Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21997D1023(10)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 48/97 ta' l-10 Lulju 1997 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni teknika) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 290, 23.10.1997, p. 34–34 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/48(2)/oj

21997D1023(10)



Official Journal L 290 , 23/10/1997 P. 0034 - 0034


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 48/97

ta' l-10 Lulju 1997

li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni teknika) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat mill-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ il-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu.

Billi l-Protokoll 47 tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 7/94 tal-21 ta' Marzu 1994 li jemenda l-Protokoll 47 u ċerti l-Annessi mal-Ftehim taż-ŻEE [1];

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2626/95 ta' l-10 ta' Novembru 1995 li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 1014/90 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' regoli għad-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta' xarbiet alkoħoliċi [2] għandu jiġi inkorporat f'dan il-Ftehim;

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 2 (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1014/90) fl-Appendiċi tal-Protokoll 47 tal-Ftehim:

- "— 395 R 2626: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2626/95 ta' l-10 ta' Novembru 1995 (ĠU L tal- 11.11.1995, p. 5)."

.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2626/95 fl-ilsien Islandiż u Norveġiż, li huma annessi mal-verżjonijiet lingwistiċi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Awissu 1997, basta n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) ta' dan il-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-suppliment taż-Żee tiegħu.

Magħmula fi Brussel, fl-10 ta' Lulju 1997.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

E. Bull

[1] ĠU L 160, tat-28.12.1995, p. 1.

[2] ĠU L 269, tas-7.6.1995, p. 5.

--------------------------------------------------

Top