Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12005SPN04/A

Protokoll dwar il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea - Anness IV:Lista msemmija fl-Artikolu 17 tal-Protokoll: adattamenti supplementari lil atti adottati mill-istituzzjonijiet - Agrikoltura - A.Leġislazzjoni agrikola

ĠU L 157, 21.6.2005, p. 89–92 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

12005SPN04/A

Protokoll dwar il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea - Anness IV:Lista msemmija fl-Artikolu 17 tal-Protokoll: adattamenti supplementari lil atti adottati mill-istituzzjonijiet - Agrikoltura - A.Leġislazzjoni agrikola

Official Journal L 157 , 21/06/2005 P. 0089 - 0092


A. LEĠISLAZZJONI AGRIKOLA

1. Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa, Parti III, Titolu III, Kapitolu III, Sezzjoni 4, Agrikoltura u Sajd

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew, għandu jemenda r-Regolament li jiggverna l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor sabiex jittieħed kont ta' l-ade żjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b'hekk jiġu adattati l-kwoti taz-zokkor u ta' l-isoglukosju, u l-ħtiġijiet massimi ta' forniment għall-importazzjonijiet ta' zokkor mhux raffinat, kif stabbilit fl-iskeda li ġejja li tista' tiġi adattata bl-istess mod bħall-kwoti għall-Istati Membri attwali, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipji u l-għanijiet ta' l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor fis-seħħ f'dak iżżmien.

Kwantitajiet miftiehma

(f'tunnellati metriċi) |

| Bulgarija | Rumanija |

Kwantità bażika għaz-zokkor [1] | 4752 | 109164 |

li minnha: A | 4320 | 99240 |

B | 432 | 9924 |

Ħtiġijiet massimi ta' forniment (espressi f'zokkor abjad) għall-importazzjonijiet ta' zokkor mhux raffinat | 198748 | 329636 |

Kwantità bażika għall-isoglukosju [2] | 56063 | 9981 |

li minnha: A | 56063 | 9790 |

B | 0 | 191 |

Jekk jiġi mitlub mill-Bulgarija fl-2006, il-kwantitajiet bażiċi għaz-zokkor A u B hawn fuq imsemmija għandhom jiġu trasferiti għall-kwantitajiet bażiċi għall-isoglukosju A u B rispettivi tal-Bulgarija.

2. 31998 R 2848: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2848/98 tat- 22 ta' Diċembru 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2075/92 dwar l-iskema ta' premium, kwoti ta' produzzjoni u l-għajnuna speċifika li għandha tingħata lill-gruppi ta' produtturi fis-settur tat-tabakk mhux maħdum (ĠU L 358, 31.12.1998, p. 17), kif emendat bi:

- 31999 R 0510: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 510/1999 tat- 8.3.1999 (ĠU L 60, 9.3.1999, p. 54),

- 31999 R 0731: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 731/1999 tas- 7.4.1999 (ĠU L 93, 8.4.1999, p. 20),

- 31999 R 1373: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1373/1999 tal- 25.6.1999 (ĠU L 162, 26.6.1999, p. 47),

- 31999 R 2162: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2162/1999 tat- 12.10.1999 (ĠU L 265, 13.10.1999, p. 13),

- 31999 R 2637: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2637/1999 ta' l- 14.12.1999 (ĠU L 323, 15.12.1999, p. 8),

- 32000 R 0531: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 531/2000 ta' l- 10.3.2000 (ĠU L 64, 11.3.2000, p. 13),

- 32000 R 0909: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 909/2000 tat- 2.5.2000 (ĠU L 105, 3.5.2000, p. 18),

- 32000 R 1249: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1249/2000 tal- 15.6.2000 (ĠU L 142, 16.6.2000, p. 3),

- 32001 R 0385: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 385/2001 tas- 26.2.2001 (ĠU L 57, 27.2.2001, p. 18),

- 32001 R 1441: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1441/2001 tas- 16.7.2001 (ĠU L 193, 17.7.2001, p. 5),

- 32002 R 0486: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 486/2002 tat- 18.3.2002 (ĠU L 76, 19.3.2002, p. 9),

- 32002 R 1005: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1005/2002 tat- 12.06.2002 (ĠU L 153, 13.6.2002, p. 3),

- 32002 R 1501: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1501/2002 tat- 22.08.2002 (ĠU L 227, 23.8.2002, p. 16),

- 32002 R 1983: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1983/2002 tas- 7.11.2002 (ĠU L 306, 8.11.2002, p. 8),

- 32004 R 1809: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1809/2004 tat- 18.10.2004 (ĠU L 318, 19.10.2004, p. 18).

Fejn ikun il-każ u bl-użu tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2075/92 tat- 30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tat-tabakk mhux ipproċessat [3], il-Kummissjoni għandha sa l-adeżjoni tadotta l-emendi neċessarji għal-lista Komunitarja taż-żoni ta' produzzjoni rikonoxxuti stabbiliti fl-Anness II mar-Regolament (KE) Nru. 2848/98, sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, b'mod partikolari bil-ħsieb li jiġu inseriti f'dik il-lista ż-żoni ta' produzzjoni tat-tabakk indikati Bulgari u Rumeni.

3. 32003 R 1782: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1782/2003 tad- 29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru. 2019/93, (KE) Nru. 1452/2001, (KE) Nru. 1453/2001, (KE) Nru. 1454/2001, (KE) Nru. 1868/94, (KE) Nru. 1251/1999, (KE) Nru. 1254/1999, (KE) Nru. 1673/2000, (KEE) Nru. 2358/71, u (KE) Nru. 2529/2001 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1), kif emendat bi:

- 32004 R 0021: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 21/2004 tas- 17.12.2003 (ĠU L 5, 21.3.2001, p. 8),

- 32004 R 0583: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 583/2004 tat- 22.3.2004 (ĠU L 91, 30.3.2004, p. 1),

- 32004 D 0281: Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/281/KE tat- 22.3.2004 (ĠU L 93, 30.3.2004, p. 1),

- 32004 R 0864: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 864/2004 tad- 29.4.2004 (ĠU L 161, 30.4.2004, p. 48).

(a) Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew, għandu jadotta d-disposizzjonijiet neċessarji għall-Bulgarija u għar-Rumanija sabiex l-għajnuna għaż-żrieragħ tiġi integrata fl-iskemi ta' appoġġ stabbiliti fit-Titolu III, Kapitolu 6, u Titolu IV A tar-Regolament (KE) Nru. 1782/2003.

(i) Dawn id-disposizzjonijiet sejrin jinkludu emenda lill-Anness XIA "Limiti massimi ta' l-għajnuna għaż-żrieragħ fl-Istati Membri l-ġodda msemmija fl-Artikolu 99(3)" tar-Regolament (KE) Nru. 1782/2003, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 583/2004, kif ġej:

"

"ANNESS XIA

Limiti massimi ta' l-għajnuna għaż-żrieragħ fl-Istati Membri l-ġodda msemmija fl-Artikolu 99(3)

(EUR miljuni) |

Sena Kalendarja | Bulgarija | Repub blika Ċeka | Estonja | Ċipru | Latvja | Litwanja | Ungerija | Malta | Polonja | Rumanija | Slovenja | Slovakkja |

2005 | - | 0,87 | 0,04 | 0,03 | 0,10 | 0,10 | 0,78 | 0,03 | 0,56 | - | 0,08 | 0,04 |

2006 | - | 1,02 | 0,04 | 0,03 | 0,12 | 0,12 | 0,90 | 0,03 | 0,65 | - | 0,10 | 0,04 |

2007 | 0,11 | 1,17 | 0,05 | 0,04 | 0,14 | 0,14 | 1,03 | 0,04 | 0,74 | 0,19 | 0,11 | 0,05 |

2008 | 0,13 | 1,46 | 0,06 | 0,05 | 0,17 | 0,17 | 1,29 | 0,05 | 0,93 | 0,23 | 0,14 | 0,06 |

2009 | 0,15 | 1,75 | 0,07 | 0,06 | 0,21 | 0,21 | 1,55 | 0,06 | 1,11 | 0,26 | 0,17 | 0,07 |

2010 | 0,17 | 2,04 | 0,08 | 0,07 | 0,24 | 0,24 | 1,81 | 0,07 | 1,30 | 0,30 | 0,19 | 0,08 |

2011 | 0,22 | 2,33 | 0,10 | 0,08 | 0,28 | 0,28 | 2,07 | 0,08 | 1,48 | 0,38 | 0,22 | 0,09 |

2012 | 0,26 | 2,62 | 0,11 | 0,09 | 0,31 | 0,31 | 2,33 | 0,09 | 1,67 | 0,45 | 0,25 | 0,11 |

2013 | 0,30 | 2,91 | 0,12 | 0,10 | 0,35 | 0,35 | 2,59 | 0,10 | 1,85 | 0,53 | 0,28 | 0,12 |

2014 | 0,34 | 2,91 | 0,12 | 0,10 | 0,35 | 0,35 | 2,59 | 0,10 | 1,85 | 0,60 | 0,28 | 0,12 |

2015 | 0,39 | 2,91 | 0,12 | 0,10 | 0,35 | 0,35 | 2,59 | 0,10 | 1,85 | 0,68 | 0,28 | 0,12 |

2016 | 0,43 | 2,91 | 0,12 | 0,10 | 0,35 | 0,35 | 2,59 | 0,10 | 1,85 | 0,75 | 0,28 | 0,12 |

snin sussegwenti | 0,43 | 2,91 | 0,12 | 0,10 | 0,35 | 0,35 | 2,59 | 0,10 | 1,85 | 0,75 | 0,28 | 0,12" |

"

(ii) L-allokazzjoni ta' kwantitajiet massimi nazzjonali ta' żrieragħ li fuqhom hija pagabbli l-għajnuna hija kif ġej:

Allokazzjoni miftiehma ta' kwantitajiet massimi nazzjonali ta' żrieragħ li fuqhom hija pagabbli l-għajnuna

(f'tunnellati metriċi) |

| Bulgarija | Rumanija |

Żerriegħa tar-ross (Oryza sativa L.) | 883,2 | 100 |

Żerriegħa oħra barra ż-żerriegħa tar-ross | 936 | 2294 |

(b) Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, għandu jadotta d-disposizzjonijiet meħtieġa għall-Bulgarija u r-Rumanija sabiex l-għajnuna għat-tabakk tiġi integrata fl-iskemi ta' appoġġ stabbiliti fit-Titolu III, Kapitolu 6, u t-Titolu IV A tar-Regolament (KE) Nru. 1782/2003.

L-allokazzjoni miftiehma tal-limiti ta' garanzija nazzjonali għat-tabakk hija kif ġej:

Allokazzjoni miftiehma tal-limiti ta' garanzija nazzjonali għat-tabakk

(f'tunnellati metriċi) |

| Bulgarija | Rumanija |

Total li minnu: | 47137 | 12312 |

I Flue-cured | 9023 | 4647 |

II Light air-cured | 3208 | 2370 |

V Sun-cured | | 5295 |

VI Basmas | 31106 | |

VIII Kaba Koulak | 3800 | |

[1] F'tunnellati metriċi ta' zokkor abjad.

[2] F'tunnellati metriċi ta' materjal niexef.

[3] ĠU L 215, 30.7.1992, p. 70.

--------------------------------------------------

Top