Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21997D0327(02)

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/97 tat-30 ta' Jannar 1997 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, livelli, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 85, 27.3.1997, p. 66–66 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/1(2)/oj

    21997D0327(02)



    Official Journal L 085 , 27/03/1997 P. 0066 - 0066


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 1/97

    tat-30 ta' Jannar 1997

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, livelli, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li Jemenda l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed "il quddiem riferut bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,"

    Billi l-Anness II mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/96 tat-13 ta' Diċembru 1996 [1];

    Billi d-Direttiva 95/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 li għandha x'taqsam ma' kif jaqbdu l-materjali użati fil-kostruzzjoni interna ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-muturi [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 45s (Direttiva 95/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) f'Kapitolu I ta' l-Anness II tal-Ftehim:

    "45t. 395 L 0028: Direttiva 95/28/KE tal-Palament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 li għandha x'taqsam ma' kif jaqbdu l-materjali użati fil-kostruzzjoni interna ta' ċerti kategoriji ta' muturi (ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 1)."

    .

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 95/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bl-Islandiż u bin-Norveġiż, li huma annessi mal-versjonijiet tal-lingwa rispettiva ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 1997, basta li l-avviżi kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ippubblikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE ta', il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fit-30 ta' Jannar 1997.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    C. Day

    [1] Għadu ma ġiex ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

    [2] ĠU No L 281, tat-23.11.1995, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top