EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21997D1023(02)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 40/97 tas-27 ta' Ġunju 1997 li temenda l-Protokoll 47 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar l-abolizzjoni tal-barrieri tekniċi fil-kummerċ ta' l-inbid

ĠU L 290, 23.10.1997, p. 26–26 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/40(2)/oj

21997D1023(02)



Official Journal L 290 , 23/10/1997 P. 0026 - 0026


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 40/97

tas-27 ta' Ġunju 1997

li temenda l-Protokoll 47 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar l-abolizzjoni tal-barrieri tekniċi fil-kummerċ ta' l-inbid

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat mill-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ il-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu.

Billi l-Protokoll 47 tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-Żee Nru 4/96 tad-29 ta' Frar 1996 [1];

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3011/95 tad-19 ta' Diċembru 1995 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 823/87 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċjali rigward l-inbejjed ta' kwalità prodotti f'reġjuni speċifi [2] għandu jiġi inkorporat f'dan il-Ftehim;

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 16 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 823/87) fl-Appeniċi tal-Protokoll 47 tal-Ftehim:

"- 395 R 3011: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3011/95 tad-19 ta' Diċembru 1995 (ĠU L 314, tat-28.12.1995, p. 14)."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3011/95 fl-ilsien Islandiż u Norveġiż, li huma annessi mal-verżjonijiet lingwistiċi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1997, basta n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) ta' dan il-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tixxandar fit-taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE li tkun mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Ġunju 1997.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

C. Day

[1] ĠU L 102, tal-25.4.1996, p. 45.

[2] ĠU L 314, tat-28.12.1995, p. 14.

--------------------------------------------------

Top