EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21992A1209(02)

Il-Ftehim interim dwar il-kummerċ u l-unjoni doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino

ĠU L 359, 9.12.1992, p. 14–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2002

Related Council decision

21992A1209(02)



Official Journal L 359 , 09/12/1992 P. 0014 - 0019


Il-Ftehim interim dwar il-kummerċ u l-unjoni doganali

bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

mill-parti l-waħda, u

R-REPUBBLIKA TA' SAN MARINO,

mill-parti l-oħra,

WARA LI KKUNSIDRAW li l-ftehim dwar il-koperazzjoni u l-unjoni doganali ffirmat fi Brussel fis-16 ta' Diċembru 1991 bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino;

WARA LI KKUNSIDRAW illi l-ftehim imsemmi jeħtieġ, minbarra l-approvazzjoni tal-Komunità, ir-ratifika mill-parlamenti nazzjonali li ddewwem l-infurzar tiegħu;

WARA LI KKUNSIDRAW l-importanza li l-Partijiet jagħtu lit-tisħiħ u lill-iżvilupp tar-relazzjonijiet ta' bejniethom, notabbilment fil-qasam kummerċjali u ekonomiku;

WARA LI KKUNSIDRAW illi d-disposizzjonijiet kummerċjali u doganali tal-ftehim imsemmi għandhom jiġu implimentati minnufih permez ta' Ftehim interim,

FTIEHMU DWAR ID-DISPOSIZZJONIJIET LI ĠEJJIN;

IT-TITOLU 1

L-Unjoni Doganali

Artikolu 1

Hija hawnhekk stabbilita unjoni doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino għall-prodotti koperti bil-Kapitoli minn 1 sa 97 tat-Tariffa Doganali Komuni, għajr għall-prodotti li jidħlu fl-iskop tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.

Artikolu 2

1. Id-disposizzjonijiet ta' dan it-Titolu għandhom japplikaw għal:

(a) l-oġġetti prodotti fil-Komunità jew fir-Repubblika ta' San Marino, inklużi dawk miksuba fl-intier tagħhom jew f'parti minnhom mill-prodotti li jiġu minn pajjiżi terzi u jkunu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità jew fir-Repubblika ta' San Marino;

(b) l-oġġetti li jiġu minn pajjiżi terzi u jkunu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità jew fir-Repubbika ta' San Marino.

2. Il-prodotti li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi għandhom jiġu kkunsidrati li jkunu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità jew fir-Repubblika ta' San Marino jekk ikunu ġew imħarsa l-formalitajiet ta' l-importazzjoni u jkunu ġew imposti kull dazju tad-dwana jew piżijiet li jkollhom effett ekwivalenti li jridu jitħallsu, u ma jkun hemm l-ebda rtirar totali jew parzjali ta' dawn id-dazji jew piżijiet rigward il-prodotti msemmija.

Artikolu 3

Id-disposizzjonijiet ta' dan it-Titolu għandhom japplikaw ukoll għall-oġġetti miksuba fil-Komunità jew fir-Repubblika ta' San Marino, li fil-fabbrikazzjoni tagħhom ikunu ġew użati prodotti li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi u li ma jkunux fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa jew fil-Komunità jew fir-Repubblika ta' San Marino.

Madankollu, dawn id-disposizzjonijiet għandhom japplikaw għal dawn l-oġġetti jekk il-Parti Kontraenti esportatur timponi d-dazji tad-dwana stabbiliti fil-Komunità għall-prodotti minn pajjiżi terzi wżati fil-fabbrikazzjoni tagħhom.

Artikolu 4

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom iżommu lura milli bejniethom idaħħlu kull dazju tad-dwana fuq l-importazzjonijiet jew piżijiet li jkollhom effett ekwivalenti.

2. Ir-Repubblika ta' San Marino timpenja ruħha wkoll li ma taġġustax id-dazji msemmija fil-paragrafu 1 kif japplikaw għall-importazzjonijiet mill-Komunità mill-1 ta' Jannar 1991, mingħajr preġudizzju għall-impenji eżistenti bejn ir-Repubblika ta' San Marino u l-Italja skond l-iskambju ta' l-ittri tal-21 ta' Diċembru 1972.

Artikolu 5

1. Il-kummerċ bejn il-Komunità u r-Repubblika ta' San Marino għandu jkun eżentat mid-dazji kollha ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni u mill-piżijiet li jkollhom effett ekwivalwenti, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3.

2. Sabiex fl-1 ta' Jannar 1996, ikunu jistgħu jiġu aboliti l-piżijiet li jkollhom effett ekwivalenti applikati għall-importazzjoni mill-Komunità, ir-Repubblika ta' San Marino tindaħal li tintroduċi, fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, taxxa supplimentari li tikkorrispondi għal dik bħalissa hija imposta fuq l-oġġetti importati, li trid tiġi imposta fuq il-prodotti domestiċi maħsuba għall-konsum tad-dar. It-taxxa supplimentari trid tapplika fis-sħiħ fid-data msemmija hawn fuq. Għandha tapplika bħala miżura ta' kontrobilanċ u għandha tiġi kkalkolata fuq il-valur miżjud tal-prodotti domestiċi b'rati egwali għal dawk applikati fuq l-oġġetti importati ta' kwalità simili.

3. (a) Mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, il-Komunità, għajr għar-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża, għandha ddaħħal l-importazzjonijiet mir-Repubblika ta' San Marino eżentati mid-dazju tad-dwana.

(b) Mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim u matul il-perjodu taż-żmien ta' l-applikazzjoni tiegħu, ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża għandhom japplikaw l-istess dazji fuq l-importazzjonijiet rigward ir-Repubblika ta' San Marino li huma japplikaw bis-saħħa ta' l-Att ta' l-Adeżjoni rigward il-Komunità kif ikkostitwita fil-31 ta' Diċembru 1985.

4. Fil-kummerċ fil-prodotti agrikoli bejn il-Komunità u San Marino, ir-Repubblika ta' San Marino timpejna ruħha li tadotta r-regolamenti Komunitarji veterinarji, tas-saħħa tal-pjanti u tal-kwalità meta meħtieġa għall-funzjonament xieraq tal-Ftehim.

Artikolu 6

1. Mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, ir-Repubblika ta' San Marino għandha tapplika rigward il-pajjiżi mhux membri tal-Komunità:

- it-tariffa Komunitarja tad-dwana,

- il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi li japplikaw għall-materji tad-dwana fil-Komunità u meħtieġa għall-funzjonament xieraq ta' l-unjoni doganali,

- il-politika kummerċjali komuni tal-Komunità,

- ir-regolamenti Komunitarji dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli koperti bl-Anness II tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, bl-eċċezzjoni tar-rifużjonijiet u l-ammonti kumpensatorji mogħtija għall-esportazzjonijiet,

- ir-regolamenti Komunitarji veterinarji, tas-saħħa tal-pjanti u tal-kwalità meta meħtieġa għall-funzjonament xieraq tal-Ftehim.

Id-disposizzjonijiet riferiti f'dan il-paragrafu għandhom ikunu dawk li japplikaw f'dak il-waqt fil-Komunità.

2. Id-disposizzjonijiet riferiti mit-tieni sal-ħames inċiżi tal-paragrafu 1 għandhom ikunu stabbiliti f'iktar dettal mill-Kumitat tal-Koperazzjoni.

3. Bħala deroga mill-ewwel inċiż tal-paragrafu 1, il-pubblikazzjonijiet, ix-xogħlijiet ta' l-arti, il-materjali xjentifiċi u tat-tagħlim, it-tħejjijiet mediċinali u t-tagħmir mediku offruti lill-gvern tar-Repubblika ta' San Marino, l-insinji, il-medalji, il-bolol, il-materjal stampat u l-oġġetti jew il-karti l-oħra simili iddestinati għall-użu mill-gvern għandhom ikunu eżentati mid-dazji tad-dwana.

Artikolu 7

1. (a) Għal perjodu taż-żmien ta' ħames snin mid-dħul is-seħħ tal-Ftehim u għal wara dan il-perjodu taż-żmien jekk ma jkun jista' jintlaħaq l-ebda ftehim skond il-paragrafu (b), ir-Repubblika ta' San Mano għandha tawtorizza lill-Komunità Ekonomika Ewropea, hija u taġixxi f'isem u għar-Repubblika ta' San Marino, li twettaq il-formalitajiet tal-clearance tad-dwana, b'mod partikolari li tirrilaxxja għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa l-prodotti mibgħuta minn pajjiżi terzi lejn San Marino. Dawn il-formalitajiet iridu jiġu effettwati mill-uffiċjali tad-dwani Komunitarji elenkati fl-Anness ma' dan il-Ftehim.

(b) Fit-tmiem ta' dan il-perjodu taż-żmien, u skond l-Artikolu 16, ir-Repubblika ta' San Marino tista' teżerċita d-dritt tagħha li twettaq il-formalitajiet tal-clearance tad-dwana, wara l-qbil tal-Partijiet Kontraenti.

2. Meta d-dazji fuq l-importazzjonijiet jitħallsu fuq l-oġġetti skond il-paragrafi 1, dawn id-dazji għandhom jiġu imposti f'isem ir-Repubblika ta' San Marino. San Marino għandu jindaħal li ma jirrifondix dawn is-somom direttament jew indirettament lill-partijiet interessati, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 4.

3. Il-Kumitat tal-Koperazzjoni għandu jiddeċiedi dwar:

(a) il-bidliet possibbli fil-lista ta' l-uffiċjali tad-dwana kompetenti biex jikklerjaw l-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 u l-proċedura għalbiex iwasslu l-oġġetti msemmija lir-Repubblika ta' San Marino;

(b) il-ftehim sabiex jiġu assenjati lill-Ministru tal-Finanzi ta' San Marino l-ammonti miġbura skond il-paragrafu 2, u l-perċentwal li jrid jiġi mnaqqas mill-Komunità Ekonomika Ewropea sabiex ikopri l-ispejjeż amministrattivi skond ir-regolamenti rilevanti fis-seħħ ġewwa l-Komunità;

(ċ) kull arranġament ieħor meħtieġ għall-implimentazzjoni xierqa ta' dan l-Artikolu.

4. It-taxxi u l-imposti fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti agrikoli jistgħu jintużaw mir-Repubblika ta' San Marino sabiex jgħinu l-produzzjoni jew l-esportazzjonijiet. Madankollu, San Marino jimpenja ruħu li jagħti rifużjonijiet jew ammonti kumpensatorji ogħla fuq l-esportazzjonijiet minn dawk konċessi mill-Komunità Ekonomika Ewropea għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

Artikolu 8

Mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, għandhom jiġu pprojbiti r-restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijet u l-miżuri kollha li jkollhom effett ekwivalenti bejn il-Komunità u r-Repubblika ta' San Marino.

Artikolu 9

Dan il-Ftehim ma għandux jipprekludi projibizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet jew fuq l-oġġetti fi transitu ġġustifikati fuq raġunijiet ta' moralità pubblika, ta' politika pubblika jew ta' sigurtà pubblika; il-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-bniedem, ta' l-annimali jew tal-pjanti; il-protezzjoni ta' teżori nazzjonali ta' valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku; il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali; jew il-kontrolli li għandhom x'jaqsmu mad-deheb u l-fidda. Dawn il-projibizzjonijiet jew restrizzjonijiet ma għandhomx, madankollu, jikkostitwixxu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni ttravestita dwar il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 10

Il-Partijiet Kontraenti għandhom iżommu lura minn kull miżura ta' taxxa domestika jew prattika li twassal b'mod dirett jew indirett għal diskriminazzjoni bejn il-prodotti ta' Parti Kontraenti u prodotti simili mill-Parti Kontraenti l-oħra.

Il-prodotti li jridu jintbagħtu lejn it-territorju ta' waħda mill-Partijiet Kontraenti ma għandhomx ikunu eliġibbli għal rifużjoni tal-piżijiet domestiċi li jkunu ogħla mill-piżijiet li jkunu ġew imposti b'mod dirett jew indirett.

Artikolu 11

1. Jekk jinħolqu disturbanzi serji f'settur ta' l-ekonomija ta' waħda mill-Partijiet Kontraenti, il-Parti Kontraentri interessata tista' tieħu l-passi meħtieġa tas-salvagward skond il-proċeduri, u bla ħsara għal-kondizzjonijiet, tal-paragrafi ta' hawn taħt.

2. Fil-każ riferit fil-paragrafu 1, qabel tieħu l-miżuri pprovvduti fih jew, fil-każijiet koperti bil-paragrafu 3, malajr kemm jista' jkun, il-Parti Kontraenti fil-kwistjoni għandha tipprovdi lill-Kumitat tal-Koperazzjoni t-tagħrif kollu rilevanti meħtieġ għal eżami bir-reqqa tas-sitwazzjoni bil-ħsieb li titfittex soluzzjoni aċċettabbli għall-Partijiet Kontraenti. Fuq it-talba tal-Parti Kontraenti l-oħra, għandhom isiru konsultazzjonijiet ġewwa l-Kumitat tal-Koperazzjoni qabel ma l-Parti Kontraenti interessata tieħu mżuri approprjati.

3. Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jeħtieġu azzjoni immedjata li tagħmel l-eżami minn qabel imposibbli, il-Parti Kontraenti interessata tista' tapplika minnufih dawk il-miżuri prekawzjonarji li huma meħtieġa b'mod strett sabiex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni.

4. Fil-miżuri tal-għażla, għandha tingħata l-prijorità lil dawk li l-inqas ifixklu l-funzjonament ta' dan il-Ftehim. Dawn il-miżuri ma jridux jaqbżu l-limiti ta' dak li hu meħtieġ b'mod strett sabiex jikkontrobbati d-diffikultajiet li jkunu qamu.

Għandhom jiġu nnotifikati minnufih il-miżuri tas-salvagward lill-Kumitat tal-Koperazzjoni, li għandu jżomm konsultazzjonijiet regolari dwarhom, b'mod partikolari bil-ħsieb ta' l-abolizzjoni tagħhom malajr daqskemm jippermettu ċ-ċirkostanzi.

Artikolu 12

1. B'żieda mal-koperazzjoni pprovvduta fl-Artikolu 13(8), l-awtoritajiet amministrattivi tal-Partijiet Kontraenti responsabbli mill-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom jassistu lil xulxin f'każijiet oħra sabiex jiżguraw it-tħaris tad-disposizzjonijiet.

2. Il-proċeduri sabiex jiġi applikat il-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti mill-Kumitat tal-Koperazzjoni.

IT-TITOLU II

Disposizzjonijiet ġenerali u finali

Artikolu 13

1. Huwa hawnhekk stabbilit Kumitat tal-Koperazzjoni bir-responsabbilta li jamministra dan il-Ftehim u jiżgura li jiġi implimentat kif jixraq. Għal dan il-fini għandu jifformula rakkommandazzjonijiet. Għandu jieħu d-deċiżjonijit fil-każijiet ipprovvduti f'dan il-Ftehim. Id-deċiżjonijiet għandhom jitwettqu mill-Partijiet Kontraenti skond il-proċeduri tagħhom infushom.

2. Bil-ħsieb ta' l-implimentazzjoni xierqa ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet Kontraenti għandhom iwettqu skambji tat-tagħrif u, fuq it-talba tal-waħda jew l-oħra miż-żewġ Partijiet, għandhom jikkonsultaw flimkien fil-Kumitat tal-Koperazzjoni.

3. Il-Kumitat tal-Koperazzjoni għandu jfassal ir-regoli tiegħu ta' proċedura.

4. Il-Kumitat tal-Koperazzjoni għandu jkun kompost, mill-banda l-waħda, mir-rappreżentanti tal-Komunità u, mill-banda l-oħra, mir-rappreżentanti tar-Repubblika ta' San Marino.

5. Il-Kumitat tal-Koperazzjoni għandu jieħu d-deċiżjonijiet bi qbil komuni.

6. Il-Kumitat tal-Koperazzjoni għandu jkun ippresjedut minn kull waħda mill-Partijiet Kontraenti wara xulxin, skond l-arranġameni li jridu jiġu stabbiliti fir-regoli tiegħu ta' proċedura.

7. Il-Kumitat tal-Koperazzjoni għandu jiltaqa' fuq it-talba tal-waħda jew l-oħra miż-żewġ Partijiet Kontraenti, li trid tiġi mgħarrfa mill-inqas xahar qabel id-data tal-laqgħa maħsuba. Meta l-Kumitat jiltaqa' skond l-Artikolu 11, għandu jiltaqa' fi żmien tmien tijiem tax-xogħol mid-data li fiha tiġi ddepożitata t-talba.

8. Skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 1, il-Kumitat tal-Koperazzjoni għandu jistabbilixxi l-metodi tal-koperazzjoni amministrattivi bil-għan li jiġu applikati l-Artikoli 2 u 3, billi jieħu bħala bażi l-metodi adottati mill-Komunità rigward il-kummerċ fl-oġġetti bejn l-Istati Membri.

Artikolu 14

1. Kull kontroversja li tqum bejn il-Partijiet Kontraenti dwar l-interpretazzjoni tal-Ftehim għandha titressaq quddiem il-Kumitat tal-Koperazzjoni.

2. Jekk il-Kumitat tal-Koperazzjoni ma jirnexxilux isolvi l-kontroversja fil-laqgħa tiegħu li tkun tmiss, kull waħda mill-Partijiet tista' tinnotifika lill-Parti l-oħra bin-nomina ta' arbitratur; il-Parti l-oħra tkun imbagħad meħtieġa li tinnomina t-tieni arbitratur fi żmien xahrejn.

Il-Kunsill tal-Koperazzjoni għandu jinnomina it-tielet arbitratur.

Id-deċiżjonijiet ta' l-arbitraturi għandhom jittieħdu b'vot ta' maġġoranza.

Kull waħda mill-Partijiet fil-kontroversja għandha tkun meħtieġa li tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura l-applikazzjoni tad-deċiżjoni ta' l-arbitraturi.

Artikolu 15

Fil-kummerċ kopert b'dan il-Ftehim:

- l-arranġamenti applikati mir-Repubblika ta' San Marino rigward il-Komunità ma għandhom joħolqu l-ebda diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri, iċ-ċittadini tagħhom, jew il-kumpaniji tagħhom,

- l-arranġamenti applikati mill-Komunità rigward ir-Repubblika ta' San Marino ma għandhom joħolqu l-ebda diskriminzzjoni bejn iċ-ċittadini, jew il-kumpaniji ta' San Marino.

Artikolu 16

Dan il-Ftehim huwa konkluż għal tul taż-żmien mingħajr limitu.

F'mhux inqas minn ħames snin mid-dħul tiegħu fis-seħħ, iż-żewġ Partijiet għandhom jaqblu li jeżaminaw ir-riżultati ta' l-applikazzjoni tiegħu u, jekk meħtieġ, jiftħu negozjati dwar l-emenda tiegħu fid-dawl ta' dan l-eżami.

Artikolu 17

Il-waħda jew l-oħra miż-żewġ Partijiet Kontraenti tista' tirrinunzja għal dan il-Ftehim billi tinnotifka lill-Parti Kontraenti l-oħra bil-miktub.

F'dan il-każ, il-Ftehim għandu jieqaf milli jkollu effett sitt xhur wara d-data ta' din in-notifika.

Artikolu 18

Dan il-Ftehim għandu japplika, mill-banda l-waħda, għat-territorji li fihom jiġi applikat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan it-Trattat u, mill-banda l-oħra, għat-territorju tar-Repubblika ta' San Marino.

Artikolu 19

Dan il-Ftehim irid jiġi approvat mill-Partijiet Kontraenti skond il-proċeduri tagħhom infushom.

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara n-notifika illi jkunu tħarsu l-proċeduri msemmija fl-ewwel sub-paragrafu.

Għandu jieqaf milli jibqa' japplika jekk jibda jopera l-ftehim dwar il-koperazzjoni u l-unjoni doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino, iffirmat fis-16 ta' Diċembru 1991.

Artikolu 20

L-Anness ma' dan il-Ftehim għandu jifforma parti integrali minnu, kif għandhom ukoll iż-żewġ dikjarazzjonijiet li huma mehmuża.

Artikolu 21

Dan il-Ftehim għandu jiġi mfassal f'kopji doppji fil-lsien Daniż, Olandiż, Ingliż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Taljan, Portuġiż u Spanjol, b'kull wieħed mit-testi awtentiku ndaqs.

Hecho en Bruselas, el veintisiete de noviembre de mil novecientos noventa y dos.Udfærdiget i Bruxelles, den syvogtyvende november nitten hundrede og tooghalvfems.Geschehen zu Brüssel am siebenundzwanzigsten November neunzehnhundertzweiundneunzig.Εγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι επτά Νοεμβρίου χίλια εννιακόσια ενενήντα δύο.Done at Brussels on the twenty-seventh day of November in the year one thousand nine hundred and ninety-two.Fait à Bruxelles, le vingt-sept novembre mil neuf cent quatre-vingt-douze.Fatto a Bruxelles, addì ventisette novembre millenovecentonovantadue.Gedaan te Brussel, de zevenentwintigste november negentienhonderd tweeënnegentig.Feito em Bruxelas, em vinte e sete de Novembro de mil novecentos e noventa e dois.

Por el Consejo de las Comunidades EuropeasFor Rådet for De Europæiske FællesskaberFür den Rat der Europäischen GemeinschaftenΓια το Συμβούλιο των Ευρωπαϊκών ΚοινοτήτωνFor the Council of the European CommunitiesPour le Conseil des Communautés européennesPer il Consiglio delle Comunità europeeVoor de Raad van de Europese GemeenschappenPelo Conselho das Comunidades Europeias

+++++ TIFF +++++

Por la República de San MarinoFor Republikken San MarinoFür die Republik San MarinoΓια τη Δημοκρατία του Αγίου ΜαρίνουFor the Republic of San MarinoPour la république de Saint-MarinPer la Repubblica di San MarinoVoor de Republiek San MarinoPela República de São Marinho

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Il-lista ta' l-uffiċċji tad-dwana msemmija fl-Artikolu 7 (1) (a):

- LIVORNO

- RAVENNA

- RIMINI

- FORLÌ (CESENA)

- TRIESTE.

--------------------------------------------------

Top