EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21997D0327(01)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 55/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni fl-oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

ĠU L 85, 27.3.1997, p. 64–65 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/55(3)/oj

21997D0327(01)



Official Journal L 085 , 27/03/1997 P. 0064 - 0065


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 55/96

tat-28 ta' Ottubru 1996

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni fl-oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi l-Protokoll 31 għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 54/96 ta' l-4 ta' Ottubru 1996 [1];

Billi t-tielet programm ta' azzjoni fuq perjodu ta' żmien medju tal-Komunità dwar opportunitajiet ndaqs għan-nisa u għall-irġiel (1991-95) wasal fit-tmiem,

Billi kienet l-intenzjoni tal-Partijiet Kontraenti li jsaħħu l-kooperazzjoni fil-qafas ta' l-attivitajiet tal-Komunità li jirriżultaw minn i.a. it-tielet programm ta' azzjoni fuq perjodu ta' żmien medju tal-Komunità dwar opportunitajiet ugwali għan-nisa u għall-irġiel u billi kooperazzjoni bħal din, għal raġunijiet varji, seħħet fuq inqas milli kien mistenni,

Billi l-kooperazzjoni fil-qasam ta' l-opportunitajiet ugwali għandha tiġi rivitalizzata taħt il-programm ta' azzjoni fuq perjodu ta' żmien medju tal-Komunità dwar opportunitajiet indaqs għall-irġiel u għan-nisa għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 1996 sal-31 ta' Diżembru 2000 kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/593/KE [2].

Billi l-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jipprovdi għal kooperazzjoni mkomplija bħal din,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5 tal-Protokoll l-inċiż li ġej għandu jiddaħħal fil-paragrafu 2 wara l-inċiż li għandu x'jaqsam mar-Risoluzzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-tielet programm ta' azzjoni fuq perjodu ta' żmien medju tal-Komunità dwar opportunitajiet indaqs għan-nisa u għall-irġiel (1991-95):

"- 395 D 0593: Deċiżjoni tal-Kunsill 95/593/KEE tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar programm ta' azzjoni tal-Komunità fuq perjodu ta' żmien medju dwar opportunitajiet indaqs għall-irġiel u għan-nisa (1996-2000) (ĠU L 335, tat-30.12.1995, p. 37);

L-Istati ta' l-EFTA għandhom jipparteċipaw f'dan il-programm ta' azzjoni tal-Komunità bi qbil mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 2 għal dan il-Protokoll."

Artikolu 2

Għandu jiġi miżjud Appendiċi għal Protokoll 31 kif stabbilit fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Novembru 1996, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Ottubru 1996.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

H. Hafstein

[1] ĠU L 21, tat-23.1.1997, p. 9.

[2] ĠU L 335, tat-30.12.1995, p. 37.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

Appendiċi 2 għal protokoll 31

1. L-Istati ta' l-EFTA għandhom jipparteċipaw fil-Programm ta' Azzjoni tal-Komunità dwar l-Opportunitajiet Indaqs għall-Irġiel u għan-Nisa (l-1 ta' Jannar 1996 sal-31 ta' Diċembru 2000).

2. L-Istati ta' l-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament fil-programm bi qbil ma' l-Artikolu 82(1)(a) għall-Ftehim.

3. L-Istati ta' l-EFTA għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fil-kumitati tal-KE li jassistu lill-Kummissjoni fil-ġestjoni, żvilupp u implimentazzjoni tal-programm ta' azzjoni li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1.

"

--------------------------------------------------

Top