This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22005D0874
2005/874/EC: Decision No 3/2005 of 25 October 2005 of the Committee established under the Agreement between the European Community and the Swiss Confederation on mutual recognition in relation to the listing of conformity assessment bodies under the sectoral chapter on pressure vessels
2005/874/KE: Deċiżjoni Nru 3/2005 tal- 25 ta’ Ottubru 2005 tal-Kumitat imwaqqaf taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-Għarfien Reċiproku fir-rigward ta’ l-elenkar tal-Korpi ta’ Valutazzjoni tal-Konformità taħt il-Kapitolu Settorjali dwar tankijiet taħt pressjoni
2005/874/KE: Deċiżjoni Nru 3/2005 tal- 25 ta’ Ottubru 2005 tal-Kumitat imwaqqaf taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-Għarfien Reċiproku fir-rigward ta’ l-elenkar tal-Korpi ta’ Valutazzjoni tal-Konformità taħt il-Kapitolu Settorjali dwar tankijiet taħt pressjoni
ĠU L 349M, 12.12.2006, pp. 661–662
(MT)
ĠU L 322, 9.12.2005, pp. 29–30
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
In force
|
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
661 |
DEĊIŻJONI NRU 3/2005
tal-25 ta’ Ottubru 2005
tal-Kumitat imwaqqaf taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-Għarfien Reċiproku fir-rigward ta’ l-elenkar tal-Korpi ta’ Valutazzjoni tal-Konformità taħt il-Kapitolu Settorjali dwar tankijiet taħt pressjoni
(2005/874/KE)
IL-KUMITAT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar Għarfien Reċiproku fir-rigward ta' valutazzjoni tal-konformità, u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4)(a) u 11 tiegħu,
Billi l-Kumitat għandu jieħu deċiżjoni li jelenka Korpi jew Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità taħt il-Kapitolu Settorjali ta' l-Anness 1 tal-Ftehim;
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
|
1. |
Il-Korpi ta’ Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness A huma miżjuda ma’ l-elenku ta' Korpi Żvizzeri ta' Valutazzjoni ta' Konformità taħt il-Kapitolu Settorjali għal tankijiet taħt Pressjoni fl-Anness 1 tal-Ftehim. |
|
2. |
L-ambitu speċifiku tal-lista, fir-rigward ta' prodotti u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-Korpi ta’ Valutazzjoni tal-Konformità indikati fl-Anness A, ġie miftiehem mill-Partijiet u se jinżamm minnhom. |
Din id-Deċiżjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata minn rappreżentanti tal-Kumitat li huma awtorizzati li joperaw f'isem il-Partijiet għall-għan lil jemendaw il-Ftehim. Din id-Deċiżjoni se tidħol fis-seħħ mid-data li fiha titniżżel l-aħħar firma.
Magħmul f’Berna, nhar il-25 ta’ Ottubru 2005.
F’isem il-Konfederazzjoni Żvizzera
Heinz HERTIG
Magħmul fi Brussell, nhar il-21 ta’ Ottubru 2005.
F’isem il-Komunità Ewropea
Andra KOKE
ANNESS A
Il-Korpi Żvizzeri ta’ Valutazzjoni tal-Konformità miżjuda ma’ l-elenku ta' Korpi ta' Valutazzjoni ta' Konformità taħt il-Kapitolu Settorjali għal tankijiet taħt Pressjoni fl-Anness 1 tal-Ftehim.
|
Atest |
|
Contrôles et essais métallurgiques SA |
|
Route de Vevey 55A |
|
CH-1618 Châtel-St-Denis, Switzerland |
|
Telefown +41 (0) 21 948 24 40 |
|
Faks: +41 (0) 21 948 24 48 |
|
E-mail: admin@atest.ch |
|
Schweizerische Gesellschaft für Zerstörungsfreie Prüfung (SGZP) |
|
c/o EMPA |
|
Überlandstrasse 129 |
|
CH-8600 Dübendorf, Switzerland |
|
Telefown +41 (0) 61 317 84 21 |
|
Faks: +41 (0) 61 317 84 80 |
|
E-mail: blumhofer.pw@svsxass.ch |