Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21999D1028(09)

    Deċiżjoni tal-Kumitat konġunt taż-ŻEE Nru 114/98 tas-27 ta' Novembru 1998 li temenda l-Protokoll 4 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar regoli ta' oriġini

    ĠU L 277, 28.10.1999, p. 51–51 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/114(2)/oj

    21999D1028(09)



    Official Journal L 277 , 28/10/1999 P. 0051 - 0051


    Deċiżjoni tal-Kumitat konġunt taż-ŻEE

    Nru 114/98

    tas-27 ta' Novembru 1998

    li temenda l-Protokoll 4 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar regoli ta' oriġini

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi l-Protokoll 4 għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 71/96 tat-22 ta' Novembru 1996 [1];

    Billi l-Protokoll 4, kif emendat sabiex jestendi s-sistema ta' kumulazzjoni ta' oriġini għall-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, għandu dispożizzjonijiet li ma jippermettux rifużjoni ta' jew eżenzjoni minn, dazji doganali li jippermettu għal differenzi fl-interpretazzjoni;

    Billi l-Protokoll 4 għandu għalhekk jiġi emendat għat-tħaddim tajjeb tal-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 14(1) tal-Protokoll 4 għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

    "1. Materjali li ma joriġinawx mill-post użati fil-manifattura ta' prodotti li joriġinaw fiż-ŻEE fit-tifsira ta' dan il-Protokoll jew f'wieħed mill-pajjiżi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3 li għalihom tinħareġ jew issir prova ta' l-oriġini bi qbil mad-dispożizzjonijiet tat-Titolu V ma għandhomx ikunu soġġetti fi kwalunkwe Parti Kontraenti għal rifużjoni ta', jew eżenzjoni minn, dazji doganali ta' kwalunkwe tip."

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' Novembru 1998, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Novembru 1998.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    N. v. Liechtenstein

    [1] ĠU L 21, tat-23.1.1997, p. 12.

    --------------------------------------------------

    Top