EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12005SAN01

Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea - Anness I:Lista ta' konvenzjonijiet u protokolli li magħhom jaderixxu l-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-adeżjoni (msemmija fl-Artikolu 3(3) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni)

ĠU L 157, 21.6.2005, p. 221–223 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/acc_2005/act_1/anx_1/sign

12005SAN01

Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea - Anness I:Lista ta' konvenzjonijiet u protokolli li magħhom jaderixxu l-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-adeżjoni (msemmija fl-Artikolu 3(3) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni)

Official Journal L 157 , 21/06/2005 P. 0221 - 0223


ANNESS I

Lista ta' konvenzjonijiet u ta' protokolli li magħhom jaderixxu l-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-adeżjoni (msemmija fl-Artikolu 3(3) ta' l-Att ta' l-Adezjoni)

1. Il-Konvenzjoni tad- 19 ta' Ġunju 1980 dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali miftuħa għall-firma f'Ruma fid- 19 ta' Ġunju 1980 (ĠU L 266, 9.10.1980, p. 1)

- Il-Konvenzjoni ta' l- 10 ta' April 1984 dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika mal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firma f'Ruma fid- 19 ta' Ġunju 1980 (ĠU L 146, 31.5.1984, p. 1)

- L-Ewwel Protokoll tad- 19 ta' Diċembru 1988 dwar l-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firma f'Ruma fid- 19 ta' Ġunju 1980 (ĠU L 48, 20.2.1989, p. 1)

- It-Tieni Protokoll tad- 19 ta' Diċembru 1988 li jagħti lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej ċerti setgħat biex tinterpreta l-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firma f'Ruma fid- 19 ta' Ġunju 1980 (ĠU L 48, 20.2.1989, p. 17)

- Il-Konvenzjoni tat- 18 ta' Mejju 1992 dwar l-adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża mal-Konvenzjoni dwar il-Liġi applikabbli għal Obbligi Kuntrattwali, miftuħa għall-firma f'Ruma fid- 19 ta' Ġunju 1980 (ĠU L 333, 18.11.1992, p. 1)

- Il-Konvenzjoni tad- 29 ta' Novembru 1996 dwar l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju ta' l-Isvezja mal-Konvenzjoni dwar il-Liġi applikabbli għal Obbligi Kuntrattwali, miftuħa għall-firma f'Ruma fid- 19 ta' Ġunju 1980, u għall-Ewwel u t-Tieni Protokolli dwar l-interpretazzjoni tagħha mill-Qorti tal-Ġustizzja (ĠU C 15, 15.1.1997, p. 10)

2. Il-Konvenzjoni tat- 23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati (ĠU L 225, 20.8.1990, p. 10)

- Il-Konvenzjoni tal- 21 ta' Diċembru 1995 dwar l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju ta' l-Isvezja mal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja f' konnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati (ĠU C 26, 31.1.1996, p. 1)

- Il-Protokoll tal- 25 ta' Mejju 1999 li jemenda l-Konvenzjoni tat- 23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja f' konnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati (ĠU C 202, 16.7.1999, p. 1)

3. Il-Konvenzjoni tas- 26 ta' Lulju 1995, imfassla abbażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU C 316, 27.11.1995, p. 49)

- Il-Protokoll tas- 27 ta' Settembru 1996, imfassal abbażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU C 313, 23.10.1996, p. 2)

- Il-Protokoll tad- 29 ta' Novembru 1996, imfassal abbażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-interpretazzjoni, bħala deċiżjonijiet preliminari, mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU C 151, 20.5.1997, p. 2)

- It-Tieni Protokoll tad- 19 ta' Ġunju 1997, imfassal abbażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni, dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU C 221, 19.7.1997, p. 12)

4. Il-Konvenzjoni tas- 26 ta' Lulju 1995, bażata fuq l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-istabbiliment ta' Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni ta' l-Europol) (ĠU C 316, 27.11.1995, p. 2)

- Il-Protokoll ta' l- 24 ta' Lulju 1996, imfassal abbażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-interpretazzjoni, bħala deċiżjonijiet preliminari, mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tal-Konvenzjoni dwar l-istabbiliment ta' Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (ĠU C 299, 9.10.1996, p. 2)

- Il-Protokoll tad- 19 ta' Ġunju 1997, imfassal abbażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u ta' l-Artikolu 41 (3) tal-Konvenzjoni ta' l-Europol, dwar il-privileġġi u l-immunitajiet ta' l-Europol, tal-membri ta' l-organi tiegħu, tal-viċi diretturi u impjegati ta' l-Europol (ĠU C 221, 19.7.1997, p. 2)

- Il-Protokoll tat- 30 ta' Novembru 2000, imfassal abbażi ta' l-Artikolu 43(1) tal-Konvenzjoni dwar l-istabbiliment ta' Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni ta' l-Europol) li jemenda l-Artikolu 2 u l-Anness għal dik il-Konvenzjoni (ĠU C 358, 13.12.2000, p. 2)

- Il-Protokoll tat- 28 ta' Novembru 2002 li jemenda l-Konvenzjoni dwar l-istabbiliment ta' Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni ta' l-Europol) u l-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet ta' l-Europol, tal-membri ta' l-organi tiegħu, tal-viċi diretturi u impjegati ta' l-Europol (ĠU C 312, 16.12.2002, p. 2)

- Il-Protokoll tas- 27 ta' Novembru 2003, imfassal abbażi ta' l-Artikolu 43(1) tal-Konvenzjoni dwar l-Istabbiliment ta' Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni ta' l-Europol) li jemenda dik il-Konvenzjoni (ĠU Ċ 2, 6.1.2004, p. 3)

5. Il-Konvenzjoni tas- 26 ta' Lulju 1995, imfassla abbażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-użu tat-teknoloġija ta' l-informatika għal finijiet doganali (ĠU C 316, 27.11.1995, p. 34)

- Il-Protokoll tad- 29 ta' Novembru 1996, imfassal abbażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-interpretazzjoni, bħala deċiżjonijiet preliminari, mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tal-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija ta' l-informatika għal finijiet doganali (ĠU C 151, 20.5.1997, p. 16)

- Il-Protokoll tat- 12 ta' Marzu 1999, imfassal abbażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-iskop tal-laundering tar-rikavati fil-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija ta' l-informatika għal finijiet doganali u l-inklużjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tal-mezzi ta' trasport fil-Konvenzjoni (ĠU C 91, 31.3.1999, p. 2)

- Il-Protokoll tat- 8 ta' Mejju 2003, stabbilit skond l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li jemenda, fir-rigward tal-ħolqien ta' database għall-identifikazzjoni ta' dokumenti doganali, il-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija ta' l-informatika għal finijiet doganali (ĠU C 139, 13.6.2003, p. 2)

6. Il-Konvenzjoni tas- 26 ta' Mejju 1997, imfassla abbażi ta' l-Artikolu K.3(2)(ċ) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (ĠU C 195, 25.6.1997, p. 2)

7. Il-Konvenzjoni tat- 18 ta' Diċembru 1997, imfassla abbażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar assistenza u koperazzjoni reċiproka bejn amministrazzjonijiet doganali (ĠU C 24, 23.1.1998, p. 2)

8. Il-Konvenzjoni tas- 17 ta' Ġunju 1998, imfassla abbażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar skwalifiki tas-sewqan (ĠU C 216, 10.7.1998, p. 2)

9. Il-Konvenzjoni tad- 29 ta' Mejju 2000, stabbilita mill-Kunsill skond l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-Assistenza Reċiproka fi Kwistjonijiet Kriminali bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (ĠU C 197, 12.7.2000, p. 3)

- Il-Protokoll tas- 16 ta' Ottubru 2001, stabbilit mill-Kunsill skond l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Reċiproka fi Kwistjonijiet Kriminali bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (ĠU C 326, 21.11.2001, p. 2)

--------------------------------------------------

Top