EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001D0015

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 15/2001 tat-28 ta' Frar 2001 li jemenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) għall-Ftehim tal-ŻEE

ĠU L 117, 26.4.2001, p. 13–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/15(2)/oj

22001D0015



Official Journal L 117 , 26/04/2001 P. 0013 - 0015


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 15/2001

tat-28 ta' Frar 2001

li jemenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) għall-Ftehim tal-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness IX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 5/2001 tal-31 ta' Jannar 2001 [1].

(2) Id-Direttiva nru. 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 dwar l-istabbiliment u l-kontinwazzjoni ta' attività kummerċjali marbuta ma' istituzzjonijiet ta' kreditu [2] Jikkonsolida diversi atti li bħalissa huma nkorporati fl-Anness IX tal-Ftehim.

(3) Id-Direttiva Nru. 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4) Id-Direttiva Nru. 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tħassar diversi atti li bħalissa huma inkorporati fil-Ftehim, inklużi atti b'adattamenti taż-ŻEE.

(5) L-emendi taż-ŻEE lill-Atti mħassrin bid-Direttiva 2000/12/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom ikunu miżmuma,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1. It-test ta' punt 14 (Direttiva tal-Kunsill 73/183/KEE) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"32000 L 0012: Id-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 dwar l-istabbiliment u l-kontinwazzjoni ta' attività kummerċjali marbuta ma' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 126, tas-26.5.2000, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-għanijiet tal-Ftehim preżenti, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a) dan li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 2(3):

- "— fl-Islanda "Byggingarsjóðir ríkisins";

- — fil-Liechtenstein, il-Liechtensteinische Landesbank."

(b) L-Artikolu 5(4) għandu jaqra:

"Parti kontraenti tista' tiddeċiedi li l-istituzzjonijiet tal-kreditu diġà eżistenti fl-1 ta' Jannar 1994, il-fondi propji tagħhom li ma jilħqux il-livelli preskritti għall-kapital inizjali fil-paragrafi nru. 1 u 2, jistgħu jkompli bl-attivitajiet tagħhom. F'dan il-każ, il-fondi tagħhom ma jistgħux jaqgħu taħt l-ogħla livell milħuq b'effett mit-2 ta' Mejju 1992.";

(ċ) Fir-rigward ta' relazzjonijiet ma'istituzzjonijiet ta' kreditu ta' pajjiżi terzi, msemmija fl-Artikolu 23 tad-Direttiva, dan li ġej għandu japplika:

1. Bil-għan li jintlaħaq l-ogħla livell ta' konverġenza bl-applikazzjoni ta' reġim għal istituzzjoni ta' kreditu ta' pajjiż terz, il-partijiet kontraenti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kif msemmi fl-Artikoli 23(2) u 23(6) u l-kosultazzjonijiet għandhom isiru dwar kwistjonijiet msemmija fl-Artikoli 23(3), 23(4) u 23(5), fil-qafas tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE u skond il-proċeduri speċifiċi li għandhom jkunu miftiemha bejn il-partijiet kontraenti.

2. L-awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti ta' parti kontraenti lill-istituzzjoni ta' kreditu li huma sussiddjarji diretti jew indiretti ta' l-impriża l-iżjed importanti regolati mil-liġi ta' pajjiż terz ser ikunu validi skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva fit-territorju kollu tal-partijiet kontraenti. Madankollu,

(a) meta xi pajjiż terz jimponi restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-istabbiliment ta' istituzjonijiet ta' kreditu ta' Stat ta' l-EFTA, jew jimponi restrizzjonijiet fuq dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu li ma jkunx impona fuq istituzzjonijiet ta' kreditu tal-Komunità, l-awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti fi ħdan il-Komunità lill-istituzzjonijiet ta' kreditu li huma sussidjarji diretti jew indiretti ta' impriżi l-iżjed importanti regolati mil-liġi ta' dak il-pajjiż terz ser tkun valida biss fil-Komunità, b'eċċezzjoni ta' meta Stat ta' l-EFTA jiddeċiedi xort'oħra għall-ġurisdizzjoni tiegħu;

(b) meta l-Komunità tiddeċiedi li d-deċiżjonijiet dwar l-awtorizazzjonijiet ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li huma sussidjarji diretti jew indiretti ta' impriżi maġġuri regolati mil-liġijiet ta' pajjiż terz għandhom ikunu limitati jew sospiżi, l-awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-awtorità kompetenti ta' Stat ta' l-EFTA lil dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandu jkollha validità biss fil-ġurisdizzjoni tal-pajjiż, b'eċċezzjoni ta' meta parti kontraenti oħra tiddeċiedi b'mod differenti għall-ġurisdizzjoni tagħha;

(ċ) il-limitazzjonijiet jew is-sospensjonijiet msemmija fis-subinċiżi (a) u (b) ma jistgħux jkunu applikati għall-istituzzjonijiet ta' kreditu jew sussidjarji tagħhom li huma diġà awtorizzati fit-territorju tal-parti kontraenti.

3. Kull meta l-Komunità tinnegozja ma' pajjiż terz fuq il-bażi ta' l-Artikoli 23(4) u 23(5), sabiex tikseb trattament nazzjonali u aċċess effettiv għas-suq għall-istituzzjonijiet ta' kreditu tagħha, għandha tfittex li tikseb trattament ugwali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu ta' l-Istati ta' l-EFTA;

(d) L-Artikoli 24(2) u 24(3) ma japplikawx;

(e) Kull meta parti kontraenti tkun iddeċidiet li tibda n-negozjati kif msemmi fl-Artikolu 25 ta-Direttiva, din għandha tinforma il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE bil-pjanijiet tagħha. Il-partijiet kontraenti għandhom jikkonsultaw fil-qafas tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fuq liema direzzjoni għandhom jieħdu, kull meta din tkun ta' interess reċiproku;

(f) L-Artikolu 61 għandu japplika għan-Norveġja;

(g) L-Artikolu 64(1) għandu jaqra:

"Jekk, fit-28 ta' Ġunju 1994, istituzzjoni ta' kreditu tkun inkorriet skopertura jew skoperturi li jeċċedu jew il-limitu ta' skopertura kbira jew il-limitu ta' skopertura kbira magħquda flimkien stabbilit fl-Artikolu 49, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu lill-istituzzjoni ta' kreditu kkonċernata sabiex tieħu passi sabiex iġġib fil-limitu stabbilit fl-Artikolu 49 dawk l-iskopertura jew skoperturi.";

(h) L-Artikolu 64(3) għandu jaqra:

"Istituzzjoni ta' kreditu ma tistgħax tieħu xi miżura li tikkawża l-iskoperuta msemmija fil-paragrafu nru. 1 biex jaqbeż il-livell tagħhom fit-28 ta' Ġunju 1994.""

2. Fil-punt 16a (Direttiva Nru. 97/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), l-ewwel inċiż ta' l-emenda (b) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:"- istituzzjonijiet ta' kreditu kif spjegat fl-ewwel subinċiż ta'l-Artikolu 1 tad-Direttiva Nru. 2000/12/KE,".

3. It-testi tal-punt 15 (l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 77/780/KEE), punt 16 (it-Tieni Direttiva tal-Kunsill 89/646/KEE), punt 17 (Direttiva tal-Kunsill 89/299/KEE), punt 18 (Direttiva tal-Kunsill 89/647/KEE), punt 19 (Direttiva tal-Kummissjoni 91/31/KEE), punt 20 (Direttiva tal-Kunsill 92/30/KEE) u l-punt 23a (Direttiva tal-Kunsill 92/121/KEE) għandhom jiġu mħassra.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2001, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-sezzjoni taż-ŻEE, u fis-suppliment taż-ŻEE, tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, 28 ta' Frar 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 66, tat-8.3.2001, p. 47.

[2] ĠU L 126, tas-26.5.2000, p. 1.

[3] L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati.

--------------------------------------------------

Top