Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22006D0672

    Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kunsill Ta’ L-Assoċjazzjoni UE-Marokk tas- 26 ta’ Settembru 2006 li joħloq SottoKumitat dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, id-Demokratizzazzjoni u l-Governanza

    ĠU L 276, 7.10.2006, p. 73–76 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 10–13 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/672/oj

    1.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    10


    DEĊIŻJONI Nru 1/2006 TAL-KUNSILL TA’ L-ASSOĊJAZZJONI UE-MAROKK

    tas-26 ta’ Settembru 2006

    li joħloq SottoKumitat dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, id-Demokratizzazzjoni u l-Governanza

    (2006/672/KE)

    IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (1), hawn aktar 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim” u b'mod partikolari l-Artikolu 84 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-rispett għal u l-promozzjoni tal-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jifformaw parti integrali u essenzjali mill-qafas li jirregola r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-imsieħba Mediterranji tagħha.

    (2)

    Minħabba l-importanza tagħhom bħala element essenzjali tal-Ftehim, dawn il-materji se jiġu diskussi bl-attenzjoni debita fid-diversi korpi stabbiliti taħt il-Ftehim.

    (3)

    Il-politika tal-viċinat ta' l-Unjoni Ewropea tistabbilixxi miri ambizzjużi, ibbażati fuq sens ta' rabta rikonoxxut reċiprokament mal-valuri komuni, li jinkludi demokrazija, l-istat tad-dritt, governanza tajba u rispett għal u promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem.

    (4)

    Ir-relazzjonijiet ta’ l-UE mal-pajjiżi tal-Mediterran tan-nofsinhar qed isiru iktar kumplessi bħala riżultat ta' l-implimentazzjoni tal-ftehim Ewro-Mediterranji u l-kontinwazzjoni tas-sħubija Ewro-Mediterranja.

    (5)

    Għandu jsir monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tas-sħubija u l-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni. Il-kompetenzi ta’ l-UE jipprovdu qafas għall-iżvilupp ta' relazzjonijiet u kooperazzjoni mal-pajjiżi Mediterranji b'mod li jieħu in konsiderazzjoni l-ħtieġa li l-Proċess sħiħ ta’ Barċellona ikun koerenti u bilanċjat.

    (6)

    L-Assoċjazzjoni tal-Kunsill diġà ddeċidiet li toħloq sottokumitati tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni sabiex jipprovdu qafas istituzzjonali xieraq għall-implimentazzjoni u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Is-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem, id-Demokratizzazzjoni u l-Governanza huwa b'dan stabbilit u r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu kif stabbiliti fl-Anness, huma b'dan adottati.

    Is-Sottokumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u għandu jirrapporta lilu wara kull laqgħa. Is-Sottokumitat m’għandux setgħa li jieħu deċiżjonijiet. Madankollu huwa jista' jissottometti proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

    Kwistjonijiet fi ħdan il-mandat tas-Sottokumitat jistgħu jiġu indirizzati wkoll f’livelli aktar għoljin fid-djalogu politiku bejn l-UE u l-Marokk.

    Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni għandu jieħu kull azzjoni meħtieġa sabiex jiżgura li s-Sottokumitat jaħdem sew u jinforma lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għaldaqstant.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li fih tiġi adottata.

    Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2006.

    Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni

    Il-President

    E. TUOMIOJA


    (1)  ĠU L 70, 18.3.2000, p. 2.


    ANNESS

    Regoli ta’ Proċedura Sottokumitat UE-Marokk Nru 7 Drittijiet tal-Bniedem, Demokratizzazzjoni u Governanza

    1.   Kompożizzjoni u presidenza

    Is-Sottokumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u rappreżentanti tal-Gvern tar-Renju tal-Marokk u għandu jkun ppresedut alternattivament miż-żewġ partijiet.

    2.   Rwol

    Is-Sottokumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u għandu jirrapporta lilu wara kull laqgħa. Is-Sottokumitat m'għandux ikollu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet. Madankollu huwa jista' jagħmel proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

    3.   Suġġetti

    Is-Sottokumitat għandu jeżamina l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni fl-oqsma elenkati hawn taħt. Għal kwistjonijiet li jikkonċernaw id-drittijiet tal-bniedem, id-demokratizzazzjoni u l-governanza inklużi fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Viċinat bejn l-UE-Marokk, is-Sottokumitat għandu jkun is-segwitu tekniku tal-mekkaniżmu prinċipali. Huwa għandu jivvaluta l-progress fuq l-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar. Kooperazzjoni fi kwistjonijiet ta' amministrazzjoni pubblika għandhom jiġu diskussi wkoll. Is-Sottokumitat għandu jivvaluta l-progress u jeżamina xi problemi li jistgħu jinqalgħu fis-setturi elenkati hawn taħt u għandu jissuġġerixxi miżuri li jistgħu jittieħdu.

    (a)

    L-istat tad-dritt, il-governanza tajba u d-demokrazija, inkluż b’mod partikolari: it-tisħiħ tad-demokrazija u l-istat tad-dritt; l-indipendenza tal-ġudikatura u l-aċċess għal ġustizzja u modernizzazzjoni tal-ġustizzja.

    (b)

    It-twettiq ta' ratifika u implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjonali prinċipali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u l-protokolli għal dawk il-konvenzjonijiet. L-implimentazzjoni ta' rapportar ta' obbligi u l-progress f'reviżjoni tar-riżervi.

    (ċ)

    Rinfurzar tal-kapaċità amministrattiva u istituzzjonali nazzjonali.

    Il-lista ta' hawn fuq mhijiex kompluta u suġġetti rilevanti oħrajn, inkluż kwistjonijiet orizzontali, per eżempju l-istatistika, jistgħu jiżdiedu mill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-programm reġjonali.

    Is-Sottokumitat jista’ jiddiskuti suġġetti relatati ma’ qasam wieħed, diversi oqsma jew l-oqsma kollha ta' hawn fuq.

    4.   Segretarjat

    Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal tal-Gvern tar-Renju tal-Marokk għandhom jaġixxu flimkien bħala segretarji permanenti tas-Sottokumitat.

    Il-komunikazzjonijiet kollha dwar is-Sottokumitat għandha tiġi trasmessa lis-segretarji.

    5.   Laqgħat

    Is-Sottokumitat għandu jiltaqa' kull meta ċ-ċirkostanzi jeħtieġu u mill-inqas darba fis-sena. Laqgħa tista’ tissejjaħ abbażi ta’ talba minn parti jew minn oħra, li titwassal mis-segretarju konċernat, li jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Meta jirċievi t-talba għal laqgħa tas-Sottokumitat, is-segretarju tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien 15-il ġurnata ta’ xogħol.

    F’każ ta’ urġenza partikolari, is-Sottokumitat jista’ jissejjaħ fi żmien iqsar jekk iż-żewġ partijiet jaqblu. It-talbiet kollha sabiex jissejħu laqgħat għandhom isiru bil-miktub.

    Il-laqgħat tas-Sottokumitat għandhom isiru fid-data u l-post li dwarhom kien hemm qbil miż-żewġ partijiet.

    Il-laqgħat jissejħu mis-segretarju fil-kariga bi qbil mal-President. Qabel kull laqgħa, il-President jiġi nformat bil-komposizzjoni maħsuba tad-delegazzjoni ta’ kull parti.

    Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, is-Sottokumitat jista’ jistieden lil xi esperti għal-laqgħat tiegħu sabiex dawn jipprovdu informazzjoni speċifika.

    6.   Aġenda tal-laqgħat

    It-talbiet kollha għal punti li għandhom jiddaħħlu fl-aġenda tas-Sottokumitat għandhom jingħaddu lis-segretarji.

    Aġenda proviżorja għandha titfassal mill-president għal kull laqgħa. Hija għandha tiġi tingħadda mis-segretarju in kariga lill-kontraparti tiegħu sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu ta' kull laqgħa.

    Il-punti li għandhom jiddaħħlu fl-aġenda proviżorja għandhom jiġu notifikati lis-segretarji mill-inqas ħmistax-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Dokumentazzjoni relatata għandha tiġi rċevuta miż-żewġ partijiet mill-inqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Sabiex jittieħdu in konsiderazzjoni każijiet partikolari u/jew urġenti, notifika u forniment ta' dokumentazzjoni iktar tard jistgħu jkunu permessi, dment li ż-żewġ partijiet jaqblu.

    L-aġenda għandha tkun adottata mis-Sottokumitat fil-bidu ta’ kull laqgħa.

    7.   Minuti

    Il-minuti għandhom jittieħdu u jsir qbil dwarhom miż-żewġ segretarji wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inkluż il-proposti tas-Sottokumitat, għandhom jiġu jingħaddu mis-segretarji tas-Sottokumitat lis-segretarji u lill-president tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

    8.   Pubbliċità

    Sakemm ma jkunx ġie deċiż mod ieħor, il-laqgħat tas-Sottokumitat m'għandhomx ikunu pubbliċi u l-proċedimenti tiegħu m'għandhomx isiru pubbliċi.


    Top