Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001A0802(01)

    Ir-raba' protokoll jippreżenta l-kondizzjonijiet li jirrelataw mas-sajd li huma provduti fil-Ftehim fuq is-sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, fuq naħa, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Groenlandja, fuq l-oħra

    ĠU L 209, 2.8.2001, p. 2–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2001/1575/oj

    Related Council regulation

    22001A0802(01)



    Official Journal L 209 , 02/08/2001 P. 0002 - 0009


    Ir-raba' protokoll

    jippreżenta l-kondizzjonijiet li jirrelataw mas-sajd li huma provduti fil-Ftehim fuq is-sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, fuq naħa, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Groenlandja, fuq l-oħra

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

    min-naħa, u

    IL-GVERN TAD-DANIMARKA U L-GVERN LOKALI TAL-GROENLANDJA

    min-naħa l-oħra,

    Wara li kkunsidraw il-Ftehim fuq is-sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, fuq naħa, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Groenlandja, fuq l-oħra,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Dan il-Protokoll għandu jgħodd għall-attivitajiet tas-sajd mill-1 ta' Jannar 2001 sal-31 ta' Diċembru 2006.

    2. Il-kwoti msemmija fl-Artikolu 2 tal-Ftehim għandhom ikunu ffissati fuq dawn il-kwantitajiet għal kull sena:

    (tunellati) |

    Speċi | Ħażna tal-Punent (NAFO O/1) | Ħażna tal-Lvant (ICES XIV/V) |

    Merluzz | 2000 | |

    Sebastes | 5500 | 25500 |

    Ħalibut ta' l-Groenlandja | 1500 | 4800 |

    Gambli | - | 5675 |

    Ħalibut | 200 | 200 |

    Gattarell | 300 | 300 |

    Marlozz | - | 15000 |

    Capelin | 25000 | |

    Roundnose grenadier | 1350 | 2000 |

    3. Minkejja l-kwoti msemmija fil-paragrafu 2 il-Komunità tista' tirreferi għall-kwantitajiet ta' referenza misjuba fl-Anness I. Dan m'għandux iżid il-kumpens finanzjarju aktar minn dak imsemmi fl-Artikolu 11. Il-kwoti se jiġu addattati kull sena jew fiż-żminijiet l-oħra meta jkun hemm informazzjoni xjentifika disponibbli.

    4. Il-kwota tal-gambli fil-lvant tal-Groenlandja tista' tapplika għar-reġjuni fil-punent tal-Groenlandja sakemm l-arranġamenti għat-trasferimenti ta' kwoti bejn is-sidien tal-vapuri mill-Groenlandja u l-Komunità jiġu stabbiliti minn kumpannija għal oħra. Il-Gvern Lokali tal-Groenlandja ser jintrabat li jiffaċilita dawn l-arranġamenti. It-trasferimenti ta' kwoti jistgħu jseħħu biss sa massimu ta' 2000 tunnellata fis-sena fir-reġjuni tal-punent tal-Groenlandja. Is-sajd magħmul minn vapuri tal-Komunità għandu jsegwi l-istess kondizzjonijiet li japplikaw għal-liċenzja maħruġa għas-sid tal-vapur tal-Groenlandja.

    5. Il-Groenlandja tintrabat li kull sena tagħti ammont ta' 2000 tunnellata ta' granċ tas-silġ lil inizjattivi konġunti temporanji jew inizjativi temporanji skond id-definizzjoni ta' l-Artikoli 4 u 5.

    Artikolu 2

    Il-kwantitajiet imsemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 7 tal-Ftehim huma kkalkulati fuq dawn il-livelli għal kull sena:

    (tunellati) |

    Speċi (tunellati) | Ħażna tal-Punent (NAFO 0/1) | Ħażna ta' Lvant (ICES XIV/V) |

    Merluzz | 52250 | |

    Sebastes | 2500 | 5000 |

    Ħalibut tal-Groenlandja | 4700 | - |

    Gamblu | 25000 | 1500 |

    Gattarell | 4000 | - |

    Artikolu 3

    Il-Groenlandja għandha tagħti preferenza speċjali lill-kumpaniji minn Stati Membri tal-Komunità li għandhom x'jaqsmu man-negozjati ta' kuntratti dwar dawn il-kwantitajiet ta' merluzz, jew speċi oħra, li hija toffri għall-bejgħ żejjed jew trasferimenti ta' merluzz f'sitwazzjonijiet fejn l-abilità ta' l-impjanti għall-proċessar tal-ħut fil-Groenlandja ma tkunx biżżejjed biex tipproċessa l-kwantitajiet maqbuda mill-flotta tas-sajd tal-Groenlandja. Dawn il-kuntratti jkunu negozjati direttament fuq bażi kummerċjali.

    Artikolu 4

    Għall-għan ta'l-Artikolu 8a tal-Ftehim għandha tapplika din id-definizzjoni:

    "inizzjattiva konġunta temporanja" tfisser kull assoċjazzjoni bbażata fuq ftehim kontrattwali ta' dewmien limitat bejn sidien ta' vapuri tal-Komunità u l-persuni fiżiċi jew legali fil-Groenlandja, bl-għan li jkun hemm sajd konġunt u esplojtazzjoni tal-kwoti tas-sajd minn vapuri li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Komunità Ewropea u li jaqsmu l-profitti u t-telf ta' l-attività ekonomika meħuda flimkien, bl-intenzjoni għall-prijorità tal-proviżjoni tas-suq tal-Komunità;

    "impriżi konġunti" jfissru kull kumpanija regolata mil-liġi tal-Groenlandja li tinkorpora wieħed jew aktar sidien ta' vapuri tal-Komunità u sieħeb wieħed jew aktar fil-Groenlandja, bil-għan li jkun hemm sajd u possibbilment esplojtazzjoni tal-kwoti tas-sajd tal-Groenlandja fl-ibħra li jaqgħu taħt is-sovranità u/jew il-ġurisdizzjoni tal-Groenlandja minn vapuri li jtajru l-bandiera tal-Groenlandja bl-intenzjoni għall-prijorità tal-proviżjoni tas-suq tal-Komunità.

    Artikolu 5

    Il-Partijiet għandhom jagħmlu stima għall-proġetti ta' l-inizzjattivi konġunti temporanji u ta' l-impriżi konġunti. Il-proġetti se jkunu stmati skond il-metodi u l-kriterji misjuba fl-Anness II.

    Artikolu 6

    Sabiex jiġi mħeġġeġ it-twaqqif t'impriżi konġunti, tista' tingħata għajnuna finanzjara skond il-kondizzjonijiet misjuba fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2792/1999 [6].

    Artikolu 7

    Il-Kumitat Konġunt għandu jitwaqqaf sabiex iħares l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 5 u 6 ta' dan il-Protokoll. Ix-xogħol ta' dan il-Kumitat għandu jkun, partikolarment li:

    - jagħmel stima tal-proġetti ppreżentati mill-Partijiet għat-twaqqif t'inizzjattivi konġunti temporanji u impriżi konġunti, skond il-kriterji misjuba fl-Anness II,

    - jirrevedi l-attivitajiet tal-vapuri ta' l-inizzjattivi konġunti temporanji u ta' l-impriżi konġunti fl-ibħra tal-Groenlandja qabel ma jiskadilhom il-kuntratt.

    Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa' fuq talba ta' wieħed mill-Partijiet.

    Artikolu 8

    Il-kondizzjonijiet rigward l-aċċess għar-riżorsi ta' l-inizjattivi konġunti temporanji huma misjuba fl-Anness III.

    Artikolu 9

    Il-Partijiet għandhom jippromovu l-imġieba tas-sajd għall-esperimentazzjoni fuq, fost affarijiet oħra, speċi li jinsabu f'baħar fond, granċ tas-silġ, u klamari fl-ibħra tal-Groenlandja. Għal dan l-għan, għandhom jikkonsultaw kull darba meta xi wieħed mill-Partijiet jitlob dan u jistabbillixu, każ b'każ, speċi relevanti, kondizzjonijiet u parametriċi oħra. Għandhom ukoll jesploraw jekk il-proġetti ta' l-esperimentazzjoni fis-sajd jistgħux jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja.

    Artikolu 10

    Sabiex jiġu affettwati l-obbligazzjonijiet tal-koperazzjoni misjuba fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, il-Partijiet jintrabtu li jwaqqfu kuntatti aktar mill-viċin sabiex jistabbilixxu l-oqsma relevanti għall-koperazzjoni, speċjalment fil-qafas ta' l-organizzazzjonijiet tas-sajd reġjonali u fil-qasam tar-riċerka.

    F'dan il-kuntest, il-Partijiet jagħrfu l-importanza ta' skema effiċjenti ta' kontrol u infurzar fl-organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd li tagħhom iż-żewġ Partijiet huma segwaċi. Huma jaqblu li jikkoperaw bl-għan li jiffaċilitaw implimentazzjoni effettiva ta' dawn l-iskemi fuq livell prattiku fil-kapaċità ta' kull Parti.

    Artikolu 11

    1. Il-kumpens finanzjarju msemmi fl-Artikolu 6 tal-Ftehim għandu, tul iż-żmien ta' validità ta' dan il-Protokoll, ikun stabbilit għal EUR 42820000 pagabbli fil-bidu ta' kull sena tas-sajd.

    2. Il-kumpens għandu jiġi rranġat matul iż-żmien ta' kull sena tas-sajd proporzjonament mal-kwota supplementarja allokata għall-Komunità, li tiġi kkalkulata fuq l-ekwivalenti għall-merluzz, taħt l-Artikolu 8 tal-Ftehim.

    3. Il-Groenlandja għandha tesponi għall-Komunità ammont ta' 20000 tunnellata ta' ekwivalenti għall-merluzz, li l-Komunità tista' tuża bl-għan li takkwista possibbiltajiet ta' qabdiet supplimentarji. Il-kumpens irranġat imsemmi fil-paragrafu 2 jista' jikkonsisti sa 50 % ta' dawn l-ekwivalenti għall-merluzz.

    4. Il-proċedura li għandha tiġi segwita rigward l-allokazzjoni tal-possibbiltajiet għall-qabdiet supplimentarji taħt l-Artikolu 8 tal-Ftehim jinsab fl-Anness IV.

    Artikolu 12

    In-nuqqas ta' l-implimentazzjoni tar-rabtiet imsemmija f'dan il-Protokoll tista', mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 7 u 10 tal-Ftehim, twassal għal tnaqqis korrispondenti fir-rabtiet imsemmija fl-Artikoli 1 u 11 ta' dan il-Protokoll.

    Artikolu 13

    Dan il-Protokoll għandu jibda jseħħ mid-data ta' meta jiġi ffirmat. Għandu jgħodd mill-1 ta' Jannar 2001. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tmiem tal-proċeduri neċċesarji għal dan l-għan.

    Artikolu 14

    1. Sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2003 il-Partijiet għandhom jiltaqgħu sabiex jagħmlu stima ta' l-effettività tal-Protokoll.

    2. Għandhom jirrevedu u jagħmlu stima ta' kemm hu adekwat dan il-Protokoll u jekk hu neċessarju jipproponu l-emendi. F'dan il-kuntest, għandhom jagħmlu stima tar-relazzjoni globali bejn il-Partijiet u jagħmlu stima biex jaraw jekk hemmx bżonn ta' żvilupp u implimentazzjoni ta' strumenti addizzjonali sabiex jindirizzaw aħjar il-bżonnijiet tal-Groenlandja.

    3. Wara li jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll, il-Partijiet jintrabtu li jippreparaw il-laqgħa ta' reviżjoni msemmija fil-paragrafu 1. Għal dan l-għan, għandhom iwaqqfu kuntatti xierqa u tpartit ta' materjal li huma jagħrfu li jkun xieraq.

    Mhux aktar tard minn erba' xhur qabel il-laqgħa msemmija fil-paragrafu 1, il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin fuq il-materja tas-suġġetti li huma jaħsbu li se jiddiskutu u, kif inhu xieraq, il-proposti possibbli għall-emendi.

    4. Xahrejn wara n-notifika, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw bl-għan li jippreparaw il-laqgħa ta' reviżjoni u li jeżaminaw kull proposta possibbli għall-emendi.

    5. Wara t-tmiem il-laqgħa ta' reviżjoni l-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar il-qbil mill-awtoritajiet rispettivi tagħhom ta' kull proposta għall-emendi.

    Artikolu 15

    Dan il-Protokoll għandu jkun dubblikat f'dawn il-lingwi: Daniż, Olandiż, Ingliż, Islandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Taljan, Portugiż, Spanjol u Svediż, kull test għandu jkun awtentiku.

    L-awtoritajiet tal-Groenlandja għandhom jipprovdu traduzzjoni tal-Protokoll fil-lingwa ta' Il-Groenlandja.

    Hecho en Bruselas, el veinticinco de julio de dos mil uno.Udfærdiget i Bruxelles den femogtyvende juli to tusind og en.Geschehen zu Brüssel am fünfundzwanzigsten Juli zweitausendundeins.Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι πέντε Ιουλίου δύο χιλιάδες ένα.Done at Brussels on the twenty-fifth day of July in the year two thousand and one.Fait à Bruxelles, le vingt-cinq juillet deux mille un.Fatto a Bruxelles, addì venticinque luglio duemilauno.Gedaan te Brussel, de vijfentwintigste juli tweeduizendeneen.Feito em Bruxelas, em vinte e cinco de Julho de dois mil e um.Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäviidentenä päivänä heinäkuuta vuonna kaksituhattayksi.Som skedde i Bryssel den tjugofemte juli tjugohundraett.

    Por la Comunidad EuropeaFor Det Europæiske FællesskabFür die Europäische GemeinschaftΓια την Ευρωπαϊκή ΚοινότηταFor the European CommunityPour la Communauté européennePer la Comunità europeaVoor de Europese GemeenschapPela Comunidade EuropeiaEuroopan yhteisön puolestaPå Europeiska gemenskapens vägnar

    +++++ TIFF +++++

    Por el Gobierno de DinamarcaFor den danske regeringFür die Regierung DänemarksΓια την Κυβέρνηση της ΔανίαςFor the Government of DenmarkPour le gouvernement du DanemarkPer il governo della DanimarcaVoor de regering van DenemarkenPelo Governo da DinamarcaTanskan hallituksen puolestaPå Danmarks regerings vägnar

    +++++ TIFF +++++

    Por el Gobierno local de GroenlandiaFor det grønlandske landsstyreFür die örtliche Regierung GrönlandsΓια την Τοπική Κυβέρνηση της ΓροιλανδίαςFor the Home Rule Government of GreenlandPour le gouvernement local du GroenlandPer il governo locale della GroenlandiaVoor de plaatselijke regering van GroenlandPelo Governo local da GronelândiaGrönlannin maakuntahallituksen puolestaPå Grönlands lokala regerings vägnar

    +++++ TIFF +++++

    [6] ĠU L 337, tat-30.12.1999, p. 10.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    KWANTITAJIET TA' REFERENZA

    (f'tunellati) |

    Speċi | Ħażna tal-Punent (NAFO 0/1) | Ħażna ta' Lvant (ICES XIV/V) |

    Merluzz | 31000 | - |

    Sebastes | 5500 | 47320 |

    Ħalibut tal-Groenlandja | 1500 | 4800 |

    Gambli | - | 5675 |

    Ħalibut | 200 | 200 |

    Gattarell | 1000 | 1000 |

    Marlozz | - | 15000 |

    Mallotus Villosus | 25000 | |

    Roundnose grenadier | 3350 | 4650 |

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    METODI U KRITERJI GĦALL-PROĠETAZZJONI TA' STIMA

    1. Il-Partijiet għandhom ipartu l-informazzjoni fuq il-proġetti ppreżentati għall-formazzjoni ta' inizzjattivi konġunti temporanji u impriżi konġunti skond l-Artikolu 4 ta' dan il-Protokoll.

    2. Il-proġetti għandhom ikunu ppreżentati lill-Komunità mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru jew mill-Istati Membri kkonċernati.

    3. Il-Komunità għandha tgħaddi lill-Kumitat Konġunt lista ta' proġetti li jikkonċernaw inizzjattivi konġunti temporanji u impriżi konġunti. Il-Kumitat Konġunt għandu jagħmel stima għall-proġetti skond, fost affarijiet oħra, dawn il-kriterji:

    (a) teknoloġija xierqa għall-operat propost tas-sajd;

    (b) speċi mmirati u żoni għas-sajd;

    (ċ) età tal-vapur;

    (d) f'każ t'inizzjattivi konġunti temporanji, id-dewmien totali u dak ta' l-operat tas-sajd;

    (e) esperjenza preċedenti tas-sid tal-vapur tal-Komunità u kull sieħeb mill-Groenlandja fis-settur tas-sajd.

    4. Il-Kumitat Konġunt għandu joħroġ stqarrija fuq il-proġetti wara li ssir l-istima msemmija f'punt 3.

    5. F'każ t'inizzjattivi konġunti temporanji, ġaladarba l-proġetti jkunu rċevew opinjoni favorevoli mingħand il-Kumitat Konġunt, l-awtorità tal-Groenlandja għandha toħroġ l-awtorizzazzjoni neċessarja u l-liċenzji għas-sajd.

    --------------------------------------------------

    ANNESS III

    KONDIZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW L-AĊĊESS GĦAR-RIŻORSI T'INIZJATTIVI KONĠUNTI TEMPORANJI FIL-GROENLANDJA

    1. Liċenzji

    Il-liċenzji għas-sajd maħruġa mill-Groenlandja għandhom ikunu validi daqs id-dewmien t'inizzjattivi konġunti temporanji. Is-sajd għandu jseħħ fuq kwoti allokati mill-Awtorità tal-Groenlandja.

    2. Tibdil ta' vapuri

    Il-vapur tal-Komunità li jaħdem m'inizzjattiva konġunta temporanja jista’ jiġi mibdul minn vapur tal-Komunità ieħor b'abbiltà ekwivalenti u bi speċifikazzjonijiet tekniċi sempliċiment jekk ikun hemm raġunijiet ġustifikati u bi qbil mal-partijiet.

    3. Tiswija

    Vapuri li jaħdmu m'inizzjattivi konġunti temporanji għandhom iħarsu r-regoli u r-regolamenti tal-Groenlandja rigward it-tiswija, l-istess regolament għandu jiġi applikat mingħajr diskriminazzjoni bejn il-Groenlandja u l-vapuri tal-Komunità.

    4. Dikjarazzjoni tal-Qabda

    (a) Il-vapuri kollha tal-Komunità għandhom jgħaddu lill-awtorità tal-Groenlandja dikjarazzjoni tal-qabda skond r-regolamenti tas-sajd tal-Groenlandja.

    (b) Kopja tad-dikjarazzjoni tal-qabda għandha tagħddi lill-Kummissjoni Ewropea.

    (ċ) F'każ li dawn id-disposizzjonijiet ma’ jiġux imħarsa, l-awtorità tal-Groenlandja tista' tissospendi l-liċenzja tas-sajd tal-vapur involut sakemm il-formalitajiet imsemmija jiġu segwiti.

    5. Osservaturi xjentifiċi

    Fuq talba ta' l-awtorita tal-Groenlandja, vapuri tal-Komunità tas-sajd li jsegwu dan il-Protokoll għandhom jippermettu osservatur xjentifiku nominat mill-istess awtorità biex jitla' abbord sabiex iwettaq ix-xogħol tiegħu. L-osservatur għandu jiġi pprovdut bil-faċilitajiet neċessarji kollha sabiex jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu.

    Il-kondizzjonijiet tal-viżta tiegħu abbord għandhom ikunu l-istess bħal ta' l-uffiċjali l-oħra tal-vapur. Il-ħlas ta' l-osservaturi u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għandhom jiġu mħallsa mill-awtoritajiet tal-Groenlandja. L-ispiża tal-viżta tagħhom abbord għandha tiġi koperta mis-sid tal-vapur.

    --------------------------------------------------

    ANNESS IV

    POSSIBBILTAJIET TAL-QABDA SUPPLEMENTARJA

    1. L-awtoritajiet responsabbli għall-Groenlandja jintrabtu li joffru lill-Komunità sal-15 ta' Novembru ta' kull sena l-possibiltajiet tal-qabda supplementarja msemmija fl-Artikolu 8 tal-Ftehim, f'liema żmien dawn ikunu mistennija li jkunu disponibbli għas-sena tas-sajd ta' wara.

    Il-Komunità għanda tinforma lill-awtoritajiet responsabbli għall-Groenlandja mir-reazzjoni tagħha għal din l-offerta mhux aktar tard minn sitt ġimgħat minn meta tirċievi din l-offerta. Jekk il-Komunità jew ma taċċettax din l-offerta jew ma tirreaġixxix f'sitt ġimgħat, l-awtoritajiet responsabbli mill-Groenlandja jkunu liberi li joffru l-possibiltajiet ta' qabda supplementarja lill-partijiet oħra.

    2. Jekk matul iż-żmien tas-sena tas-sajd jiġu identifikati aktar possibbiltajiet ta' qabda supplementarja skond l-Artikolu 8 tal-Ftehim, li jkunu aktar mill-possibiltajiet tal-qabda misjuba fl-offerta msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet responsabbli mill-Groenlandja għandhom joffru dawn il-possibbiltajiet żejda lill-Komunità.

    Il-Komunità għandha tinforma lill-awtoritajiet responsabbli mill-Groenlandja mir-reazzjoni tagħha għal din l-offerta mhux aktar tard minn sitt ġimgħat minn meta tirċievi din l-offerta. Jekk il-Komunità jew ma taċċettax din l-offerta jew ma tirreaġixxix f'sitt ġimgħat, l-awtoritajiet responsabbli mill-Groenlandja jkunu liberi li joffru l-possibbiltajiet ta' qabda supplementarja lill-partijiet oħra.

    --------------------------------------------------

    Top