EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22005D0291

Id-Deċiżjoni Nru 1/2005 tal-Kumitat tas- 7 ta' Marzu 2005 stabbilit taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar Għarfien Reċiproku marbut ma' l-elenkar tal-Korp ta' Evalwazzjoni tal-Konformità li jaqa' taħt il-Kapitolu Settorjali dwar is-Sistemi ta' tagħmir u ħarsien maħsuba għall-użu f'atmosfera potenzjalment splussiva

ĠU L 93, 12.4.2005, p. 40–41 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 272M, 18.10.2005, p. 256–257 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/291/oj

18.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

256


ID-DEĊIŻJONI NRU 1/2005 TAL-KUMITAT

tas-7 ta' Marzu 2005

stabbilit taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar Għarfien Reċiproku marbut ma' l-elenkar tal-Korp ta' Evalwazzjoni tal-Konformità li jaqa' taħt il-Kapitolu Settorjali dwar is-Sistemi ta' tagħmir u ħarsien maħsuba għall-użu f'atmosfera potenzjalment splussiva

(2005/291/KE)

IL-KUMITAT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar Għarfien Reċiproku marbut ma' evalwazzjoni tal-konformità, u b'mod partikolari l-Artikolu 10.4(a) u 11 tiegħu,

Billi l-Kumitat Konġunt għandu jieħu deċiżjoni li jelenka Korp jew Korpi ta' Evalwazzjoni tal-Konformità taħt Kapitolu Settorjali ta' l-Anness 1 tal-Ftehim;

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

1.   Il-Korp ta' Evalwazzjoni tal-Konformità fl-Anness A jiżdied mal-lista ta' Korpi Żvizzeri ta' Evalwazzjoni tal-Konformità taħt il-Kapitolu Settorjali għas-Sistemi ta' tagħmir u ħarsien maħsuba għall-użu f'atmosfera potenzjalment splussiva fl-Anness 1 tal-Ftehim

2.   Il-firxa speċifika ta' l-inklużjoni fil-lista, f'termini ta' proċeduri ta' evalwazzjoni ta' prodotti u tal-konformità, tal-Korp għall-Evalwazzjoni tal-Konformità indikat fl-Anness A, ġiet mifthema mill-Partijiet u se tinżamm minnhom.

Din id-Deċiżjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata minn rappreżentanti tal-Kumitat li huma awtorizzati li joperaw f'isem il-Partijiet għall-għan lil jemendaw il-Ftehim. Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ mid-data li fiha titniżżel l-aħħar firma.

Iffirmat f' Bern fit-2 ta' Marzu 2005

F'isem il-Konfederazzjoni Żvizzera

Heinz HERTIG

Iffirmat fi Brussell fis-16 ta' Marzu 2005

F'isem il-Komunità Ewropea

Joanna KIOUSSI


ANNESS A

Il-Korp Żvizzeru ta' Evalwazzjoni tal-Konformità miżjud mal-lista ta' Korpi Żvizzeri ta' Evalwazzjoni tal-Konformità taħt il-Kapitolu Settorjali għas-Sistemi ta' tagħmir u ħarsien maħsuba għall-użu f'atmosfera potenzjalment splussiva fl-Anness 1 tal-Ftehim

QS SCHAFFHAUSEN AG

Wiesengasse, 20

8222 Beringen

Switzerland

Telefown: (41) 52 687 20 10

Fax: (41) 52682 682 18 02


Top