EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12005SAN06/10/A

Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea - Anness VI:Lista msemmija fl-Artikolu 23 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni: disposizzjonijiet transitorji, Bulgarija - 10.L-Ambjent - A.Il-kwalità ta' l-arja

ĠU L 157, 21.6.2005, p. 292–293 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

12005SAN06/10/A

Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea - Anness VI:Lista msemmija fl-Artikolu 23 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni: disposizzjonijiet transitorji, Bulgarija - 10.L-Ambjent - A.Il-kwalità ta' l-arja

Official Journal L 157 , 21/06/2005 P. 0292 - 0293


A. IL-KWALITÀ TA' L-ARJA

1. 31994 L 0063: Direttiva 94/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Diċembru 1994 dwar il-kontroll ta' emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili (VOC)li jirriżultaw mill-ħażna tal-petrol u d-distribuzzjoni tiegħu minn terminals għall-istazzjonijiet tas-servizz (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 24), kif emendata bi:

- 32003 R 1882: Regolament Nru. 1882/2003 (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 29.9.2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(a) B'deroga mill-Artikolu 3 u mill-Anness I mad-Direttiva 94/63/KE, il-ħtiġijiet għal installazzjonijet eżistenti ta' ħażna f'terminali ma għandhomx japplikaw fil-Bulgarija:

- sal- 31 ta' Diċembru 2007 għal installazzjonijiet ta' ħażna f'6 terminali b'ammont mgħobbi ta' petrol ipproċessat ta' iktar minn 25000 tunnellata metrika fis-sena iżda anqas minn jew ugwali għal 50000 tunnellata metrika fis-sena;

- sal- 31 ta' Diċembru 2009 għal installazzjonijiet ta' ħażna fi 19-il terminal b'ammont mgħobbi ta' petrol ipproċessat ta' anqas minn jew ugwali għal 25000 tunnellata metrika fis-sena.

(b) B'deroga mill-Artikolu 4 u mill-Anness II mad-Direttiva 94/63/KE, il-ħtiġijiet għat-tagħbija u għall-ħatt ta' kontenituri mobbli eżistenti f'terminali ma għandhomx japplikaw fil-Bulgarija:

- sal- 31 ta' Diċembru 2007 għal 12-il terminal b'ammont mgħobbi ta' petrol ipproċessat ta' iktar minn 25000 tunnellata metrika fis-sena iżda anqas minn jew ugwali għal 150000 tunnellata metrika fis-sena;

- sal- 31 ta' Diċembru 2009 għal 29 terminal b'ammont mgħobbi ta' petrol ipproċessat ta' anqas minn jew ugwali għal 25000 tunnellata metrika fis-sena.

(ċ) B'deroga mill-Artikolu 5 u mill-Anness 5 mad-Direttiva 94/63/KE, il-ħtiġijiet għal kontenituri mobbli eżistenti f'terminali ma għandhomx japplikaw fil-Bulgarija:

- sal- 31 ta' Diċembru 2007 għal 50 tanker tat-triq;

- sal- 31 ta' Diċembru 2009 għal 466 tanker oħra tat-triq.

(d) B'deroga mill-Artikolu 6 u mill-Anness III mad-Direttiva 94/63/KE, il-ħtiġijiet għat-tagħbija f'installazzjonijet eżistenti ta' ħażna fi stazzjonijiet tas-servizz ma għandhomx japplikaw fil-Bulgarija:

- sal- 31 ta' Diċembru 2007 għal 355 stazzjon tas-servizz b'ammont ta' petrol ipproċessat ta' iktar minn 500m3 fis-sena iżda ta' anqas minn jew ugwali għal 1000 m3 fis-sena;

- sal- 31 ta' Diċembru 2009 għal 653 stazzjon tas-servizz b'ammont ta' petrol ipproċessat ta' anqas minn jew ugwali għal 500m3 fis-sena;

2. 31999 L 0032: Direttiva 1999/32/KE tal-Kunsill tas- 26 ta' April 1999 dwar il-kontenut tal-kubrit ta' ċerti karburanti likwidi, li temenda d-Direttiva 93/12/KEE (ĠU L 121, 11.5.1999, p. 13), kif emendata bi:

- 32003 R 1882: Regolament Nru. 1882/2003 (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 29.9.2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(a) B'deroga mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 1999/32/KE, il-ħtiġijiet għall-kontenut ta' kubrit ta' żjut kombustibbli tqal ma għandhomx japplikaw fil-Bulgarija sal- 31 ta'Diċembru 2011 għall-użu lokali. Matul dan il-perjodu transitorju l-kontenut ta' kubrit ma għandux jaqbeż it-3,00 % tal-massa.

(b) B'deroga mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 1999/32/KE, il-ħtiġijiet għall-kontenut ta' kubrit ta' żjut tal-gass ma għandhomx japplikaw fil-Bulgarija sal- 31 ta' Diċembru 2009 għall-użu lokali. Matul dan il-perjodu transitorju l-kontenut ta' kubrit ma għandux jaqbeż iż-0,20 % tal-massa.

--------------------------------------------------

Top