Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22002A1126(01)

    Ftehim dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali ta' passiġġieri bil-coach u bix-xarabank (Ftehim Interbus)

    ĠU L 321, 26.11.2002, p. 13–43 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 26/11/2002

    ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2002/917/oj

    Related Council decision

    22002A1126(01)



    Official Journal L 321 , 26/11/2002 P. 0013 - 0043


    Ftehim

    dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali ta' passiġġieri bil-coach u bix-xarabank

    (Ftehim Interbus)

    IL-PARTIJIET KONTRAENTI:

    Wara li kkunsidraw ix-xewqa li jiġi promoss l-iżvilupp tat-trasport internazzjonali fl-Ewropa u speċjalment biex tiġi iffaċilitata l-organizzazzjoni u t-tħaddim tiegħu,

    Wara li kkunsidraw ix-xewqa li jiġi ffaċilitat it-turiżmu u l-iskambju kulturali bejn il-Partijiet Kontraenti,

    Billi:

    Il-Ftehim dwar it-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bit-triq permezz ta' servizzi okkażjonali bil-coach u bix-xarabank (ASOR), iffirmat f'Dublin fis-26 ta' Mejju 1982 ma jipprovdi għall-ebda skop għall-adeżjoni ta' Partijiet ġodda;

    L-esperjenza u l-liberalizzazzjoni milħuqa minn dan l-aħħar Ftehim għandhom jinżammu.

    Huwa mixtieq li ssir dispożizzjoni għal-liberalizzazzjoni armonizzata ta' xi servizzi internazzjonali okkażjonali bil-coach u bix-xarabank u dwar l-operazzjonijiet ta' trasport bihom.

    Huwa mixtieq li ssir dispożizzjoni għal xi regoli ta' proċedura armonizzati għal servizzi internazzjonali okkażjonali mhux liberalizzati, li għalhekk għadhom soġġetti għal awtorizzazzjoni.

    Huwa neċessarju li ssir dispożizzjoni għal livell għoli ta' armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet tekniċi li jgħoddu għal xarabanks u coaches li jwettqu servizzi internazzjonali okkażjonali bejn il-Partijiet Kontraenti sabiex jittejjbu kemm is-sigurtà fit-toroq kif ukoll il-ħarsien ta' l-ambjent.

    Huwa neċessarju li l-Partijiet Kontraenti għandhom japplikaw miżuri uniformi dwar ix-xogħol ta' l-ekwipaġġ ta' xarabanks u coaches involut fit-trasport internazzjonali bit-triq.

    Huwa mixtieq li ssir dispożizzjoni għall-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet ta' l-aċċess għall-okkupazzjoni ta' operatur tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq.

    Il-prinċipju ta' nuqqas ta' diskriminazzjoni għal ragunijiet ta' nazzjonalità jew il-post ta' stabbiliment ta' l-operatur tat-trasport u ta' l-origini jew id-destinazzjoni tax-xarabank jew il-coach, għandu jitqies kondizzjoni bażika li tgħodd għall-fornitura ta' servizzi ta' trasport internazzjonali.

    Huwa meħtieg li ssir dispożizzjoni għal mudelli uniformi għal dokumenti tat-trasport bħad-dokument tal-kontroll għal servizzi okkażjonali liberalizzati u wkoll l-awtorizzazzjoni u l-formola għall-applikazzjoni għal servizzi mhux liberalizzati sabiex jiġu ffaċilitati u ssimplifikati l-proċeduri ta' spezzjoni.

    Huwa neċessarju li ssir dispożizzjoni għal xi miżuri armonizzati dwar l-infurzar tal-Ftehim, speċjalment dwar proċeduri ta' kontroll, penali u assistenza reċiproka.

    Huwa xieraq li jiġu stabbiliti xi proċeduri għall-amministrazzjoni tal-ftehim sabiex jiġi żgurat infurzar tajjeb u sabiex tkun permessa xi addattazzjoni teknika għall-Annessi.

    Il-Ftehim għandu jkun miftuħ għall-adeżjoni ta' membri futuri tal-Konferenza Ewropea tal-Ministri tat-Trasport u għal xi pajjiżi Ewropej oħra,

    IDDEĊIDEW li jistabbilixxu regoli uniformi dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-coach u x-xarabank, u

    FTEHMU KIF GEJ:

    TAQSIMA I

    KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

    Artikolu 1

    Kamp ta' applikazzjoni

    1. Dan il-Ftehim għandu jgħodd:

    (a) għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri, ta' kwalunkwe nazzjonalità, bit-triq permezz ta' servizzi okkażjonali:

    - bejn it-territorji ta' żewġ Partijiet Kontraenti, jew li jibda jew li jispiċċa fit-territorju ta' l-istess Parti Kontraenti u, jekk tqum il-ħtieġa matul tali servizzi, f'trasport mit-territorju ta' Parti Kontraenti oħra jew mit-territorju ta' Stat Mhux Kontraenti,

    - imwettqa minn operaturi tat-trasport b'kiri jew b'kummerċ stabbiliti f'Parti Kontraenti skond il-liġi tagħha u li għandhom liċenzja biex iwettqu t-trasport permezz ta' servizzi internazzjonali okkażjonali bil-coach u x-xarabank.

    - bl-użu ta' xarabanks u coaches irreġistrati fil-Parti Kontraenti fejn huwa stabbilit l-operatur tat-trasport;

    (b) għal vjaġġi vojta tax-xarabanks u coaches konċernati b' dawn is-servizzi.

    2. L-ebda waħda mid-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim ma għandha tiġi interpretata bħala li tipprovdi l-possibilità ta' operazzjoni ta' servizzi okkażjonali nazzjonali fit-territorju ta' Parti Kontraenti minn operaturi stabbiliti f'Parti Kontraenti oħra.

    3. L-użu ta' xarabanks u coaches maħsuba li jġorru l-passiġġieri għat-trasport tal-merkanzija għal skopijiet kummerċjali għandu jiġu eskluż mill-iskop ta' dan il-Ftehim.

    4. Dan il-Ftehim ma jikkonċernax servizzi okkażjonali fuq kont proprju.

    Artikolu 2

    Nuqqas ta' diskriminazzjoni

    Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li l-prinċipju ta' nuqqas ta' diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità jew il-post ta' stabbiliment ta' l-operatur tat-trasport u l-oriġini jew id-destinazzjoni tax-xarabank jew il-coach, jiġi applikat, b'mod partikolari fir-rigward tad-dispożizzjonijiet fiskali kif stabbilit fit-taqsima VI, kif ukoll il-kontroll u l-penali kif stabbilit fit-taqsima IX.

    Artikolu 3

    Definizzjonijiet

    Għall-iskopijiet ta' dan il-Ftehim, għandhom jgħoddu d-definizzjonijiet li ġejjin:

    1. "xarabanks u coachijiet" huma vetturi li, minħabba l-kostruzzjoni u t-tagħmir tagħhom, huma xierqa għalt-trasport ta' aktar minn disa' persuni, inkluż ix-xufier, u huma maħsuba għal dak l-iskop;

    2. "servizzi internazzjonali okkażjonali" huma servizzi bejn it-territorju ta' għallinqas żewg Partijiet Kontraenti li la jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' servizzi regolari jew servizzi regolari speċjali u lanqas taħt id-definizzjoni ta' shuttle serviċe. Dawn is-servizzi jistgħu jiġu operati b'xi livell ta' frekwenza mingħajr ma b'hekk jieqfu li jkunu servizzi okkażjonali;

    3. "servizzi regolari" huma servizzi li jipprovdu għalt-trasport ta' passiġġieri skond frekwenza speċifikata u f'rotot speċifikati, li fihom il-passiġġieri jistgħu jirkbu jew jinżlu f'postijiet tal-waqfien predeterminati. Servizzi regolari jistgħu jkunu soġġetti għall-obbligu li jirrispettaw skedi u tariffi stabbiliti minn qabel;

    4. "servizzi regolari speċjali" huma servizzi, organizzati minn kwalunkwe persuna, li tipprovdi għat-trasport ta' kategoriji speċifikati ta' persuni bl-esklużjoni ta' passiġġieri oħra, safejn dawn is-servizzi huma operati taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fil-punt 3. Servizzi regolari speċjali għandhom jinkludu:

    - it-trasport ta' ħaddiema bejn id-dar u x-xogħol,

    - it-trasport ta' tfal ta' l-iskola u studenti sa jew mill-istituzzjoni ta' l-edukazzjoni.

    Il-fatt li servizz regolari speċjali jista' jiġi varjat skond il-ħtiġiet ta' l-utent u m'għandux jaffettwa l-klassifikazzjoni tiegħu bħala servizz regolari;

    5. 1. "shuttle serviċes" huma servizzi li bihom permezz ta' vjaġġi ripetuti "l barra u lura, gruppi ta" passiġġieri iffurmati minn qabel jittrasportu minn post wieħed tat-tluq għal destinazzjoni waħda. Kull grupp, li jikkonsisti fil-passiġġiera li għamlu l-vjaġġ 'il barra, għandu jittrasporta lura fil-post tat-tluq fuq vjaġġ aktar tard mill-istess operatur tat-trasport.

    Post tat-tluq u destinazzjoni għandhom ifissru, rispettivament, il-post fejn jibda l-vjaġġ u l-post fejn jispiċċa l-vjaġġ, flimkien ma', f'kull każ, il-lokalitajiet ta' mad-dawra f'raġġ ta' 50 km;

    2. Fil-kors ta' shuttle serviċes, l-ebda passiġġier ma għandu jitla' jew jinżel matul il-vjaġġ;

    3. l-ewwel vjaġġ tar-ritorn u l-aħħar vjaġġ "il-barra f'serje ta"shuttles għandhom ikunu vojta;

    4. iżda, il-klassifikazzjoni ta' operazzjoni tat-trasport bħala shuttle serviċe m'għandhiex tiġi affettwata mill-fatt li, bil-qbil ta' l-awtoritajiet kompetenti fil-Parti Kontraenti jew il-Partijiet ikkonċernati:

    - passiġġieri, minkejja d-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu 1, jagħmlu l-vjaġġ tar-ritorn ma' grupp ieħor jew ma' operatur tat-trasport ieħor,

    - passiġġieri, minkejja d-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu 2, jittellgħu jew jitniżżlu matul il-vjaġġ,

    - l-ewwel vjaġġ 'il barra u l-aħħar vja lura tas-serje ta' shuttles huma, minkejja d-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu 3, magħmula vojta;

    6. "Il-Partijiet Kontraenti" huma dawk il-firmatarji li taw il-kunsens tagħhom li jintrabtu b'dan il-Ftehim u li għalihom dan il-Ftehim huwa fis-seħħ.

    Dan il-Ftehim jgħodd għal dawk it-territorji fejn jgħodd it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u taħt kondizzjonijiet stabbiliti f'dak it-Trattat u għall-BOSNIJA u HERZEGOVINA, IL-BULGARIJA, IL-KROAZJA, IR-REPUBBLIKA ĊEKA, L-ESTONJA, L-UNGERIJA, IL-LATVJA, IL-LITWANJA, IL-MOLDOVJA, IL-POLONJA, IR-RUMANIJA, L-ISLOVAKJA, L-ISLOVENJA u T-TURKIJA, sakemm dawn ikunu kkonkludew dan il-Ftehim;

    7. "awtoritajiet kompetenti" huma dawk l-awtoritajiet indikati mill-Istati Membri tal-Komunità u mill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn biex iwettqu l-funzjonijiet stabbiliti fit-taqsimiet V, VI, VII, VIII u IX ta' dan il-Ftehim;

    8. "trasport" tfisser il-parti tal-ħidma tat-trasport mit-territorju ta' Parti Kontraenti mingħajr ma jitilgħu jew jinżlu passiġġieri.

    TAQSIMA II

    KONDIZZJONIJIET LI JGĦODDU GĦAL OPERATURI TAT-TRASPORT TAL-PASSIĠĠIERI BIT-TRIQ

    Artikolu 4

    1. Il-Partijiet Kontraenti li għadhom ma għamlux dan għandhom japplikaw dispożizzjonijiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti mid-Direttiva tal-Komunità Ewropea msemmija fl-Anness 1.

    2. Fir-rigward tal-kondizzjoni fuq il-pożizzjoni finanzjarja xierqa msemmija fl-Artikolu 3(3) ta' tali Direttiva, il-Partijiet Kontraenti jistgħu japplikaw kapital u riservi minimi disponibbli inqas mill-ammont stabbilit fil-punt (ċ) ta' l-imsemmi paragrafu 3, sad-data ta' l-1 ta' Jannar 2003 jew anke sa l-1 ta' Jannar 2005 taħt il-kondizzjoni fl-aħħar każ li ssir dikjarazzjoni korrispondenti fil-ħin tar-ratifikazzjoni tal-Ftehim, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet inklużi fil-Ftehim ta' l-Ewropa li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u xi Partijiet Kontraenti għall-Ftehim preżenti.

    TAQSIMA III

    KONDIZZJONIJIET TEKNIĊI LI JGĦODDU GĦALL-VETTURI

    Artikolu 5

    Ix-xarabanks u l-coaches użati biex jingħataw is-servizzi internazzjonali okkażjonali previsti f'dan il-Ftehim għandhom jikkonformaw ma' l-istandards tekniċi stabbiliti fl-Anness 2.

    TAQSIMA IV

    AĊĊESS GĦAS-SUQ

    Artikolu 6

    Servizzi okkażjonali liberalizzati

    Dawn is-servizzi okkażjonali għandhom jiġu eżentati minn awtorizzazzjoni fit-territorju ta' kwalunkwe Parti Kontraenti għajr f'dak li fih huwa stabbilit l-operatur tat-trasport:

    1. ġiti bil-bibien magħluqa, jiġifieri servizzi fejn tintuża l-istess xarabank jew coach biex jittrasporta l-istess grupp ta' passiġġieri mal-vjaġġ kollu u biex jitwasslu lura fil-post tat-tluq. Il-post tat-tluq huwa fit-territorju tal-Parti Kontraenti li fih l-operatur tat-trasport huwa stabbilit;

    2. servizzi li jagħmlu l-vjaġġ 'il barra mgħobbija u l-vjaġġ lura vojta. Il-post tat-tluq huwa fit-territorju tal-Parti Kontraenti li fih l-operatur tat-trasport huwa stabbilit;

    3. servizzi li fihom il-vjaġġ 'il barra jsir vojt u l-passiġġieri kollha jitilgħu fl-istess post, safejn tiġi ssodisfata waħda minn dawn il-kondizzjonijiet:

    (a) il-passiġġieri jikkostitwixxu gruppi, fit-territorju ta' Parti mhux Kontraenti jew ta' Parti Kontraenti għajr dak li fih l-operatur tat-trasport huwa stabbilit jew dak fejn jitilgħu l-passiġġieri, li ġew iffurmati taħt kuntratti tat-trasport li saru qabel il-wasla tagħhom fit-territorju ta' l-aħħar Parti Kontraenti. Il-passiġġieri jittrasportaw fit-territorju tal-Parti Kontraenti li fih l-operatur tat-trasport huwa stabbilit;

    (b) il-passiġġieri nġiebu qabel mill-istess operatur tat-trasport fiċ-ċirkostanzi previsti fil-punt 2, fit-territorju tal-Parti Kontraenti fejn jerġgħu jitilgħu u jittrasportaw sat-territorju tal-Parti Kontraenti li fih l-operatur tat-trasport huwa stabbilit;

    (ċ) il-passiġġieri ġew mistiedna biex jivvjaġġaw fit-territorju ta' Parti Kontraenti oħra, u l-ispiża tat-trasport tinħareġ mill-persuna li ħarġet l-istedina. Dawn il-passiġġieri għandhom jiffurmaw grupp omoġenu, li ma ġiex iffurmat biss għall-iskop tal-vjaġġ partikolari u li jinġieb fit-territorju tal-Parti Kontraenti li fih l-operatur tat-trasport huwa stabbilit.

    Dawn għandhom ukoll jiġu eżentati minn awtorizzazzjoni:

    4. operazzjonijiet ta' trasport mit-territorju tal-Partijiet Kontraenti flimkien ma' servizzi okkażjonali li huma eżentati minn awtorizzazzjoni;

    5. xarabanks u coaches mhux mgħobbija li għandhom jintużaw biss għas-sostituzzjoni ta' xarabank jew coach bil-ħsara jew li tkun waqfet, waqt li tagħti servizz internazzjonali kopert f'dan il-Ftehim.

    Għal servizzi mogħtija minn operaturi tat-trasport stabbiliti fil-Komunità Ewropea, il-punti tat-tluq u/jew destinazzjoni tas-servizzi jistgħu jkunu fi kwalunkwe Stat Membru tal-Komunità Ewropea, indipendentement mill-Istat Membru li fih ix-xarabank jew il-coach huwa rregistrat jew l-Istat Membru li fih l-operatur tat-trasport huwa stabbilit.

    Artikolu 7

    Servizzi okkażjonali mhux liberalizzati

    1. Servizzi okkażjonali għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 6 għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 15.

    2. Għal servizzi mogħtija minn operaturi tat-trasport stabbiliti fil-Komunità Ewropea, il-punti tat-tluq u/jew destinazzjoni tas-servizzi jistgħu jkunu fi kwalunkwe Stat Membru tal-Komunità Ewropea, indipendentement mill-Istat Membru li fih ix-xarabank jew coach huwa rreġistrat jew l-Istat Membru li fih l-operatur tat-trasport huwa stabbilit.

    TAQSIMA V

    DISPOŻIZZJONIJIET SOĊJALI

    Artikolu 8

    Il-Partijiet Kontraenti ta' dan il-Ftehim li għadhom m'għamlux dan għandhom jiffirmaw il-Ftehim Ewropew dwar ix-xogħol ta' l-ekwipaġġ ta' vetturi involuti fit-trasport internazzjonali bit-triq (AETR) ta l-1 ta' Lulju 1970, kif sussegwentement emendat, jew għandhom japplikaw ir-Regolamenti tal-Komunità (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 kif ikunu fis-seħħ meta jidħol fis-seħħ il-Ftehim.

    TAQSIMA VI

    DISPOŻIZZJONIJIET DOGANALI U FISKALI

    Artikolu 9

    1. Ix-xarabanks u l-coaches involuti f'operazzjonijiet tat-trasport skond dan il-Ftehim għandhon jiġu eżentati mit-taxxi u t-tariffi kollha fuq il-vetturi intaxxati fuq iċ-ċirkolazzjoni jew il-pussess ta' vetturi kif ukoll mit-taxxi jew tariffi speċjali kollha miżmuma fuq operazzjonijiet tat-trasport fit-territorju tal-Partijiet Kontraenti l-oħra.

    Ix-xarabanks u l-coaches m'għandhomx jiġu eżentati mill-ħlas ta' taxxi u tariffi fuq karburanti tal-magna, taxxa fuq il-valur miżjud fuq servizzi tat-trasport, nollijiet tat-triq u tariffi ta' l-utenti għall-użu ta' l-infrastruttura.

    2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li ma jkunux jistgħu jiġu imposti n-nollijiet u kull forma oħra ta' tariffi ta' l-utenti fl-istess ħin ta' l-użu ta' taqsima tat-triq weħidha. Iżda l-Partijiet Kontraenti jistgħu jimponu wkoll nollijiet fuq networks fejn jinżammu tariffi ta' l-utenti, għall-użu ta' pontijiet, mini u mogħdijiet tal-muntanji.

    3. Il-karburant għax-xarabanks u l-coachijiet, miżmum fit-tankijiet tal-karburanti stabbiliti mill-fabbrikant għal dan l-iskop, u f'kull każ mhux aktar minn 600 litru, kif ukoll il-lubrifikanti miżmuma f'xarabanks u coaches għall-uniku skop ta' l-operazzjoni tagħhom, għandhom jiġu eżentati mit-taxxi ta' l-importazzjoni u t-taxxi u l-pagamenti l-oħra kollha imposti f'Partijiet Kontraenti oħra.

    4. Il-Kumitat Konġunt stabbilit fl-Artikolu 23 għandu jabbozza lista ta' taxxi dwar it-trasport bit-triq tal-passiġġieri bix-xarabanks u l-coaches intaxxati f'kull Parti Kontraenti. Din il-lista għandha tindika t-taxxi li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, ta' dan l-Artikolu li jistgħu biss jinżammu fil-Parti Kontraenti tar-reġistrazzjoni tal-vettura. Din il-lista għandha tindika wkoll it-taxxi li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu ta' dan l-Artikolu li jistgħu jiġu intaxxati f'Partijiet Kontraenti għajr il-Parti Kontraenti tar-reġistrazzjoni tal-vettura. Il-Partijiet Kontraenti li jissostitwixxu kwalunkwe taxxa inkluża fil-listi msemmija ma' taxxa oħra ta' l-istess tip jew tip ieħor għandhom javżaw lill-Kumitat konġunt sabiex jagħmel l-emendi meħtiega.

    5. Spare parts u għodod importati għat-tiswija ta' xarabank jew coach bil-ħsara filwaqt li tkun qiegħda twettaq ħidma internazzjonali ta' trasport bit-triq għandhom jiġu eżentati mit-taxxa tad-dwana u mit-taxxi kollha fil-ħin ta' l-importazzjoni fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tagħha dwar ammissjoni temporanja ta' tali merkanzija. L-ispare parts li huma sostitwiti għandhom jiġu esportati mill-ġdid jew jiġu meqruda taħt il-kontroll ta' l-awtorità kompetenti tad-dwana tal-Parti Kontraenti l-oħra.

    TAQSIMA VII

    DOKUMENTI TA' KONTROLL GĦAL SERVIZZI OKKAŻJONALI EŻENTATI MINN AWTORIZZAZZJONI

    Artikolu 10

    Il-fornitura ta' servizzi msemmija fl-Artikolu 6 għandha ssir taħt koperta ta' dokument ta' kontroll maħrug mill-awtoritajiet kompetenti jew minn kwalunkwe agenzija awtorizzata tal-Parti Kontraenti li fiha huwa stabbilit l-operatur tat-trasport.

    Artikolu 11

    1. Id-dokument ta' kontroll għandu jkun jikkonsisti f'listi tal-passiġġieri li jistgħu jinqalgħu, doppji, f'kotba ta' 25. Id-dokument ta' kontroll għandu jikkonforma mal-mudell muri fl-Anness 3 ta' dan il-Ftehim.

    2. Kull ktieb u l-listi tal-passiġġieri komponenti tiegħu għandu jkollu numru. Il-listi tal-passiġġieri għandhom ikollhom numru. Il-listi tal-passiġġieri għandhom ukoll ikunu nnumerati konsekutivament minn 1 sa 25.

    3. Il-kliem fuq il-qoxra tal-ktieb u dak fuq il-listi tal-passiġġieri għandhom jiġu stampati fil-lingwa uffiċjali jew f'bosta lingwi uffiċjali tal-Parti Kontraenti fejn huwa stabbilit l-operatur tat-trasport.

    Artikolu 12

    1. Il-ktieb imsemmi fl-Artikolu 11 għandu jinħareg f'isem l-operatur tat-trasport; dan m'għandux ikun trasferibbli.

    2. Il-kopja ta' fuq tal-lista tal-passiġġier għandha tinżamm fuq ix-xarabank jew il-coach matul il-vjaġġ kollu li tirreferi għalih.

    3. L-operatur tat-trasport għandu jkun risponsabbli li jiżgura li l-listi tal-passiġġieri jimtlew tajjeb u kif suppost.

    Artikolu 13

    1. Il-lista tal-passiġġier għandha timtela f'duplikat mill-operatur tat-trasport għal kull vjaġġ qabel il-bidu tal-vjaġġ.

    2. Sabiex jiġu fornuti l-ismijiet tal-passiġġieri, l-operatur tat-trasport jista' juża lista mimlija minn qabel fuq folja separata, li għandha tiġi annessa mal-listi tal-passiġġieri. It-timbru ta' l-operatur tat-trasport jew, fejn xieraq, il-firma ta' l-operatur tat-trasport jew tax-xufier tax-xarabank jew coach għandha titqiegħed kemm fuq il-lista kif ukoll fuq il-polza tal-passiġġier.

    3. Għas-servizzi li jinvolvu vjaġġ 'il barra vojt imsemmi fl-Artikolu 6(3), il-lista tal-passiġġieri tista' tiġi mimlija kif stabbilit fil-paragrafu 2 fil-ħin meta jitilgħu l-passiġġieri.

    Artikolu 14

    L-awtoritajiet kompetenti ta' żewg Partijiet Kontraenti jew aktar jistgħu jaqblu li l-lista tal-passiġġieri m'għandhiex għalfejn issir. F'dak il-każ in-numru tal-passiġġieri għandu jintwera fuq id-dokument tal-kontroll.

    Il-Kumitat Konġunt stabbilit fl-Artikolu 23 għandu jiġi infurmat b'dawn il-ftehim.

    TAQSIMA VIII

    AWTORIZZAZZJONI GĦAL SERVIZZI OKKAŻJONALI MHUX LIBERALIZZATI

    Artikolu 15

    1. Għandha tinħareġ awtorizzazzjoni għal kull servizz okkażjonali li ma ġiex illiberalizzat skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6, bi qbil reċiproku mill-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti fejn jitilgħu jew jinżlu l-passiġġieri kif ukoll mill-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti involuti fit-trasport. Meta l-punt tat-tluq jew ta' destinazzjoni jkun jinsab fi Stat Membru tal-Komunità Ewropea, it-trasport minn Stati Membri oħra tal-Komunità m'għandux ikun soġġett għal awtorizzazzjoni.

    2. L-awtorizzazzjoni għandha tikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness 5.

    Artikolu 16

    Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni

    1. L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandha tingħata mill-operatur tat-trasport lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti li fit- territorju tiegħu ikun il-punt tat-tluq.

    L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-mudell stabbilit fl-Anness 4.

    2. L-operaturi tat-trasport għandhom jimlew il-formola ta' l-applikazzjoni u jemhżu evidenza li l-applikant huwa liċenzjat sabiex iwettaq it-trasport permezz ta' servizzi internazzjonali okkażjonali bil-coach u x-xarabank imsemmija fl-Artikolu 1(1)(a), it-tieni inċiż.

    3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti li fit-territorju tiegħu ikun il-post tat-tluq għandhom jeżaminaw l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-servizz ikkonċernat u, fil-każ ta' l-approvazzjoni tagħha, għandhom jibagħtuha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti(jiet) Kontraenti tad-destinazzjoni kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti fit-trasport.

    4. Bħala deroga mill-Artikolu 15(1), il-Partijiet Kontraenti li t-territorji tagħhom jiġu maqsuma b'trasport jistgħu jiddeċiedu li l-kunsens tagħhom ma jkunx aktar meħtieg għal servizzi kkontemplati f'din it-Taqsima. F'dan il-każ, il-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 23 għandu jiġi infurmat b'din id-Deċiżjoni.

    5. L-awtoritajiet kompetenti tal-Parti(jiet) Kontraenti li jkun intalab il-kunsens tagħhom għandhom joħorgu l-awtorizzazzjoni fi żmien xahar, mingħajr diskriminazzjoni fir-rigward tan-nazzjonalità jew tal-post ta' stabbiliment ta' l-operatur tat-trasport. Jekk dawn l-awtoritajiet ma jaqblux dwar it-termini ta' l-awtorizzazzjoni għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti(jiet) Kontraenti ikkonċernati bir-ragunijiet rilevanti.

    Artikolu 17

    L-awtoritajiet kompetenti ta' żewg Partijiet Kontraenti jew aktar jistgħu jaqblu li jissimplifikaw il-proċedura ta' awtorizzazzjoni, il-mudell ta' applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni u l-mudell ta' l-awtorizzazzjoni għas-servizzi okkażjonali mwettqa bejn dawn il-Partijiet Kontraenti. Il-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 23 għandu jiġi infurmat b'dan il-Ftehim.

    TAQSIMA IX

    KONTROLLI, PENALI U ASSISTENZA REĊIPROKA

    Artikolu 18

    Id-dokumenti tal-kontroll imsemmija fl-Artikolu 10 u l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15 għandhom jittrasportaw fuq ix-xarabank jew coach u jiġu ppreżentati fuq talba ta' uffiċjal ta' spezzjoni awtorizzat.

    Artikolu 19

    L-awtoritajiet kompetenti fil-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li l-operaturi tat-trasport jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

    Artikolu 20

    Kopja attestata bħala vera tal-liċenzja tat-trasport permezz ta' servizzi internazzjonali okkażjonali bix-xarabanks u l-coaches imsemmija fl-Artikolu 1(1)(a), it-tieni inċiż, għandha tinżamm fuq ix-xarabank jew coach u tiġi ppreżentata meta mitluba minn uffiċjal ta' spezzjoni awtorizzat.

    Il-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 23 għandu jiġi infurmat bil-mudelli ta' dokument bħal dan maħrug mill-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti.

    Artikolu 21

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti għandhom jistabbilixxu sistema ta' penali għal ksur ta' dan il-Ftehim. Il-penali hekk disposti għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u ta' dissważjoni.

    Artikolu 22

    1. Fejn ikun sar ksur serju jew ripetut ta' regolamenti dwar transport bit-triq, speċjalment dwar ħinijiet tas-sewqan u tal-mistrieħ u sigurtà tat-toroq, minn operaturi tat-trasport mhux residenti u jistgħu jwasslu għall-irtirar tal-liċenzja għal xogħol bħala operatur tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq, l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti ikkonċernata għandhom jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti fejn huwa stabbilit tali operatur tat-trasport, l-informazzjoni kollha fil-pussess tagħhom dwar dak il-ksur u l-penali kollha li jkunu imponew.

    2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti li fit-territorju tagħhom ikun sar il-ksur serju jew ripetut ta' regolamenti dwar it-trasport bit-triq, speċjalment dawk dwar il-ħinijiet tas-sewqan u tal-mistrieħ u ta' sigurtà tat-toroq, jistgħu temporanjament jiċħdu l-aċċess għal dak l-operatur tat-trasport fit-territorju ta' din il-Parti Kontraenti.

    Safejn hija kkonċernata l-Komunità Ewropea, l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tiċħad l-aċċess fit-territorju ta' dak l-Istat Membru temporanjament biss. L-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti ta' l-istabbiliment ta' l-operatur tat-trasport u l-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 23 għandhom jiġu infurmati b'dawn il-miżuri.

    3. Fejn operatur tat-trasport ikun wettaq ksur serju jew ripetut ta' regolamenti dwar it-trasport bit-triq, speċjalment fir-rigward ta' ħinijiet tas-sewqan u tal-mistrieħ u sigurtà fit-toroq, l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti fejn huwa stabbilit l-operatur tat-trasport għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jevitaw ripetizzjoni ta' dak il-ksur; dawn il-miżuri għandhom jinkludu s-sospensjoni jew irtirar tal-liċenzja għal xogħol bħala operatur tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq. Il-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 23 għandu jiġi infurmat b'dawn il-miżuri

    4. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiggarantixxu d-dritt ta' l- operatur tat-trasport sabiex jappella kontra s-sanzjonijiet imposti.

    TAQSIMA X

    IL-KUMITAT KONĠUNT

    Artikolu 23

    1. Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni ta' dan il-Ftehim, b'dan il-mezz huwa stabbilit Kumitat Konġunt. Il-Kumitat għandu jkun magħmul mir-rappreżentanti tal-Partijiet Kontraenti.

    2. Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa' għall-ewwel darba fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

    3. Il-Kumitat Konġunt għandu jistabbilixxi r-Regoli tal-Proċedura tiegħu stess.

    4. Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa' fuq talba ta' għallinqas Parti Kontraenti waħda.

    5. Il-Kumitat Konġunt jista' jadotta deċiżjonijiet biss meta żewġ terzi mill-Partijiet Kontraenti, inkluża l-Komunità Ewropea, jkunu rrappreżentati fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt.

    6. Sakemm il-Kumitat Konġunt huwa mitlub li jieħu d-deċiżjonijiet, l-unanimità tal-Partijiet Kontraenti rrapreżentati hija meħtiega. Fil-każ li l-unanimità ma tistax tintlaħaq, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom, wara talba minn Parti Kontraenti waħda jew aktar konċernata, jiltaqgħu għal konsultazzjoni fi żmien sitt gimgħat.

    Artikolu 24

    1. Il-Kumitat Konġunt għandu jiżgura implementazzjoni tajba ta' dan il-Ftehim. Il-Kumitat għandu jiġi infurmat b'kull miżura adottata jew li għandha tiġi adottata sabiex jiġu implementanti d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

    2. B'mod partikolari l-Kumitat Konġunt għandu:

    (a) fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija mill-Partijiet Kontraenti, jagħmel lista ta' awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti responsabbli għall-funzjonijiet imsemmija fit-Taqsimiet V, VI VII, VIII u IX ta' dan il-Ftehim;

    (b) jemenda jew jaddatta d-dokumenti tal-kontroll u l-mudelli ta' dokumenti oħrajn stabbiliti fl-Annessi ta' dan il-Ftehim;

    (ċ) jemenda jew jaddatta l-Annessi dwar l-istandards tekniċi li jgħoddu għal xarabanks u coachijiet, kif ukoll l-Anness 1 dwar il-kondizzjonijiet li jgħoddu għal operaturi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq imsemmija fl-Artikolu 4, sabiex jinkorpora miżuri futuri meħuda fil-Komunità Ewropea;

    (d) fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija mill-Partijiet Kontraenti, jagħmel lista, għall-informazzjoni, tad-dmirijiet, taxxi u tariffi tad-dwana kollha msemmija fl-Artikolu 9(4) u (5);

    (e) jemenda jew jaddatta l-ħtiġiet dwar id-dispożizzjonijiet soċjali msemmija fl-Artikolu 8 sabiex jinkorpora miżuri futuri meħuda fil-Komunità Ewropea;

    (f) isolvi t-tilwim li jistgħu jinqalgħu dwar l-implimentazzjoni u l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim;

    (g) jirrakkomanda passi oħra lejn il-liberalizzazzjoni ta' dawn is-servizzi okkażjonali li għadhom soġġetti għall-awtorizzazzjoni.

    3. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu l-passi meħtiega sabiex jinforzaw id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt skond, fejn xieraq, il-proċeduri interni tagħhom stess.

    4. Jekk ma jistax jintlaħaq ftehim għas-soluzzjoni ta' tilwima skond il-paragrafu 2(f) ta' dan l-Artikolu, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jissottomettu l-każ lill-bord ta' l-arbitraġġ. Kull Parti Kontraenti ikkonċernata għandha taħtar arbitru. Il-Kumitat Konġunt stess għandu wkoll jaħtar arbitru.

    Id-deċiżjonijiet ta' l-arbitri għandhom jittieħdu b'vot tal-maġġoranza.

    Il-Partijiet Kontraenti involuti fit-tilwima għandhom jieħdu l-passi meħtiega biex jimplementaw id-deċiżjonijiet ta' l-arbitri.

    TAQSIMA XI

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

    Artikolu 25

    Ftehim Bilaterali

    1. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom jissostitwixxu dawk id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti. Safejn hija kkonċernata l-Komunità Ewropea, din id-dispożizzjoni tgħodd għall-Ftehim konklużi bejn kwalunkwe Stat Membru u l-Parti Kontraenti.

    2. Il-Partijiet Kontraenti għajr il-Komunità Ewropea jistgħu jaqblu li ma japplikawx l-Artikolu 5 u l-Anness 2 ta' dan il-Ftehim u japplikaw standards tekniċi oħrajn għal xarabanks u coaches li jwettqu servizzi okkażjonali bejn dawn il-Partijiet Kontraenti inkluż il-mogħdija mit-territorji tagħhom.

    3. Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 ta' l-Anness 2, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom jissostitwixxu d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim konklużi bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u Partijiet Kontraenti oħrajn.

    Iżda, d-dispożizzjonijiet li jagħtu eżenzjoni minn awtorizzazzjoni li tinsab fi ftehim bilaterali eżistenti bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Partijiet Kontraenti oħra għal servizzi okkażjonali msemmija fl-Artikolu 7 jistgħu jinżammu u jiġġeddu. F'dak il-każ il-Partijiet Kontraenti ikkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 23 minnufih.

    Artikolu 26

    Firma

    Dan il-Ftehim għandu jkun miftuħ għall-firma fi Brussel mill-14 ta' April 2000 sal-31 ta' Diċembru 2000, fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea li għandu jaġixxi bħala depożitarju tal-Ftehim.

    Artikolu 27

    Ratifika jew approvazzjoni u depożitarju tal-Ftehim

    Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat jew ratifikat mill-firmatarji skond il-proċeduri tagħhom stess. L-istrumenti ta' approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati mill-Partijiet Kontraenti mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, li għandu javża lill-firmatarji l-oħrajn kollha.

    Artikolu 28

    Dħul fis-seħħ

    1. Dan il-Ftehim għandu jidhol fis-seħħ għall-Partijiet Kontraenti li approvawh jew irratifikawh, meta erba' Partijiet Kontraenti inkluża l-Komunità Ewropea, jkunu approvawh jew irratifikawh, fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-data li fiha r-raba' strument ta' approvazzjoni jew tar-ratifika jiġi ddepożitat, jew ukoll l-ewwel jum tas-sitt xahar, taħt il-kondizzjoni li fil-każ ta' l-aħħar issir dikjarazzjoni fil-ħin tar-ratifika tal-Ftehim.

    2. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ, għal kull Parti Kontraenti li tapprovah jew li tirratifikah wara d-dħul fis-seħħ imsemmi fil-paragrafu 1, fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-data li fiha l-Parti Kontraenti ikkonċernata tkun iddepożitat l-istrument ta' approvazzjoni jew tar-ratifika tagħha.

    Artikolu 29

    Tul tal-Ftehim - Evalwazzjoni tat-tħaddim tal-Ftehim

    1. Dan il-Ftehim għandu jiġi konkluż għal perjodu ta' ħames snin, mid-data tad-dħul fis-seħħ.

    2. It-terminu ta' dan il-Ftehim għandu jiġi awtomatikament estiż għal perjodi ta' ħames snin suċċessivi fost dawk il-Partijiet Kontraenti li ma jesprimux ix-xewqa tagħhom li ma jagħmlux dan. F'dan il-każ aħħari, il-Parti Kontraenti kkonċernata għandha tavża lid-depożitarju bl-intenzjoni tagħha skond l-Artikolu 31.

    3. Qabel it-tmiem ta' kull perjodu ta' ħames snin, il-Kumitat Konġunt għandu jevalwa t-tħaddim ta' dan il-Ftehim.

    Artikolu 30

    Adeżjoni

    1. Wara d-dħul fis-seħħ, dan il-Ftehim għandu jinfetah għall-adeżjoni minn pajjiżi li huma membri sħaħ tal-Konferenza Ewropea tal-Ministri tat-Trasport (ECMT). Fil-każ ta' l-adeżjoni għal dan il-Ftehim minn pajjiżi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, dan il-Ftehim m'għandux jgħodd fost il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

    2. Dan il-Ftehim għandu jkun miftuħ ukoll għall-adeżjoni tar-Repubblika ta' San Marino, il-Prinċipalità ta' Andorra u l-Prinċipalità ta' Monaco.

    3. Għal kull Stat li jissieħeb f'dan il-Ftehim wara d-dħul fis-seħħ previst fl-Artikolu 28, il-Ftehim għandu jidhol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara li jsir id-depożitu minn tali Stat ta' l-istrument ta' l-adeżjoni tiegħu.

    4. Kull Stat li jissieħeb f'dan il-Ftehim wara d-dħul fis-seħħ previst fl-Artikolu 28 jista' jingħata perjodu massimu ta' tliet snin għall-adozzjoni ta' dispożizzjonijiet ekwivalenti għad-direttiva msemmija fl-Anness 1. Il-Kumitat Konġunt għandu jiġi infurmat bi kwalunkwe minn tali miżuri li jiġu adottati.

    Artikolu 31

    Denunzja

    Kull Parti Kontraenti tista', għan-naħa tagħha, tiddenunzja dan il-Ftehim b'avviż ta' sena b'notifika simultanja tal-Partijiet Kontraenti l-oħrajn permezz tad-Depożitarju tal-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt għandu jiġi informat ukoll bir-raġunijiet għad-denunjza. Iżda l-Ftehim ma jistax jiġi ddenunzjat waqt l-ewwel erba' xhur li jsegwu d-dħul fis-seħħ tiegħu kif previst fl-Artikolu 28.

    Jekk il-Ftehim jiġi ddenunzjat minn Parti Kontraenti waħda jew aktar, u n-numru tal-Partijiet Kontraenti jaqa' taħt in-numru miftiehem għad-dħul fis-seħħ originali kif stabbilit fl-Artikolu 28, il-Ftehim jibqa' fis-seħħ sakemm il-Kumitat Konġunt, li jinkludi l-bqija tal-Partijiet Kontraenti, ma jiddeċidix mod iehor.

    Artikolu 32

    Tmiem

    Parti Kontraenti li tkun issieħbet fl-Unjoni Ewropea għandha tieqaf li tiġi ttratata bħala Parti Kontraenti mid-data ta' tali adeżjoni.

    Artikolu 33

    L-Annessi

    L-Annessi ta' dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti integrali minnu.

    Artikolu 34

    Lingwi

    Dan il-Ftehim, ifformulat fil-lingwa Ingliża, Franċiża u Germaniża, fejn dawn it-testijiet huma awtentiċi, għandu jiġi ddepożitat fl-arkivji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, li għandu jittrasmetti kopja vera attestata lil kull waħda mill-Partijiet Kontraenti.

    Kull Parti Kontraenti għandha tiżgura traduzzjoni tajba ta' dan il-Ftehim fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tagħha. Kopja ta' din it-traduzzjoni għandha tiġi ddepożitata għand is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

    Kopja tat-traduzzjonijiet kollha ta' dan il-Ftehim u l-Annessi tiegħu għandha tintbagħat mid-Depożitarju lill-Partijiet Kontraenti kollha.

    B'XHIEDA TA' DAN il-plenipotenzjarji sottoskritti iffirmaw dan il-Ftehim.

    TAI PATVIRTINDAMI, toliau nurodyti įgalioti atstovai pasirašo šį Susitarimą.

    Open for signature in Brussels between 14 April 2000 and 30 June 2001Ouvert à la signature à Bruxelles entre le 14 avril 2000 et le 30 juin 2001Liegt zwischen dem 14. April 2000 und 30. Juni 2001 in Brüssel zur Unterzeichnung auf

    For the European CommunityPour la Communauté européenneFür die Europäische Gemeinschaft

    +++++ TIFF +++++

    For Bosnia-HerzegovinaPour la Bosnie-HerzégovineFür Bosnien-Herzegowina

    +++++ TIFF +++++

    For the Republic of BulgariaPour la République de BulgarieFür die Republik Bulgarien

    +++++ TIFF +++++

    For the Republic of CroatiaPour la République de CroatieFür die Republik Kroatien

    +++++ TIFF +++++

    For the Czech RepublicPour la République tchèqueFür die Tschechische Republik

    +++++ TIFF +++++

    For the Republic of EstoniaPour la République d'EstonieFür die Republik Estland

    For the Republic of HungaryPour la République de HongrieFür die Republik Ungarn

    +++++ TIFF +++++

    For the Republic of LatviaPour la République de LettonieFür die Republik Lettland

    +++++ TIFF +++++

    For the Republic of LithuaniaPour la République de LituanieFür die Republik Litauen

    +++++ TIFF +++++

    For the Republic of MoldovaPour la République de MoldovaFür die Republik Moldau

    +++++ TIFF +++++

    For the Republic of PolandPour la République de PologneFür die Republik Polen

    +++++ TIFF +++++

    For RomaniaPour la RoumanieFür Rumänien

    +++++ TIFF +++++

    For the Slovak RepublicPour la République slovaqueFür die Slowakische Republik

    +++++ TIFF +++++

    For the Republic of SloveniaPour la République de SlovénieFür die Republik Slowenien

    +++++ TIFF +++++

    For the Republic of TurkeyPour la République de TurquieFür die Republik Türkei

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    --------------------------------------------------

    Top