ftehim ser jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu, ġew kompluti.

2. Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu li japplikaw b'mod proviżorju dan il-Ftehim mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

3. Dan il-Ftehim se japplika għall-Ftehimiet kollha u l-arranġamenti l-oħrajn bejn l-Istati Membri u r-Repubblika Kirgiża elenkati fl-Anness I li, dakinhar ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, ikunu għadhom ma daħlux fis-seħħ, mad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni proviżorja tagħhom.

Artikolu 10

Terminazzjoni

1. Fil-każ li ftehim elenkat fl-Anness I jiġi fi tmiemu, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li għandhom x'jaqsmu mal-ftehim elenkat fl-Anness 1 ikkonċernat għandhom jintemmu fl-istess ħin.

2. Fil-każ li l-ftehimiet kollha elenkati fl-Anness I jiġu fi tmiemhom, dan il-Ftehim għandu jintemm fl-istess ħin.

B’XIEHDA ta’ DAN, il-firmatarji, awtorizzati kif jixraq, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmula fi Brussell b'mod duplikat, fl- ewwel jum ta’ Ġunju 2007 bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Russa, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża, Żvediża u Kirgiża.

За Европейската общнoст

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

Европa Шериктештиги γчγн

За Европейское Сообщество

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

За правителствοтο на Рeпублика Киргизстан

Por el Gobierno de la República Kirguisa

Za vládu Kyrgyzské republiky

For Den Kirgisiske Republiks regering

Für die Regierung der Kirgisischen Republik

Kirgiisi Vabariigi valitsuse nimel

Για την Κυβέρνηοη της Δημοκρατίας της Κιργιζίας

For the Government of the Kyrgyz Republic

Pour le gouvernement de la République kirghize

Per il governo della Repubblica del Kirghizistan

Kirgizstānas Republikas valdības vārdā

Kirgizijos Respublikos Vyriausybės vardu

A Kirgiz Köztársaság kormánya részéről

Għall-Gvern Tar-Repubblika Kirgiża

Voor de Regering van de Republiek Kirgizië

W imieniu rządu Republiki Kirgiskiej

Pelo Governo da República do Quirguizistão

Pentru Guvernul Republicii Kârgâszstan

Za vládu Kirgizskej republiky

Za vlado Kirgiške republike

Kirgisian tasavallan hallituksen puolesta

För Republiken Kirgizistans regering

+++++ TIFF +++++

За Правительство Кыргызской Республики

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS I

Lista ta’ ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim

Ftehimiet ta’ servizzi ta’ l-ajru bejn ir-Republika Kirgiża u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, dakinhar ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati provviżorjament

- Il-Ftehim tat-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern Federali Awstrijak u l-Gvern tar-Repubblika Kirgiża magħmul fi Vjenna fis- 17 ta’ Marzu 1998, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "Il-Ftehim Kirgiżtan – Awstrija" fl-Anness II;

- Il-Ftehim tas-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Ċeka u l-Gvern tar-Repubblika Kirgiża, magħmul fi Praga fid- 29 ta’ April 2004, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "Il-Ftehim Kirgiżtan- Repubblika Ċeka" fl-Anness II;

- Il-Ftehim tat-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Gvern tar-Repubblika Kirgiża, magħmul f’Bishkek fit- 13 ta’ Mejju 1997, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "Il-Ftehim Kirgiżtan – Ġermanja" fl-Anness II;

- Il-Ftehim tas-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Kirgiża u l-Gvern tar-Repubblika Ellenika, magħmul f’Ateni fl- 1 ta’ Novembru 2004, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "Il-Ftehim Kirgiżtan – Greċja" fl-Anness II;

- Il-Ftehim tas-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Kirgiża u l-Gvern tar-Repubblika Slovakka, inizjalat f’Bishkek fis- 27 ta’ Settembru 2006, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "Il-Ftehim Kirgiżtan – Slovakkja" fl-Anness II;

- Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern tar-Repubblika Kirgiża dwar is-servizzi ta’ l-ajru, magħmul f’Londra fit- 8 ta’ Diċembru 1994, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "Il-Ftehim Kirgiżtan- Renju Unit" fl-Anness II;

Emendat l-aħħar mill-Memorandum ta’ Ftehim (MOU) bejn l-Awtoritajiet ta’ l-Avjazzjoni Ċivili taż-żewġ pajjiżi magħmul f’Londra fit- 2 ta’ Settembru 2003, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "MOU Kirgiżtan – Renju Unit";

--------------------------------------------------

ANNESS II

Lista ta’ l-artikoli fil-ftehimiet elenkati fl-Anness I u msemmija fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim

a) Deżinjazzjoni minn Stat Membru:

- L-Artikolu 3, paragrafu 5 tal-Ftehim Kirgiżtan – Awstrija;

- L-Artikolu 3, paragrafu 4 tal-Ftehim Kirgiżtan – Repubblika Ċeka;

- L-Artikolu 3, paragrafu 4 tal-Ftehim Kirgiżtan – Ġermanja;

- L-Artikolu 3 paragrafu 2 (a) tal-Ftehim Kirgiżtan – Greċja;

- L-Artikolu 4, paragrafu 4 tal-Ftehim Kirgiżtan – Renju Unit u l-Anness B, Artikolu 4(a), tal-MOU Kirgiżtan – Renju Unit

(b) Rifjut, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi:

- L-Artikolu 4 paragrafu 1 (a) tal-Ftehim Kirgiżtan – Awstrija;

- L-Artikolu 4, paragrafu 1 (b) tal-Ftehim Kirgiżtan – Repubblika Ċeka;

- L-Artikolu 4 paragrafu 1 (a) tal-Ftehim Kirgiżtan – Greċja;

- L-Artikolu 5, paragrafu 1 (a) tal-Ftehim Kirgiżtan – Renju Unit u l-Anness B, Artikolu 5 (1) (a), tal-MOU Kirgiżtan – Renju Unit

(ċ) Sikurezza:

- L-Artikolu 6 tal-Ftehim Kirgiżtan – l-Awstrija;

- L-Artikolu 7 tal-Ftehim Kirgiżtan – Repubblika Ċeka;

- L-Artikolu 12 tal-Ftehim Kirgiżtan – Ġermanja;

- LArtikolu 8 tal-Ftehim Kirgiżtan – Greċja;

- L-Anness B, l-Artikolu 13 biss tal-MOU Kirgiżtan – Renju Unit;

(d) It-tassazzjoni tal-fjuwil għall-avjazzjoni:

- L-Artikolu 7 tal-Ftehim Kirgiżtan – l-Awstrija;

- L-Artikolu 8 tal-Ftehim Kirgiżtan – Repubblika Ċeka;

- L-Artikolu 6 tal-Ftehim Kirgiżtan – Ġermanja;

- LArtikolu 9 tal-Ftehim Kirgiżtan – Greċja;

- L-Artikolu 8 tal-Ftehim Kirgiżtan – Slovakkja;

- L-Artikolu 8 tal-Ftehim Kirgiżtan – Renju Unit;

(e) Tariffi għall-ġarr fi ħdan il-Komunità Ewropea:

- L-Artikolu 11 tal-Ftehim Kirgiżtan – l-Awstrija;

- L-Artikolu 12 tal-Ftehim Kirgiżtan – Repubblika Ċeka;

- L-Artikolu 10 tal-Ftehim Kirgiżtan – Ġermanja;

- LArtikolu 13 tal-Ftehim Kirgiżtan – Greċja;

- L-Artikolu 7 tal-Ftehim Kirgiżtan – Renju Unit; u l-Anness B, l-Artikolu 7 tal-MOU Kirgiżtan – Renju Unit;

--------------------------------------------------

ANNESS III

Lista ta’ stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim

(a) Ir-Repubblika ta’ l-Iżlanda (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(b) Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(c) Ir-Renju tan-Norveġja (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(d) Il-Konfederazzjoni Żvizzera (taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport ta’ l-Ajru).

--------------------------------------------------

Top