Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12005SA041

    Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea - IR-RABA' PARTI: DISPOSIZZJONIJIET TEMPORANJI - TITOLU IV:DISPOSIZZJONIJIET OħRA - Artikolu 41

    ĠU L 157, 21.6.2005, p. 217–217 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/acc_2005/act_1/art_41/sign

    12005SA041

    Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea - IR-RABA' PARTI: DISPOSIZZJONIJIET TEMPORANJI - TITOLU IV:DISPOSIZZJONIJIET OħRA - Artikolu 41

    Official Journal L 157 , 21/06/2005 P. 0217 - 0217


    Artikolu 41

    Jekk ikunu meħtieġa miżuri transitorji sabiex tiġi faċilitata t-transizzjoni mir-reġim eżistenti fil-Bulgarija u fir-Rumanija għal dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-politika agrikola komuni taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Att, tali miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1784/2003 tad- 29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur taċ-ċereali [18], jew, kif xieraq, fl-Artikoli korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli jew il-proċedura rilevanti kif determinata fil-leġislazzjoni applikabbli. Il-miżuri transitorji msemmija f'dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati matul perjodu ta' tliet snin wara d-data ta' l-adeżjoni u l-applikazzjoni tagħhom għandha tkun limitata għal dak il-perjodu. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, jista' jestendi dan il-perjodu.

    Il-miżuri transitorji relatati ma' l-implimentazzjoni ta' l-istrumenti dwar il-politika agrikola komuni li mhumiex speċifikati f'dan l-Att li huma meħtieġa b'riżultat ta' l-adeżjoni għandhom jiġu adottati qabel id-data ta' l-adeżjoni mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni jew, fejn jolqtu strumenti li kienu inizjalment adottati mill-Kummissjoni, għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura meħtieġa għall-adozzjoni ta' l-istrumenti in kwistjoni.

    [18] ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78.

    --------------------------------------------------

    Top