Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22006D0726

Deċiżjoni Nru 05/JP/2006 tal-Kumitat Konġunt imwaqqaf taħt il-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Ġappun tas- 26 ta' Settembru 2006 relatat mar-reġistrazzjoni tal-Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità skond l-Anness Settorjali dwar it-Tagħmir Terminali tat-Telekomunikazzjoni u t-Tagħmir tar-Radju

ĠU L 298, 27.10.2006, p. 21–22 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 142M, 5.6.2007, p. 406–407 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/726/oj

5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

406


DEĊIŻJONI Nru 05/JP/2006 TAL-KUMITAT KONĠUNT IMWAQQAF TAĦT IL-FTEHIM DWAR L-GĦARFIEN REĊIPROKU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ĠAPPUN

tas-26 ta' Settembru 2006

relatat mar-reġistrazzjoni tal-Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità skond l-Anness Settorjali dwar it-Tagħmir Terminali tat-Telekomunikazzjoni u t-Tagħmir tar-Radju

(2006/726/KE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku bejn il-Ġappun u l-Komunità Ewropea u partikolarment l-Artikoli 8(3)(a) u 9(1)(b) tiegħu;

Billi l-Kumitat Konġunt għandu jieħu deċiżjoni li jelenka Korp jew Korpi ta' Valutazzjoni tal-konformità taħt Anness Settorjali;

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

1.

Il-Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità indikat hawn taħt huwa rreġistrat skond l-Anness Settorjali dwar it-Tagħmir Terminali tat-Telekomunikazzjoni u t-Tagħmir tar-Radju tal-Ftehim, għall-prodotti u l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità kif indikat hawn taħt.

 

Isem, akronimu u dettalji ta' kuntatt tal-Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità:

 

Isem: Telecom Engineering Center

 

Akronimu TELEC

 

Telefown: + 81-3-3799-0051

 

Fax: + 81-3 -3799 -1313

 

Email: ninsho@telec.or.jp

 

Indirizz: 5-7-2 Yashio, Shinagawa-ku, Tokyo, 140-0003, il-Ġappun

 

Websajt: http://www.telec.or.jp/eng/Index_e.htm

 

Persuna ta' Kuntatt CAB: Is-sur AMANO Hiroshi

Ambitu ta' reġistrazzjoni f'termini ta' prodotti, rekwiżiti u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità:

 

Prodotti:

1.

GSM

2.

W-CDMA

 

Rekwiżiti:

1.

Għal GSM

EN 301 419-1, EN 301 419-2, EN 301 419-3, EN 301 419-7 u EN 301 511

2.

Għal W-CDMA

EN 301 908-1 u EN 301 908-2

 

Proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità:

Il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità skond l-Anness 3 u 4 tad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1999 dwar tagħmir tar-radju u tagħmir terminali tat-telekomunikazzjoni u l-għarfien reċiproku tal-konformità u l-emendi tagħhom għal dan l-għan

2.

Din id-deċizjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tkun iffirmata mill-Ko-Presidenti. Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data li fiha ssir l-aħħar firma.

Iffirmata f'Tokjo fit-28 ta' Ġunju 2006.

F'isem il-Ġappun

Komiko ICHIKAWA

Iffirmata fi Brussell fis-26 ta' Settembru 2006.

F'isem il-Komunità Ewropea

Andra KOKE


Top