EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22006D0013

Deċiżjoni Nru 2/2005 tal-Kumitat konġunt KE-Gżejjer Faroe tat- 8 ta’ Diċembru 2005 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1/2001 dwar ir-regoli ta' l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-kwistjonijiet veterinarji li jissupplimenta l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern lokali tal-Gżejjer Faroe, min-naħa l-oħra

ĠU L 8, 13.1.2006, p. 46–47 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 18–19 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/13(1)/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

18


DEĊIŻJONI Nru 2/2005 TAL-KUMITAT KONĠUNT KE-GŻEJJER FAROE

tat-8 ta’ Diċembru 2005

li temenda d-Deċiżjoni Nru 1/2001 dwar ir-regoli ta' l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-kwistjonijiet veterinarji li jissupplimenta l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern lokali tal-Gżejjer Faroe, min-naħa l-oħra

(2006/13/KE)

IL-KUMITAT KONĠUNT KE-GŻEJJER FAROE,

Wara li kkunsidra il-Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern lokali tal-Gżejjer Faroe, min naħa l-oħra,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-kwistjonijiet veterinarji li jissupplimenta l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern lokali tal-Gżejjer Faroe, min-naħa l-oħra (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-laqgħa ta' Brussel ta' l-24 ta’ Awissu 2004 tas-sottogrupp veterinarju tal-Kumitat Konġunt KE-Gżejjer Faroe, il-Gżejjer Faroe ippreżentaw il-pjan ta' kontinġenza tagħhom għall-mard tal-ħut u l-pjan tat-tneħħija tagħhom tal-ħut infettati bl-anemija infettiva tas-salamun; l-esperti tal-KE ikkunsidraw iż-żewġ dokumenti bħala konformi mar-regoli Komunitarji u għalhekk, aċċettabbli.

(2)

Is-sottogrupp veterinarju rrakkomanda wkoll l-inklużjoni tal-Gżejjer Faroe fis-Sistema tal-KE ta' Notifikazzjoni tal-Mard ta' l-Annimali.

(3)

Is-sottogrupp veterinarju għalhekk irrakkomanda li d-Deċiżjoni Nru 1/2001 tal-Kumitat Konġunt KE-Gżejjer Faroe (2) tiġi konsegwentement emendata,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni Nru 2001/1 tal-Kumitat Konġunt KE-Gżejjer Faroe għandha tiġi emendata kif ġej:

1)

fl-Artikolu 7, jiġi miżjud il-paragrafu li ġej:

“3.   Il-Gżejjer Faroe għandhom jimplimentaw id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE (*) u għandhom jipparteċipaw fis-Sistema ta' Notifikazzjoni tal-Mard ta' l-Annimali (ADNS). L-arranġamenti prattiċi għall-parteċipazzjoni tal-Gżejjer Faroe għandhom jiġu miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-Gżejjer Faroe.

(*)  ĠU L 378, 31.12.1982, p. 58.”;"

2)

Fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 11, it-tielet sub-paragrafu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

“Il-Gżejjer Faroe ippreżentaw lis-sottogrupp veterinarju pjan ta' kontinġenza konformement ma' l-Artikolu 15 tad-Direttiva 93/53/KEE. Il-pjan ta' kontinġenza jinkludi pjan ta' tneħħija konformement ma' l-Artikolu 6 tad-Direttiva 93/53/KEE. Il-pjan ta' kontinġenza u l-pjan ta' tneħħija preżentati f'Settembru 2004 huma approvati bil-proċeduri tal-vaċċinazzjoni stabbiliti b'dak il-pjan. L-aġġornamenti suċċessivi tal-pjan għandhom jiġu preżentati għall-approvazzjoni lill-Kummissjoni wara notifika lill-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.”;

3)

Fl-Artikolu 11, jiġi mħassar il-paragrafu 2.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara dak li fih tkun ġiet adottata.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2005.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

Pierre FAUCHERAND


(1)  ĠU L 305, 30.11.1999, p. 26.

(2)  ĠU L 46, 16.2.2001, p. 24.


Top