Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22004D0074

    id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 74/2004 tat- 8 ta' Ġunju 2004 li temenda l-Anness XI (Servizzi tat-telekomunikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 349, 25.11.2004, p. 32–32 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 269M, 14.10.2005, p. 14–14 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/74/oj

    14.10.2005   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    14


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 74/2004

    tat-8 ta' Ġunju 2004

    li temenda l-Anness XI (Servizzi tat-telekomunikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawn taħt imsejjaħ bħala “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XI tal-Ftehim kien emendat bil-Ftehim fuq il-parteċipazzjoni tar-Repubblika Ċeka, r-Repubblika ta' l-Estonja, r-Repubblika ta' Ċipru, r-Repubblika ta' l-Ungerija, r-Repubblika tal-Latvja, r-Repubblika tal-Litwanja, r-Repubblika ta' Malta, r-Repubblika tal-Polonja, r-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika ta' l-Islovakkja fiż-Żona Ekonomika Ewropea iffirmat fl-14 ta' Ottubru 2003 fil-Lussemburgu (1).

    (2)

    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/558/KE tal-25 ta' Lulju 2003 fuq l-ipproċessar ta' l-informazzjoni tal-post minn fejn wieħed isejjaħ (caller location information) f'networks ta' komunikazzjoni elettronika bl-iskop li jissaħħu s-servizzi tas-sejħiet ta' emergenza minn fuq il-post (location-enhanced emergency call services) (2) għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara punt 5cn (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/548/KE) ta' Anness XI tal-Ftehim:

    “5co.

    32003 H 0558: Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/558/KE tal-25 ta' Lulju 2003 fuq l-ipproċessar ta' l-informazzjoni tal-post minn fejn wieħed isejjaħ (caller location information) f'networks ta' kommunikazzjoni elettronika bl-iskop li jissaħħu s-servizzi tas-sejħiet ta' emerġenza minn fuq il-post (location-enhanced emergency call services) (ĠU L 189, tad-29.7.2003, p. 49).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Rakkomandazzjoni 2003/558/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE fil-Ġurnal Uffiċjali ta' L-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta' Ġunju 2004, bil-kondizzjoni li n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, fil-Ġurnal Uffiċjali ta' L-Unjoni Ewropea.

    MagħmulA fi Brussell, fit-8 ta' Ġunju 2004.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    S. GILLESPIE


    (1)  ĠU L 130, tad-29.4.2004, p. 3.

    (2)  ĠU L 189, tad-29.7.2003, p. 49.

    (*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m’huma indikati.


    Top