EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21999A0312(01)

Ftehim kwadru ta' koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Republiki tal-Kosta Rika, El Salvador il-Gwatemala, il-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama

ĠU L 63, 12.3.1999, p. 39–53 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2014; Mibdul minn 22014A0415(01)

Related Council decision

21999A0312(01)



Official Journal L 063 , 12/03/1999 P. 0039 - 0053


Ftehim kwadru ta' koperazzjoni

bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Republiki tal-Kosta Rika, El Salvador il-Gwatemala, il-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

minn naħa l-waħda,

IL-GVERNIJIET TAL-KOSTA RIKA, EL SALVADORM IL-GWATEMALA, IL-ĦONDURAS, IN-NIKARAGWA U L-PANAMA,

minn naħa l-oħra,

JIKKONSIDRAW ir-rabtiet tradizzjonali ta' ħbiberija bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ekonomika Ewropea (minn hawn il-quddiem referuta bħala "il-Komunità") u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, in-Nokaragwa u l-Panama (minn hawn il-quddiem referuti bħala l-"Amerika Ċentrali"), li matul id-disa' snin imgħoddija ibbenefikaw mill-istituzzjoni ta' djalogu politiku produttiv u ta' koperazzjoni ekonomika li huma importanti li jkunu ikkonsolidati,

JIFTAKRU fil-kontribuzzjoni sinifikanti magħmulha mill-Amerika Ċentrali bl-implementazzjoni tal-Ftehim ta' koperazzjoni iffermat fil-Lussemburgu fit-12 ta' Novembru 1985 u tal-communiqués finali maħruġa fil-laqgħat ministerjali bejn il-Komunità u l-Amerika Ċentrali,

JAFFERMAW MILL-ĠDID l-impenji tagħhom mal-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, il-preċettu tal-liġini internazzjonali, il-valuri demokratiċi u r-rispett għad-drittijiet umani, u jisħqu dwar l-importanza tar-Riżoluzzjoni adottata mill-Kunsill u mill-Istati Membri tal-Komunità fit-28 ta' Novembru 1991 dwar id-drittijiet umani, id-demokrazija u l-iżvilupp,

JAĊĊENNAW il-progress magħmul fir-rigward tal-paċi u d-demokrazija fil-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali permezz tal-proċess ta' djalogu u r-rikonċiljazzjoni nazzjonali imħeġġa fir-reġjun, u jemfasizzaw ukoll l-isporzi sinifikanti magħmula fir-rigward tad-drittijiet umani,

JIRRIKKONOXXU li l-iżvilupp huwa kondizzjoni fundamentali għall-konsolidazzjoni tal-paċi u d-demokrazija, u ħtieġa bażika għat-tħeġġiġ tad-drittijiet ekonomiċi u soċjali tal-popli ta' l-Amerika Ċentrali,

JIRRIKONOXXU l-importanza mogħtija mill-Komunità għall-iżvilupp tal-koperazzjoni fil-kummerċ u fl-ekonomija mal-pajjiżi li għadhom jiżviluppaw, u konxji bil-linji ta' gwida u reżoluzjonijiet tagħha li jikkonċernaw il-koperazzjoni mal-pajjiżi Ażjatiċi u ta' l-Amerika Latina li għadhom jiżviluppaw,

KONXJI li l-effetti pożittivi fuq il-proċess tal-modernizzazzjoni, ir-riforma ekonomika u l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ introdotti mill-gvernijiet ta' l-Amerika Ċentrali, u tal-ħtieġa li dawn ir-riformi jkunu akkumpanjati b'dawn ir-riformi mat-tħeġġiġ tad-drittijiet soċjali fis-setturi tal-popolazzjoni l-aktar żvantaġġati, u konvinti li l-koperazzjoni tal-Komunità għandha parti sinifikanti x'tilgħab fl-eradikazzjoni tal-problemi ta' faqar estrem li jaffettwaw ir-reġjun,

IMNEBBĦA bl-importanza li l-għajnuna għall-Amerika Ċentrali issir aktar integrata bis-sħiħ fl-ekonomija dinjija,

KONVINTI bl-importanza tal-kummerċ internazzjonali ħieles, il-prinċipji tas-sistema ta' kummerċ multilaterali, investiment akbar u r-rispett għad-drittijiet tal-propjetà intellettwali,

JENFASIŻŻAW l-importanza partikolari li l-partijiet jorbtu mal-protezzjoni akbar għall-ambjent u ta' l-għan ta' żvilupp sostenibbli,

BIL-FEHMA tal-ħtieġa urġenti għat-tisħieħ tal-koperazzjoni internazzjonali fil-ħlieda tal-konfront mal-problemi ikkaġuni bi, u relatati ma, id-drogi,

KONXJI bil-ħtieġa li jaffermaw mill-ġdid fl-importanza tar-rwol tan-nisa bħala element kruċjali fil-proċessa ta' l-iżvilupp,

JAĊĊENNAW il-progress magħmul mill-Sistema de la Integración Centroamericana (SICA - Sistema ta' l-Integrazzjoni ta' l-Amerika Ċentrali) minħabba t-tibdiliet fil-Karta ta' l-Organización de Estados Centroamericanos (ODECA - Organizzazzjoni ta' l-Istati ta' l-Amerika Ċentrali) introdotta bil-Protokol Tegucigalpa, u jirrokonoxxu li l-Amerika Ċentrali hija reġjun iffurmat minn pajjiżi li għadom jiżviluppaw,

KONVINTI bil-ħtieġa li jistitwixxu fażi ġdida ta' koperazzjoni bejn iż-żewġ reġjuni, b'konformità mal-konklużjonijiet tal-Konferenza Ministerjali San José VIII, u jirrikonoxxu li l-għan fundamentali tal-Ftehim huwa li jikkonsolida, iqawwi u jiddiversifika r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ partijiet,

IDDEĊIDEW li jikkonkludi dan il-Ftehim u għal dan il-għan innominaw bħala l-plenipotenzarji tagħhom:

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEW:

Niels Helveg PETERSEN,

Ministru ta' l-Affarijiet Barranin tad-Danimarka;

President fl-Uffiċċju tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej;

Manuel MARIN,

Membru tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej;

GĦALL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-KOSTA RIKA:

Bernd H. NIEHAUS QUESADA,

Segretarju ta' l-Affarijiet Barranin;

GĦALL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA' EL SALVADOR:

Dr José M. PACAS CASTRO,

Segretarju ta' l-Affarijiet Barranin;

GĦALL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-GWATEMALA:

Gonzalo MENENDEZ PARK,

Segretarju ta' l-Affarijiet Barranin;

GĦALL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-ĦONDURAS:

Mario CARIAS ZAPATA,

Segretarju ta' l-Affarijiet Barranin;

GĦALL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAN-NIKARAGWA:

Ernesto LEAL,

Segretarju ta' l-Affarijiet Barranin;

GĦALL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-PANAMA:

Julio LINARES,

Segretarju ta' l-Affarijiet Barranin;

LI, wara li għamlu skambju bejnitehom tal-poteri sħaħ tagħhom, li nstabu f'forma tajba u mistħoqqa,

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Bażi demokratika għall-koperazzjoni

Ir-rabtiet tal-koperazzjoni bejn il-Komunità u l-Amerika Ċentrali u dan il-Ftehim fl-intier tiegħu huma bbażati fuq ir-rispett lejn il-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet umani, li jaspiraw politika domestika u esterna kemm tal-Komunità u ta' l-Amerika Ċentrali u li jikkostitwixxu element essenzali ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 2

Tisħieħ tal-koperazzjoni

Il-Partijiet Kontraenti jintrabtu li jsaħħu u jiddiversifikaw il-koperazzjoni tagħhom fl-oqsma kollha ta' interess komuni, partikolarment fis-setturi ekonomiċi, finanzjarji, kummerċjali, soċjali, xtentifiċi u teknoloġiċi, billi jiftakru il-grad aktar baxx tal-iżvilupp tal-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali. Huma jintrabtu wkoll li jħeġġu l-intensifikazzjoni u l-konsolidazzjoni tas-Sistema ta' l-Integrazzjoni ta' l-Amerika Ċentrali,

In vista tal-istatus speċjali tal-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali bħala pajjiżi li għadhom jiżviluppaw, il-Komunit'għandha timplementa din il-koperazzjoni fil-manjiera l-aktar favorevoli għal dawk il-pajjiżi.

Artikolu 3

koperazzjoni ekonomika

1. Il-Partijiet Kontraenti, waqt li jqisu l-interessi reċiproki tagħhom, u l-għanijiet ekonomiċi f'terminu medju u fit-tul, jintrabru li jistabbilixxu koperazzjoni ekonomika fl-iskop l-aktar wiesa posibli, li minnu l-ebda qasam ta' attività bħala prinċipju ma jkun eskluż. Il-għanijiet ta' tali koperazzjoni għandu partikolarment ikun li:

(a) it-tisħieħ u d-diversifikazzjoni ġenerali tar-rabtiet ekonomiċi tagħhom;

(b) il-kontribuzzjoni ta' l-iżvilupp sostenibli ta' l-ekeonomiji tagħhom u t-tluħ tan-normi ta' l-għixien rispettivi tagħhom, b'attanzjoni xierqa għall-protezzjoni ta' l-ambjent;

(ċ) l-inkorraġġiment ta' l-espanzjoni tal-kummerċ bil-għan tat-tħeġġiġ tad-diversifikazzjoni, il-ftuħ ta' swieq ġodda u l-aċċess imtejjeb għalihom;

(d) l-inkorraġġiment għat-tnixxija ta' investimenti u t-tisħieħ mill-ġdid tal-protezzjoni ta' l-investiment;

(e) l-inkorraġġiment tat-trasferiment tat-teknoloġija u l-ko-operazzjoni fost id-ditti, partikolarment negozji żgħar, il-konsodazzjoni tal-bażi xjentifika u l-istimulu tas-sngħajja innovatorji taż-żewġ partijiet;

(f) l-istabbeliment tal-kondizzjonijiet konduttivi għal ħolqien tax-xogħol u t-titjib tal-produttività;

(b) l-inkorraġġiment ta' miżuri li jħeġġu l-iżvilupp rurali u t-titjib fil-kondizzjoniiet tal-għixien fl-ibliet;

(h) sostenn għall-isforzi tal-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali sabiex jistabbilixxu sensiela ta' strateġiji iddisinjati għall-modernizzazzjoni u l-iżvilupp tas-setturi agrikoli u industrijali;

(i) sostenn għall-proċess ta' l-integrazzjoni ta' l-Amerika Ċentrali;

(j) skambju ta' informazzjoni dwar l-istatistika u l-metodoloġija.

2. Mingħajr ma jkun eskluż l-ebda qasam ta' attività mill-bidu nett, il-Partijiet Kontraenti għandhom, fl-interess reċiproku tagħhom u fir-rigward tal-kompetenzi u l-kapaċitajiet rispettivi tagħhom, jiddeterminaw bi ftehim komuni l-isferi li għandhom ikunu koperti bil-koperazzjoni ekenomika. Il-koperazzjoni għandha tiffoka partikolarment fuq dawn li ġejjin:

(a) il-modernizzazzjoni tas-setturi produttivi (l-industria, l-agru-industria, l-agrikoltura, it-trobbija tal-qobla, is-sajd, l-irziezet tal-hut, il-minjieri, il-foresterija);

(b) l-ippjanar ta' l-enerġija u l-użu effiċċjenti ta' l-enerġija;

(ċ) l-immaniġġjar u l-protezzjoni tar-riżorsi naturali u ta' l-ambjent;

(d) it-trasferiment tat-teknoloġija;

(e) ix-xjenza u t-teknoloġija;

(f) il-propjetà intellettwali, inkluża l-propjetà industrijali;

(g) il-kriterja tan-normu u l-kwalità;

(h) is-servizzi, inklużi is-servizzi finanzjarji, it-turiżmu, t-trasport, it-telekommunikazzjonijiet, it-telematika u t-teknoloġija informatika;

(i) l-iskambji ta' l-informazzjoni dwar materji monitarji u l-armonizzazzjoni tal-istrateġiji makro-ekenomiċi bil0-għan tat-tisħieħ ta' l-integrazzjoni reġġjonali;

(j) regolament takniċi dwar is-saħħa, is-saħħa tal-pjanti u s-saħħa ta' l-annimali;

(k) konsolidazzjoni tal-koperazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji ekonomiċi reġjonali;

(l) żvilupp reġjonali u integrazzjoni tal-fruntieri.

3. Fl-interesi ta' l-akkwista ta' l-għanijiet tal-koperazzjoni ekonomika, il-Partijiet Kontraenti għandhom, kull waħda skond il-liġijiet tagħha, tagħmel sforz għall-avvanz ta' l-attivitajiet, inklużi dawn li ġejjin:

(a) il-provvediment ta' għajnuna teknika, notevolment bis-sekondament ta' kunsulenti u t-twettieq ta' studji speċifiċi fl-oqsma magħżula tal-koperazzjoni;

(b) il-ħolqien ta' impriżi konġunti, ftehim tal-liċenzar, trasferiment tat-tgħarif teknoloġiku, is-sotto-kuntrattarm u attivitajiet tali oħrajn;

(ċ) iż-żieda fil-kuntatti bejn in-negozjanti taż-żewġ partijiet permezz ta' konferenzi, seminars, missjonijiet tal-kummerċ u l-industria, iddisinjati ħalli jqawwu t-tnixxijiet tal-kummerċ u l-investiment, laqgħat tal-kummerċ u fieri ġenerali u speċjalizzati tal-kummerċ;

(d) il-parteċipazzjoni konġunta tad-ditti tal-Komunità f'fieri u esebizzjonijiet miżmuma fil-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali, vice versa;

(e) proġetti ta' riċerka teknika u xjentifika u skambju ta' esperti;

(f) skambji ta' informazzjoni li tikkonċerna l-oqsma ta' koprerazzjoni li huma koperti b'dan il-Ftehim, notevolment f'dak li jirriġwardja l-aċċess għal databases eżistenti u futuri;

(g) l-istabbilizzazzjoni ta' oqfsa tan-negozju, partikolarment fis-settur industrijali.

Artikolu 4

Trattament tal-pajjiż l-aktar favorit

Il-Partijiet Kontraenti għandhom fil-kummerċ jagħtu lil xulxin it-trattament tan-nazzjon-l-aktar-favorit, b'konformità mal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT).

Artikolu 5

L-iżvilupp tal-koperazzjoni fil-kummerċ

1. Il-Partijiet Kontraenti jintrabtu li jiżviluppaw u jwessgħu il-kummerċ sa l-għola grad possibbli, billi tkun meqjusa s-sitwazzjoni ekonomika ra' kull waħda mill-Partijiet u li jiffaċċilitaw it-tranżazzjonijiet kummerċjali bejniethom sa kemm dan ikunu possibbli.

2. Għal dak il-għan, il-Partijiet għandhom jagħmlu sforz sabiex isibu metodi għat-tnaqqis u l-leliminazzjoni ta' ostakoli li jfixklu l-iżvilupp tal-kum,merċ, notevolment barrieri mhux tat-tariffi, billi jkun meqjus ix-xogħol li diġa huwa mwettaq f'dan il-qasam minn organizzazzjonijiet internazzjonali.

3. Il-Partijiet Kontraenti għandhom, meta xieraq, jistudjaw il-posibbilità li jistabbilixxu proċeduri għal konsultazzjonijiet reċiproki.

Artikolu 6

Meżżi għall-akwista ta' koperazzjoni fil-kummerċ

Fl-interess li tkun milħqha aktar koperazzjoni attiva fil-kummerċ, il-Partijiet Kontraenti għandhom iwettqu miżuri immirati għal:

- it-tħeġġiġ ta' laqgħat, skambji u kuntati bejn il-kummerċjanti minn kull waħda mill-Partijiet, bil-għan ta' l-identifikazzjoni ta' oġġetti addattati għall-bejgħ fis-suq tal-Parti l-oħra,

- l-iffaċilitar tal-koperazzjoni bejn is-servizzi doganali tagħhom, partikolarment f'dak li jirrigwardja t-taħriġ vokazzjonali, is-simplifikazzjoni tal-proċeduri u s-sejbien ta' offiżi doganali,

- l-inkorraġġiment u s-sostenn ta' l-attivitajiet għat-tħeġġiġ ta' l-attivitajiet kummerċjali bħal ma huma seminars, symposia, fieri u esibizzjonijiet tal-kummerċ u industrijali, laqgġat tan-negozju u żjajjar oħrajn, studju tas-suq u attivitajiet oħrajn,

- il-provvediment ta' sostenn għall-organizzazzjonijiet u d-ditti tagħhom, sabiex jinkoraġixxu li dawn ikunu nvoluti f'attivitajiet li huma ta' benefiċju għaż-żewġ naħat,

- li jkun hemm spazju għall-interessi ta' kull Parti f'dak li jirrigwardja l-aċċess għas-suq għal merkanzija utili, prodotti parzjalment maħduma u manifatturati u f'dak li jirrigwardja l-istabbilizzazzjoni tas-swieq dinjija fil-merkanzija utili, b'konformità ma l-għanijiet mifthiema ma l-organizzazzjonijiet internazzjonali applikabli,

- l-eleiminazzjoni ta' metodi u meżżi għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ u l-eliminazzjoni ta' barrieri għall-kummerċ, billi jkuq meqjus ix-xogħol ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 7

koperazzjoni industrijali

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom iħeġġu l-espanzjoni u d-diversifikazzjoni tal-bażi tal-produzzjoni tal-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali fis-setturi Industrijali u tas-servizzi, partikolarment jinkorraġixxu attivitajiet ta' koperazzjoni li jinvolvu l-impriżi żgħar u ta' daqs medju taż-żewġ naħat li huma iddisinjati sabiex jiffaċilitaw l-aċċess li tali impriżi jkollhom għal sorsi tal-kapital, swieq u t-teknoloġija meħtieġa, u wkoll sabiex iħeġġu t-twaqqif ta' l-impriżi konġunti.

2. Għal dan il-għan, fil-limiti tar-responsabbiltajiet tagħhom, il-Partijiet għandhom jinkorraġġixxu proġetti u operazzjonijiet għat-tħeġġiġ ta':

- il-konsolidazzjoni u l-estenzjoni ta' l-oqsfa stabiliti għall-iskopijiet ta' koperazzjoni;

- l-użu wiesa ta' l-istrumenti promozjonali tal-Komunità bħal ma huma il-

(ECIP) (Sieħba ta' l-Investiment fil-Komunità Ewropea), inter alia, permezz ta' akbar użu ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji ta' l-Amerika Ċentrali;

- il-koperazzjoni bejn ditti, bħala ma huma l-impriżi konġunti, is-sotto-kuntrattar, trasferiment ta' teknoloġija, il-liċenzar, ir-riċera applikata u frankiġġjar.

Artikolu 8

Investiment

1. Il-Partijiet Kontraenti jaqblu:

- li jħeġġu, sal-limiti tal-poteri, ir-regoli u r-regolamenti u l-istrateġiji tagħhom ikunu jippermettu, żieda fl-investiment reċiproku benefiċjali,

- li jgħamlu sforz ħalli jtejbu il-klima għal tali investiment billi jinkorraġixxu ftehim dwar it-tħeġġiġ u l-protezzjoni ta' l-investimenti bejn l-Istati Membri tal-Komunità u l-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali.

2. B'segwiment ta' dawn l-obbjettivi, il-Partijiet Kontaenti jaqblu li jieħy miżuri sabiex jgħinu fil-promozzjoni u jattiraw investiment, bil-għan li jidentifikaw opportunitajiet ġodda għal tali investiment u jinkorraġġixxu l-implementazzjoni tagħhom.

Dawn il-miżuri għandhom jinkludu:

(a) seminars, esipizzjonijiet u missjoniet tan-negozju;

(b) it-taħriġ ta' negozjanti bil-għan li jistabbilixxu proġetti ta' l-investiment;

(ċ) għajnuna teknika għal investiment konġunt;

(d) miżuri permezz tal-programm

"European Community Investment Partners"

(ECIP) (Sieħba tal-Komunità Ewropea għall-Investiment).

3. koperazzjoni f'dan il-qasam tista tinvolvi korpi pubbliċi, privati, nazzjonali jew multilaterali, inklużi istituzzjonijiet finanzjarji reġjonali, kemm mill-Amerika Ċentrali u wkoll mill-Komunità.

Artikolu 9

koperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħmlu sforz għat-trawwim, skond il-ħtiġiet tagħhom u fil-qafas tal-programmi u l-leġislazzjoni rispettivi tagħhom, koperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji, fil-għamla ta':

- skambju ta' l-informazzjoni u l-esperjenza fl-oqsma ta; interes reċiproku (inter alia, permezz ta' seminars, konferenzi u laqgħat b'ħidma),

- skambju ta' konsulenti,

- għajnuna teknika,

- skambju ta' l-informazzjoni fl-oqsma tal-istatistika u l-metodoloġija.

Artikolu 10

koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija

1. B'konformità ma l-interesi reċiproki tagħhom u ma l-għanijiet tal-istrateġiji tagħhom dwar ix-xjenza, il-Partijiet Kontraenti jintrabtu li jqawwu il-koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija immirati partikolarment lejn:

- l-inkorriġġiment ta' skambji ta' xjenzati mill-Komunità u mill-Amerika Ċentrali,

- l-istabbeliment ta' rabtiet aktar mill-qrib bejn il-komunitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi tagħhom, b'referenza partikolari għaċ-ċentri tar-riċerka eżistenti taż-żewġ naħat,

- l-inkorraġġiment tat-trasferiment ta' teknoloġija li tkun reċiprokament ta' benefiċju,

- l-implementazzjoni ta' miżuri bil-għan li jilħqu il-miri tal-programmi tar-riċerka li huma ta' interess għaż-żewġ reġjuni,

- il-bini tal-kapaċità tar-riċerka tal-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali, billi jħeġġu proġetti li jinvolvu ċentri ta' riċerka xjentifika u teknika u billi jistimulaw ir-riċerka teknika u applikata,

- il-ħolqien ta' opportunitajiet għal koperazzjoni ekenomika, industrijali u fil-kummerċ.

2. Mingħajr ma jeskludu xi settur mill-bidu nett, il-Partijiet jaqblu li huma għandhom b'mod konġunt jidentifikaw l-oqsam għall-iżvilupp tal-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika tagħhom, billi jkunu meqjusa l-ħtiġiet tas-setturi produttivi ta' l-Amerika Ċentrali.

Dawn l-oqsma għandhom jinkludu:

- l-iżvilupp u l-amministrazzjoni tal-istrateġiji xjentifiċi u teknoloġiċi,

- il-protezzjoni t t-tittjib ta' l-ambjent, partikolarment il-protezzjoni u t-tiġdid tal-foresti tropikali u ż-żoni agrikoli marġinali,

- l-enerġija rinovabbli u l-użu razzjonali tar-riżorsi naturali,

- l-agrikoltura, l-agro-industria tropikali u s-sajd,

- is-saħħa, in-nutriment u l-benessere soċjali b'mod ġenerali, u l-mard tropikali b'mod partikolari,

- l-oqsma bġal ma huma id-djar, l-iżvilupp urbat, l-ippjanar u l-iżvilupp, it-trasport u l-komunikazzjoni,

- l-integrazzjoni reġjonali u l-koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija,

- il-bioteknoloġija applikata għall-mediċina u l-agrikoltura,

- l-istudji tal-klasifikazzjoni ekonomika tal-flora u l-fawna indiġena, li jwasslu għall-ħolqien ta' indiċi bioloġika bl-applikazzjonijiet fis-setturi tal-mediċina, l-agrikoltura u setturi oħrajn.

3. Sabiex jakwistaw l-għanijiet magħżula tagħhom, il-Partijiet Kontraenti għandhom jinkorraġġixxu u jħeġġu miżuri li jinkludu:

- 0 proġetti konġunti ta' riċerka xjentifika u teknoloġika li jinvolvu s-setturi privati u publiċi fiċ-ċentri tar-riċerka u ta' l-istituzzjonijiet kwalifikati l-oħrajn miż-żewġ naħat.

- it-taħriġ fil-livell xieraq ta' profesjonisti mill-Amerika Ċentrali fir-riċera u l-iżvilupp, l-aktar permezz ta' seminars, korsijiet u konferenzi fiċ-ċentri Ewropej, skambju ta' esperti u tekniċi, l-għoti ta' fondi għal studji speċjalisti u taħriġ fuq ix-xogħol.

- skambju ta' informazzjoni xjentifika, permezz ta' l-organizzazzjoni konġunta ta' seminars, laqgħat ta' ħidma, gruppi ta' ħidma u konferenzi li jattendu għalihom xjenzati f'livell għoli miż-żewġ Partijiet Kontraenti,

- id-distibuzzjoni ta' informazzjoni u esperjnza xjentifika u teknoloġika.

Artikolu 11

koperazzjoni fl-istandards

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi internazzjonali tagħhom, fi ħdan l-iskop tar-responsabbiltajiet tagħhom u b'konformità mal-liġijiet tagħhom, il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu pasi sabiex inaqqsu d-differenzi fir-rigward tal-istandardizzazzjoni u ċertifikazzjoni fil-piżijiet u l-kejl billi jħeġġu l-użu ta' sistemi kompatibbli ta' standards u ċertifikazzjoni. Għal dak il-għan, huma għandhom jinkoraġixxu partikolarment dawn li ġejjin:

- rabtiet bejn l-esperti u għajnuna teknika sabiex jiffaċilitaw l-iskambju ta' l-informazzjoni u studji dwar l-użin u l-kejl, standards, kontroll tal-kwalità, promozzjoni u ċertifikazzjoni, u sabiex iħeġġu l-iżvilupp ta' l-għajnuna teknika f'dan il-qasam,

- skambji u kuntati bejn kuntati korpi u istituzzjonijiet li jispeċjalizzaw f'dawn l-oqsma,

- miżuri immirati għall-akwist ta' sistemi ta' rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità,

- konsultazzjonijiet fl-oqsma kkonċernati.

Artikolu 12

Propjetà intellettwali u industrijali

1. Il-Partijiet Kontraenti jintrabtu, skond il-lġislazzjoni, ir-regolamenti u l-istrateġiji rispettivi tagħhom, li jipprovdu protezzjoni xierqa u effettiva għad-drittijiet propjetarji intellattwali u industrijali, inklużi d-designazzjonijiet ġeografiċi u l-marki ta' l-oriġini, u l-aġġornament ta' tali protezzjoni meta xieraq.

2. Il-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali għandhom, sal-limitu ta' huma jkunu jistgħu, jisieħbu ma konvenzjonijiet internazzjonali dwar il-propjeta intellettwali u industrijali.

Artikolu 13

koperazzjoni fil-minjieri

Il-Partijiet Kontraenti jabqlu li jħeġġu l-koperazzjoni fl-iżvilupp tas-settur tal-minjieri, b'qies xieraq għal-kwistjonijiet ambjentali involuti.

Din il-koperazzjoni għandha primarjament tieħu l-għamla ta' azzjoni iddisinjata sabiex:

- tinkorraġixxi l-involviment ta' l-impriżi taż-żewġ Partijiet fl-esplorazzjoni, fix-xogħol tal-minjieri u l-marketing tar-riżorsi minerali tagħhom,

- jistabbilixxu attivitajiet ħalli jinkoraġixxu impriżi żgħar u ta' daqs medju fl-operat tas-settur tal-minjieri,

- skambju ta' l-esperjenza u t-teknoloġija li tirrigwardja il-prospettar, l-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni tal-minjieri, u li jidħlu għal riċerka konġunta sabuiex iżidu l-opportunitajiet għall-iżvilupp teknoloġiku.

Artikolu 14

koperazzjoni fl-enerġija

Il-Partijiet Kontraenti jirrikonoxxu l-importanza tas-seuttur ta' l-enerġija għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, u huma ippreparati li jqawwu il-koperazzjoni tagħhom f'dan il-qasam, l-aktar f'dak li jirrigwardja l-ippjanar, il-konservazzjoni, l-użu effiċjenti ta' l-enerġija, u r-riċerka għal sorsi ġodda ta' l-enerġija. Din il-koperazzjoni mtejba għandha wkoll tqis l-implikazzjonijiet ambjenti.

Għal dan l-iskop, il-Partijiet jaqbli li jħeġġu:

- studji u riċerka konġunta,

- studju tal-potenzal ta' sorsi alternattivi ta' l-enerġija u l-użu ta' teknoloġija li tiffranka l-enerġija fil-proċessi tal-manifattura,

- kuntatti eżistenti bejn dawk involuti fl-ippjanar ta' l-enerġija,

- l-eżekuzzjoni ta' programmi u proġetti konġunti f'dan il-qasam.

Artikolu 15

koperazzjoni fit-trasport

Waqt li jirrokonoxxu l-importanza tat-trasport għall-iżvilupp ekonomiku u l-intensifikazzjoni tal-kummerċ, il-Partijiet Kontraenti għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni tal-koperazzjoni l-aspett tat-tipi kollha tat-trasport.

Il-koperazzjoni għandha tiffoka fuq dan li ġej:

- skambju ta' l-informazzjoni dwar l-istrateġiji tal-Partijiet Rispettivi u dwar suġġetti ta' interes komuni,

- programmi ekonomiċi, legali u tat-taħriġ tekniku immirati gġall-operaturi ekonomiċi u għal dawk inkarigati mid-diperatimemnti tas-settur pubbliku,

- għajnuna, partikolarment b'konnessjoni mal-programmi talpmoderizzazzjoni ta' l-infrastruttura.

Artikolu 16

koperazzjoni fil-qasam tat-teknoloġija ta' l-informatika, u tat-telekommunikazzjonijiet

1. Il-Partijiet Kontraenti jirrikonoxxu li t-teknoloġija tal-informatika u tat-telekommunikazzjonijiet huma vitali għall-iżvilupp ta' l-ekonomija u tas-soċjetà u jiddikjaraw li huma ippreparati li jħeġġu il-koperazzjoni fl-oqsma ta' interess komuni, primarjament f'dak li jirrigwardja dan li ġej:

- it-tħeġġiġ ta' l-investiment u impriżi konġunti,

- standradizzazzjoni, testijiet u ċertifikazzjoni,

- sistemi telefoniċi rurali u mobbli, telekommunikazzjonijiet kemm terrestri u wkoll ibażati fl-ispazju bħal ma huma huma l-oqfsa tat-trasport, satelliti, fibre oprics, Integrated Service Digital Networks (ISDN) u trasmissjoni tad-data,

- l-elettronika u l-micro-elettronika,

- il-komuterizzazzjoni u t-awtomazzjoni,

- ir-riċerka u l-iżvilupp ta' teknoloġija ġodda ta' l-informatika u t-telekommunikazzjonijiet.

2. Din il-koperazzjoni għandha sseħħ partikolarment permezz:

- l-ikorraġġiment ta' proġetti konġunti raltati mar-riċerka u l-iżvilupp, l-istabbeliment ta' oqfsa ta' l-informatika u databanks, faċilizzazzjoni ta' l-aċċess ta' databanks eżistenti u oqfsa ta' l-informatika,

- kolloborazzjoni bejn l-esperti,

- assessjar, studji u skambji minn esperti ta' l-informatika,

- taħriġ ta' xjenzati u tekkniċi,

- il-formulazzjoni u l-implementazzjoni ta' proġetti speċifiċi ta' benefiċju reċiproku.

Artikolu 17

koperazzjoni turistika

Fi ħdan il-limiti tal-liġijiet tagħhom, il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkontribwixxu għal-koperazzjoni tat-turiżmu fil-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali, li għandhom ikunu milħuqa permezz ta' miżuri speċifiċi li jinkludu:

- skambju ta' l-informazzjoni u studji dwar l-opprtunitajiet għall-iżvilupp tat-turiżmu,

- għajnuna fl-ipproċessar tal-istatistika u tad-data,

- taħriġ,

- l-organizzazzjoni ta' avvenimenti u parteċipazzjoni f'fieri li jħeġġu r-reġjun ta' l-Amerika Ċentrali,

- it-tħeġġiġ ta' l-investiment u l-investimrent konġunt għall-espassjoni tal-ivvjaġġar turistiku.

Artikolu 18

koperazzjoni ambjentali

Il-Partijiet Kontraenti jaffermaw li huma jixtiequ li jikkoperaw mill-qribfil-protezzjoni, l-konservazzjoni tittjib u l-immaniġġjar ta' l-ambjent, billi jiffukaw fuq it-tniġġiż ta' l-ilma, tal-ħamrija u ta' l-arja, erużjoni, id-deżertifikazzjoni, id-deforistazzjoni, l-esplojtazzjoni żejda tar-riżorsi naturali, il-konċentrazzjoni urbana u l-konservazzjoni produttiva tal-flora u l-fawna ferjali u akwatika, li jipproteġuħom mill-esplojtazzjoni mhux razzjonali u mill-kummerċjalizzazzjoni, partikolatment meta l-ispeċje proteti jkunu ikkonċernati.

Għal dawn l-għanijiet, il-Partijiet għandhom jagħmli sforz sabiex jaġdmu flimkien dwar miżuri li jimmiraw lejn:

- il-ħolqien u t-tittjib tal-korpi ambjentali fis-settur publiku u privat ġewwa l-Amerika Ċentrali,

- it-tħeġġiġ ta' l-edukazzjoni ambjentali fil-livelli kollha u t-tixrid wieda tad-disiminazzjoni ta' l-informazzjoni li tikkonċerna, u s-soluzzjonijiet dwar, il-problemi ambjentali bil-għan taż-żieda tal-konoxxennza pubblika,

- l-implementazzjoni ta' studji, proġetti u għajnuna teknika,

- l-organizzazzjoni ta' laqgħat, seminars, laqgħat ta' ħidma, konferenzi, skambju ta' tekniċi u uffiċjali speċjalizzati f'dan il-qasam,

- l-iskambju ta' l-informazzjoni u l-esperjenza,

- ir-riċerka u l-istudji li jħejju t-triq għal programmi komġunti u l-proġetti immirati għall-kontroll u l-prevenzjoni tad-disastri,

- it-tħeġġiġ tal-iżvilupp u l-użu ekeonomiku alternattiv ta' żoni proteti, b'attanzjoni partikolari għall-fatturi speċifiċi taż-żoni kkonċentrati.

Artikolu 19

koperazzjoni fid-diversità bioloġika

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħmlu sforz sabiex jistabilixxu koperazzjoni immirata għal-preservazzjoni tad-diversità bioloġika. Tali koperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq tlett kriteji, iġiefiri: l-utilità soċjo-ekonomika, il-konservazzjoni ekoloġika u l-interesi tal-popli indiġeni.

Artikolu 20

koperazzjoni għall-iżvilupp

Bil-għan taż-żieda fl-effettività tal-koperazzjoni fl-oqsma referuti hawn taħt, il-Partijiet għandhom ifittxu li jistabbilixxu programm multi-annwali.

Aktar minn hekk, il-Partijiet jirrikonoxxu li x0xewqa li jikkontribwixxu għal żvilupp amministrat aħjar o sostenibbli, jinvolvi li tkun mogħtija priorità għall-proġetti tal-iżvilupp iddisinjati sabiex jilħqu l-ħtiġiet vitali ta' l-ifqar fost il-popli ta' l-Amerika Ċentrali, u r-rwol tan-niza fil-proċesss tal-iżvilupp. Il-Partijiet jirrokonoxxu wkoll li l-iżvilupp u l-problemi ambjentali huma marbuta mill-qrib.

koperazzjoni f'dan il-qasam għandha tinvolvi miżuri iddisinjati sabiex jaġixxu kontra l-faqar estrem, itaffu l-impatt tal-programmi ta' l-aġġustament strutturali u jinkoraġixxu l-ħolqien ta' l-impiegi. Priorità għandha tkun mogħtija lil-dawk il-miżuri li jkollhom impatt fuq ir-ristrurrar ta' l-ekonomija u billi jkunu meqjusa il-problemi makro-ekonomiċi u settorjali, u l-problemi marbuta mal-proċess ta' l-iżvilupp istituzzjonali.

Din il-koperazzjoni għandha tkun imwettqa fuq l-akbar skala posibli, b'koperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri.

Artikolu 21

koperazzjoni fl-oqsma ta' l-agrikoltura, il-foresterija u rurali

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li jistabbilixxu koprazzjoni fl-oqsma tat-tkabir ta' l-uċuħ tar-raba u tal-qobla, fil-foresterija, l-agro-industria, l-ikel0agrikolu u l-prodotti tropikali, bil-għan li jkunu mtella l-liveli tal-iżvilupp.

Għal dan il-għan, u fi spirtu ta' koperazzjoni u rieda tajba u billi jkunu meqjusa il-liġijiet taż-żewġ Partijiet dwar tali suġġetti, il-Partijiet KOntraenti għandhom jeżaminaw:

- l-opprtunitajiet għall-iżvilupp tal-kummerċ fl-uċuħ tar-raba, tal-qobla, tal-foresterija, il-prodotti agro-industrijali u tropikali,

- is-saħħa, is-saħħa tal-pjanti, is-saħħa ta' l-annimali u miżuri ambjentali, bil-għan li jeliminaw xi ostakoli li jista jkun hemm għall-kummerċ f'dan il-qasam.

L-istess, b'qies xieraq għall-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli, il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħmlu sforz għat-tħeġġiġ tal-koperazzjoni li tikkonċerna:

- l-iżvilupp ta' l-agrikoltura,

- il-protezzjoni u l-izvilupp sostenibli ta' dawn ir-riżorsi li ġejjin: ħamrija, ilma, boskijiet, flora u fawna,

- l-ambjenti agrikoli u rurali,

- it-taħruġ fl-oqsma bħal ma huma tekniki ġodda fl-uċuħ tr-raba, it-trobija tl-qobla u l-foresterija u l-amministrazzjoni tan-negozju,

- skambju bejmn tekniċi, produtturi u istituzzjonijiet miż-żewġ naħat, bil-għan li jħeġġu u jiffaċilitaw il-kummerċ u l-proġetti ta' l-investiment,

- ir-riċerka agrikola,

- l-aġġornament u l-interfacing tad-databanks agrikoli u tal-foresterija u ta' l-istatistika.

Artikolu 22

koperazzjoni fis-sajd

Il-Partijiet Kontreanti jaqblu li jintensifikaw u jiżviluppaw koperazzjoni fil-qasam tas-sajd, partikolarment f'dak li jirrigwardja l-evalwazzjoni tar-riżorsi, is-sajd artiġjanali u l-akwakultura, inter alia, billi:

- jippreparaw u jidħlu għal programmi u proġetti speċjali ta' natura ekonomika, kummerċjali, xjentifika jew teknika;

- jinkorraġixxi lis-settur privat ħalli jipparteċipa fl-iżvilupp ta' dan is-settur.

Artikolu 23

koperazzjoni dwar is-saħħa

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li jikkoperaw fit-tittjib tas-saħħa pubblika, jikonċentraw fuq il-ħtiġiet tas-sezzjonijiet l-aktar żvantaġġati tal-popolazzjoni, jiffokaw primarjament fuq gruppi li jkunu f'riskju.

Għal dawn l-għanijiet, hum għandhom jiżviluppaw riċerka konġunta, trasferimenti tat-teknoloġija, skambju ta' l-esperjenza u l-għajnuna teknika, partikolarment f'dak li jirrigwardja il-:

- l-immaniġġjar u l-amministrazzjoni tas-servizzi tas-saħħa, partikolarment fir-rigward tal-kura primarja tas-saħħa,

- l-iżvilupp ta' taħriġ vokazzjonali u programmi edukazzjonali fis-settur tas-saħħa,

- programmi u proġetti għat-titjib tal-kondizzjonijiet sanitarji (b'attenzjoni partikolari għal-prevenzjoni ta' mard endemiku u infettus) u l-benessere soċjali fiż-żoni urbani u rurali,

- it-taħriġ għall-ħaddiema fis-saħħa bażika,

- it-trattament u l-prevenzjoni tas-sindromu akwistat tad-defiċjenza ta' l-immunità (AIDS),

- il-kura tas-saħħa ta' l-omm u l-wild u l-ippjanar tal-familja,

- il-prevenzjoni u t-trattament tal-kolera.

Artikolu 24

koperazzjoni fl-iżvilupp soċjali

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom, sal-limitu tal-poteri tagħhom, u skond il-leġislazzjoni rispettiva tagħhom, jistabbilixxu koperazzjoni f'medda wiesa ħalli jżidu aktar l-iżvilupp soċjali, partikolarment bit-tittjib tal-kondizzjonijiet ta' l-għixien tas-sezzjonijiet l-aktar fqar tal-popolazzjoni tal-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali.

2. Il-miżuri u l-operazzjonijiet li għandhom ikunu mwettqa bil-ħsieb ta' dawn l-għanijiet jinkludu l-appoġġ, esenzalment fil-għamla ta' l-għajnuna teknika, f'dawn l-oqsma li ġejjin:

- il-protezzjoni tat-tfal,

- it-tħeġġiġ tar-rwol tan-nisa,

- l-appoġġ tal-proċess tat-twassil ta' l-ekonomija informali f'dak ta' l-ekonomija uffiċjali,

- programmi edukazzjonali u ta' għajnuna għaż-żagħżagh, partikolarment f'ċirkostanzi diffiċli,

- miżuri li jtaffu l-impatt soċjli tal-programmi ta' l-aġġustament struturali, l-aktar permezz tal-proġetti li huma kapaċi li jistimulaw il-ħolqien tal-impiegi,

- l-amministrazzjoni tas-servizzi soċjali,

- it-tittjib tal-kondizzjonijiet ta' l-għixien u l-iġene fiż-żoni urbani u rurali.

Artikolu 25

koperazzjoni fil-ġlieda ta' kontra l-abbuż tad-droga

Fi ħdan l-iskop tal-poteri tagħhom, il-Partijiet Kontraenti jintrabdu li jikkordinaw u jżidu l-isforzi tagħhom dwar il-prevenzjoni, it-tnaqqis u l-eradikazzjoni tal-produzzjoni illegali, id-distribuzzjoni u l-konsum tad-drogi, sustani narkotiċi u psikotropiċi, billi jkun meqjus ix-xogħol imwettaq f'dan il-qasam mill-korpi reġjonali u internazzjonali.

Din il-koperazzjoni, bl-appoġġ ta' l-aġenziji speċjalizzati f'dan il-qasam, għandha tinkludi:

- proġetti għat-taħriġ, l-edukazzjoni, it-trattament, id-ditossifikazzjoni u riabbilitazzjoni ta' dawk fil-vizzju tad-droga,

- programmi għall-prevenzjoni ta' l-użu illeċitu tad-droga,

- programmi ta' riċerka,

- miżuri iddisinjati sabiex jinkorraġġixxu l-iżvilupp alternattiv, inklużi l-uċuħ alternattivi tar-raba,

- skambji ta' l-informazzjoni relevanti, inkluża l-informazzjoni li tikkonċerna l-miżuri relatati mal-ħasil tal-flus,

- programmi għall-monitoraġġ fil-kummerċ tal-prekursuri, prodoti kimiċi u sustanzi psikotropiċi.

Il-Partijiet Kontraenti jistgħu, bi ftehim reċiproku, jestendu il-koperazzjoni tagħhom f'oqsma oħrajn.

Artikolu 26

koperazzjoni fl-għajnuna għar-refuġjati, persuni mneħħija minn arthom u dawk li jmorru lura

Il-Partijiet jaċċennaw mill-ġdid ix-xewqa tagħhom li jkomplu li jikkoperaw fuq skala wiesa sabiex jiffaċilitaw l-integrazzjoni mill-ġdid tar-refuġjati mill-Amerika Ċentrali u ta' dawk li jmorru lura, fis-soċjetà produttiva. Din il-koperazzjoni għandha tiffoka fuq:

- appoġġ għall-preparazzjoni ta' l-attività ta' koperazzjoni b'kollaborazzjoni mal-pajjiżi li jilqgħuhom u l-Konferenza Internazzjonali dwar ir-Refuġjati ta' l-Amerika Ċentrali (Cirefca);

- l-implementazzjoni ta' proġetti speċifiċi mas-sieħba speċjalizzati f'dan il-qasam: UNHCR, korpi governattivi fil-pajjiżi li jirċievu u Organizzazzjonijiet Mhux Governamentali (NGO) b'esperjenza rixonoxxuti miż-żewġ naħat.

Artikolu 27

koperazzjoni fil-konsolidizzazzjoni tal-proċess demokratiku fl-Amerika Ċentrali

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li jagħtu appoġġ għall-istutuzzjonijiet demokratiċi u tal-proċess demokratiku fl-Amerika Ċentrali, partikolarment f'dak li jirrigwardja l-organizzazzjoni u l-monitoraġġ ta' elezzjonijiet ħielsa u trasparenti, il-konsolidazzjoni tar-regoli tal-liġi, rispett għad-drittijiet umani u l-parteċipazzjoni tal-popolazzjoni intiera mingħajr diskriminazzjoni fil-ħajja politika u soċjali.

Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, il-Partijiet għandhom iwettwu dan li ġej:

- l-implementazzjoni tal-programmi multi-annwali għat-tħeġġiġ tad-drittijiet umani approvati f'Lisbona fi Frar 1992,

- il-preparazzjoni u l-implementazzjoni ta' proġetti speċifiċi oħrajn iddisinjati għall-approġġ ta' l-istituzzjonijiet demokratiċi fl-Amerika Ċentrali.

Artikolu 28

Integrazzjoni u koperazzjoni reġjonali

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu l-pasi sabiex jinkorraġixxu l-integrazzjoni reġjonali tal-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali.

Prijorità għandha tkun mogħtija għal:

- l-għajuna teknika b'aspetti tekniċi u prattiċi ta' l-integrazzjoni,

- it-tħeġġiġ tal-kummerċ subreġjonali u intrareġjonali,

- l-iżvilupp tal-koperazzjoni ambjentali reġjonali,

- l-aġġornament tal-istituzzjonijiet reġjonali u l-appoġġ għas-segwiment ta' l-istrateġiji u l-attivitajiet konġunti,

- l-inkoraġġiment ta' l-iżvilupp tal-komunikazzjonijiet reġjonali.

Artikolu 29

koperazzjoni bejn il-gvernijiet

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li jikkoperaw f'dawk il-materji ta' l-organizzazzjoni amministrattiva u istituzzjonali, inkluża l-organizzazzjoni tas-sistema legali.

Għal dan il-għan, huma għandhom jieħdu passi immirati li jinkorraġixxu skambji ta' l-informazzjoni u l-korsijiet tat-taħriġ għall-uffiċjali u l-impjegati tal-gvern nazzjonali bil-għan li tiżdied l-effiċjenza governattiva.

koperazzjoni f'dan il-qasam għandha tagħmel użu mill-istituzzjonijiet eżistenti fiż-żewġ reġjuni.

Artikolu 30

Informazzjoni, komunikazzjoni u koperazzjoni kulturali

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li jaġixxu b'mod konġunt fl-oqsma ta' l-informatika u l-komunikazzjoni sabiex iħeġġu l-apprezzament tan-bauta u l-għanijiet tal-Komunità Ewropea u ta' l-Amerika Ċentrali u li jinkoraġġixxu l-Istati Membri tal-Komunità u l-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali sabiex isaħħu ir-rabtiet kulturali tagħhom.

Partikolarment, dawn il-miżuri għandhom ikollhom il-għamla ta':

- skambji ta' l-informazzjoni dwar temi ta' interess komuni fl-oqsma tal-kultura u l-informatika,

- l-organizzazzjoni ta' avvenimenti kulturali u skambji, partikolarment skambju fil-livell universitarju,

- l-istdji preparatorji u l-għajnuna teknika għall-reservazzjoni tal-wirt kulturali.

Artikolu 31

koperazzjoni fit-taħriġ

Bil-għan li jkun imtajjeb it-taħriġ fl-Amerika Ċentrali, il-Partijiet għandhom isaħħu il-koperazzjoni tagħhom fl-oqsma ta' interess reċiproku, billi jqisu teknoloġiji ġodda f'dak il-qasam.

Tali koperazzjoni għandha jkollha l-għamla ta':

- passi għat-tittjib tat-taħriġ ta' eżekuttivi, tekniċi u professjonali u ħaddiema tas-sengħa,

- miżuri bl-effett sinifikanti tat-tisħieħ, taħriġ għall-għalliema u l-eżekuttivi tekniċi li diġa huma fil-posizzjoni ta' responsabiltà f'impriżi tas-settur pubbliku u privat, fil-gvern, fis-settur tas-servizz publiku u ta' l-amministrazzjoni ekonomika,

- programmi speċifiċi għall-iskambju ta' konsulenti, tagħrif u teknoloġija bejn l-istituzzjonijiet tat-taħriġ fil-pajjiżi Ewropej u ta' l-Amerika Ċentrali, b'emfasi partikolari fuq is-setturi tekniċi, xjentifiċi u vokazzjonali,

- programmi tal-qari u l-kitba marbuta mal-proġetti tas-saħħa u l-iżvilupp soċjali.

Artikolu 32

koperazzjoni fir-riżorsi għall-impenn tal-koperazzjoni

1. Il-Partijiet Kontraenti jintrabtu li jagħmlu disponibli, fil-limiti tal-kapaċitajiet tagħhom u permezz tal-kanali tagħhom, ir-riżorsi meħtieġa, inklużi r-riżorsi finanzjarji, għall-akwist ta' l-objettivi tal-koperazzjoni li hemm provvdiment dwarhom f'dan il-Ftehim. B'konnessjoni ma dan, kull meta possibbli, programizzar multi-annwali għandu jkun imwettaq u l-prioritajiet iddeterminati, billi jkunu meqjusa l-ħtiġiet tal-livell ta' l-isżilupp tal-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali.

2. Sabiex tkun iffaċċlitata l-implementazzjoni tal-miżuri ta' koperazzjoni speċifikati f'dan il-Ftehim, il-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali għandhom jagħtu lill-esperti tal-Komunità il-garanziji u l-faċilitajiet li huma jeħtieġu għat-twettieq tad-doveri tagħhom.

Artikolu 33

Kumitat Konġunt

1. Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li jżommu il-Kumitat Konġunt stabilit bis-saħħa tal-Ftehim ta' koperazzjoni 1985. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun iffurmat mir-rapreżentanti tal-Komunità u tal-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali, mgħejjuna mir-rapreżentanti tal-korpi ta' l-integrazzjoni ta' l-Amerika Ċentrali.

2. Il-Kumitat Konġunt għandu:

- jara għall-funzjonament xieraq tal-Ftehim,

- jikkordinaw u jasenjaw priorità għall-attivitajiet, proġetti u operazzjonijiet speċifiċi b'relazzjoni m l-għanijiet ta' dan il-Ftehim u l-meżżi proposti għall-implementazzjoni tagħhom,

- jistudjaw u jsegwu l-iżvilupp tal-kummerċ u l-koperazzjoni bejn il-Partijiet,

- jagħmlu xi rakkommandazzjonijiet meħtieġa għat-tħeġġiġ ta' l-espanzjoni tal-kummerċ u l-intensifikazzjoni u d-diversifikazzjoni tal-koperazzjoni.

- ifittxi l-metodi xierqa ħalli jipprevedu l-problemi li jistgħu jinqalgħu fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim.

3. L-aġenda tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt għabdha tkun stabbilita b'kunsens reċiproku. Il-Kumitat għandu huwa nnifsu jistabbilixxi disposizzjonijiet li jikkonċernaw il-frekwenza u l-lokalità tal-laqgħat tiegħu, il-presidenza, u suġġetti oħrajn li jistgħu jinqalgħu, u għandu, meta meħtieġ, jistabbilixxi sotto-kumitati.

Artikolu 34

Ftehim ieħor

1. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej, la dan il-Ftehim u l-anqas xi azzjoni meħudha permezz tiegħu m'għandhom bl-ebda mod jaffettwaw il-poteri tal-Istati Membri tal-Komunitajiet li jinvolvu rwieħhom f'attivitajiet bilaterali ma l-Amerika Ċentrali fil-qasam tal-koperazzjoni ekonomika u li meta xieraq jikkonkludu ftehim ġodda ta' koperazzjoni ekonomika mal-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali.

2. Suġġett għad-disposizzjonijiet fil-paragrafu 1 li jikkonċernaw il-koperazzjoni ekonomika, id-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom jieħdu post id-disposizzjonijiet tal-ftehim konklużi bejn l-Istati Membri tal-Komunitajiet u l-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali meta tali disposizzjonijiet jew ikunu inkompatibbli ma jew inkella identiċi għad-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 35

Il-klawsola ta' l-applikazzjoni territorjali tal-Ftehim

Dan il-Ftehim għandu jkun applikabbli, minn naħa l-waħda, għat-territorji li fihom it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea huwa applikat permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak it-Trattat u, minn naħa l-oħra, fit-territorju tas-sitt pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali li huma parti t' dan il-Ftehim.

Artikolu 36

L-Annessi

L-Annessi għandhom jifformaw parti integrali minn dan il-Ftehim.

Artikolu 37

Dħul fis-seħħ u tiġdid taċitu

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xhar li jsegwi d-data li fiha il-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lill-xulxin bit-twettieq tal-proċeduri meħtieġa għal dan l-iskop. Għandu jibqa fis-seħħ għal perijodu ta' ħames snin. Għandu jkun imġedded b'mod taċitu għal perijodu suċċessivi ta' sena l-wieħed sakemm waħda mill-Partijiet Kontraenti ma tkunx iddenunzjat minnu bil-miktub sitt xhur qabel id-data ta' l-iskadenza.

Denunzja minn wieħed mill-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali m'għandhiex taffettwa il-validità tal-Ftehim fir-rigward tal-pajjiżi l-oħrajn ta' l-Amerika Ċentrali.

Artikolu 38

Testi awtentiċi

Dan il-Ftehim huwa mħejjiji f'żewġ kopji, fil-lingwi Daniż, Olandiż, Ingliż, Franċiż, Ġermaniż, Griek, Taljan, Portugiż, u Spanjol, kull test huwa egwalment awtentiku.

Artikolu 39

Żviluppi fil-ġejjieni

1. Il-Partijiet Kontraenti jistgħu, bi qbil reċiproku, jiżviluppaw u jtejbu dan il-Ftehim bil-għan li jsaħħu il-livell ta' koperazzjoni u jżidu miegħu permezz ta' ftehim dwar setturi jew attivitajiet speċifiċi.

2. Fir-rigward ta' l-implementazzjoni ta' dan il-Ftehim, kwalunkwe Parti Kontraenti tista tressaq suġġerimenti għall-espanzjoni tal-iskop tal-koperazzjoni, billi tkun meqjusa l-esperjenza akwistata mill-applikazzjoni tiegħu.

Por el Consejo de las Comunidades EuropeasFor Rådet for De Europæiske FællesskaberFür den Rat der Europäischen GemeinschaftenΓια το Συμβούλιο των Ευρωπαϊκών ΚοινοτήτωνFor the Council of the European CommunitiesPour le Conseil des Communautés européennesPer il Consiglio delle Comunità europeeVoor de Raad van de Europese GemeenschappenPelo Conselho das Comunidades Europeias

+++++ TIFF +++++

Por el Gobierno de la República de Costa Rica

+++++ TIFF +++++

Por el Gobierno de la República de El Salvador

+++++ TIFF +++++

Por el Gobierno de la República de Guatemala

+++++ TIFF +++++

Por el Gobierno de la República de Honduras

+++++ TIFF +++++

Por el Gobierno de la República de Nicaragua

+++++ TIFF +++++

Por el Gobierno de la República de Panamá

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS

SKAMBJU TA' ITTRI DWAR IT-TRASPORT MARITTIMU

Ittra Nru 1

Sinjur,

Aħna nkunulek obbligati jekk inti tikkonferma dan li ġej:

Meta il-Ftehim Kwadru ta' koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropeà u r-Repubbliki ta' Kosta Rika, El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama kien ġie iffirmat, il-Partijiet intrabtu li jindirizzaw fil-manjera xierqa il-kwistjonijiet li jirrigwardjaw l-operazzjoni tat-tbaħħir, partikolarment meta l-iżvilupp tal-kummerċ jista jkun imfixkel. Soluzjonijiet reċiprokament sodisfaċenti dwar il-tbaħħir għandhom ikunu mfittxija, waqt li l-prinċipju ta' kompetizzjoni ġusta u ħielsa fuq il-bażi kummerċjali għandu jkun osservat.

Huwa l-istess miftiehem li tali materji għandhom ukoll ikunu diskussi fil-Kumitat Konġunt.

Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

F'isem il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej

Ittra Nru 2

Sinjur,

Għandi l-unur nirrikonoxxi li rċevejt l-ittra tiegħek u nikkonferma dan li ġej:

"Meta il-Ftehim Kwadru ta' koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropeà u r-Repubbliki ta' Kosta Rika, El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama kien ġie iffirmat, il-Partijiet intrabtu li jindirizzaw fil-manjera xierqa il-kwistjonijiet li jirrigwardjaw l-operazzjoni tat-tbaħħir, partikolarment meta l-iżvilupp tal-kummerċ jista jkun imfixkel. Soluzjonijiet reċiprokament sodisfaċenti dwar il-tbaħħir għandhom ikunu mfittxija, waqt li l-prinċipju ta' kompetizzjoni ġusta u ħielsa fuq il-bażi kummerċjali għandu jkun osservat.

Huwa l-istess miftiehem li tali materji għandhom ukoll ikunu diskussi fil-Kumitat Konġunt."

Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Amerika Ċentrali

--------------------------------------------------

DIKJARAZZJONI UNILATERALI MILL-AMERIKA ĊENTRALI LI TIKKONĊERNA L-ARTIKOLU 8

Il-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali qiegħdin b'dan jiddikjaraw li huma ippreparati li jibdew taħditiet, fuq it-talba ta' xi Stat Membru tl-Komunità Ekonomika Ewropea, immirati għall-konklużjoni ta' ftehim bilaterali dwar il-protezzjoni u t-tħeġġiġ ta' l-investiment.

--------------------------------------------------

DIKJARAZZJONI UNILATERALI MILL-KOMUNITÀ LI TIKKON¬ERNA L-ARTIKOLU 32

Il-Komunità tikkonferma li hija għandha l-intenzjoni li tagħti priorità lill-proġetti ta' appoġġ ta' natura reġjonali u tiddikjara li hija ippreparata li tintensifika din il-koperazzjoni kemm fit-termini tal-kwalità u tal-kwantità. Ir-riżorsi finanzjarji li għandhom ikunu disponibli għall-dan l-iskop għandhom jirreflettu kemm l-iskop aktar kbira ta' dan il-Ftehim u ż-żieda sinifikanati fir-riżorsi allokati fil-linji ta' gwida għall-koperazzjoni mal-pajjiżi li għadhom jiżviluppaw ta' l-Asja u l-Amerika Latina fis-snin desgħinijiet. Dawn il-kontrubuzzjonijiet għandhom jiffurmaw parti mill-allokazzjoni tal-budget.

--------------------------------------------------

DIKJARAZZJONI UNILATERALI MILL-KOMUNITÀ LI TIKONĊERNA L-KONĊESSJONIJIET SPEĊJALI MOGĦTIJA LIL-AMERIKA ĊENTRALI PERMEZZ TAR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 3900/91 TAS-16 TA' DIĊEMBRU 1991

Il-Komunità b'dan tiddikkjara li hija ippreparata li:

(a) tistudja l-impatt fuq il-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali u tal-pajjiżi l-oħrjn li għadhom jiżviluppaw tal-konċessjonijiet speċjali mogħtija fil-kuntest tas-sistema ġeneralizzata ta' preferenzi;

(b) li tkompli bid-djalogu dwar dan is-suġġett mal-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali;

(ċ) jinkarigaw lill-Kummissjoni li tassesja s-sitwazzjoni meta il-perijodu tal-validità stabbilit għall-għoti tal-preferenzi ikkonċernati jkun skada (1994), partikolarment fid-dawl tal-iżviluppi f'dak li jirrigwardja il-kondizzjonijiet li kienu ġew meqjusa fil-għoti ta' tali preferenzi.

--------------------------------------------------

DIKJARAZZJONI UNILATERALI MILL-AMERIKA ĊENTRALI LI TIKKONĊERNA L-KONĊESSJONIJIET SPEĊJALI MOGĦTIJA LIL-AMERIKA ĊENTRALI PERMEZZ TAR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 3900/91 TAS-16 TA' DIĊEMBRU 1991

L-Amerika Ċentrali taċċenna il-priorità li hija torbot mat-trattament preferenzali kif mogħti lilhamill-Komunità Ewropea fil-kuntest tas-sistema ġeneralizzata ta' preferenzi

Dan it-trattament huwa ta' importanza speċjali għall-Amerika Ċentrali bħala sostenn għall-proċess tal-paċi, il-konsolidazzjoni tad-demokrazija u r-rikostruzzjoni nazzjonali fir-reġjun, u wkoll l-isforsi li qiegħdin isiru sabiex ikun asigurat li l-ekonomiji fraġili tal-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali, lis-soċjetajiet u l-istituzzjonijiet demokratiċi tagħhom jinqgħu mingħajr ma jkunu affettwati bil-problemi relatati mad-droga.

--------------------------------------------------

Top