This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22005D0073
Decision of the EEA Joint Committee No 73/2005 of 29 April 2005 amending Protocol 31 to the EEA Agreement on cooperation in specific fields outside the four freedoms
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 73/2005 tad- 29 ta’ April 2005 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 73/2005 tad- 29 ta’ April 2005 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet
ĠU L 239, 15.9.2005, p. 66–66
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 292–292
(MT)
In force
|
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
292 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 73/2005
tad-29 ta’ April 2005
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 116/2004 tas-6 ta’ Awwissu 2004 (1). |
|
(2) |
Ikun xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tiġi estiża biex tkun tinkludi d-Deċiżjoni Nru 593/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Lulju 2004 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/819/KE fuq programm multiannwali għall-intrapriża u l-intraprenditorija, u b’mod partikolari għall-intrapriżi żgħar jew ta’ daqs medju (SMEs) (2001-2005) (2). |
|
(3) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti li sseħħ din il-kooperazzjoni estiża b’effett mill-1 ta’ Jannar 2005, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-sub-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fis-seba’ inċiż ta’ l-Artikolu 7(5) (Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/819/KE) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim:
|
“— |
32004 D 0593: Deċiżjoni Nru 593/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Lulju 2004 (ĠU L 268, 16.8.2004, p. 3).”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2005.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 29 ta’ April 2005.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Richard WRIGHT
(2) ĠU L 268, 16.8.2004, p. 3.
(*1) Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m’huma indikati.