Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12005SA004

    Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea - L-EWWEL PARTI: PRINĊIPJI - Artikolu 4

    ĠU L 157, 21.6.2005, p. 204–204 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/acc_2005/act_1/art_4/sign

    12005SA004

    Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea - L-EWWEL PARTI: PRINĊIPJI - Artikolu 4

    Official Journal L 157 , 21/06/2005 P. 0204 - 0204


    Artikolu 4

    1. Id-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen kif integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea permezz tal-Protokoll anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (minn issa 'l quddiem imsejjaħ il-"Protokoll ta' Schengen"), u l-atti li jibnu fuqu jew li b'xi mod ieħor huma relatati miegħu, elenkati fl-Anness II, kif ukoll kull att ieħor bħal dan li jista' jiġi adottat qabel id-data ta' l-adeżjoni, għandhom jorbtu u jkunu applikabbli fil-Bulgarija u r-Rumanija mid-data ta' l-adeżjoni.

    2. Dawk id-disposizzjonjiet ta' l-acquis ta' Schengen kif integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea u ta' l-atti li jibnu fuqu jew li b'xi mod ieħor huma relatati miegħu li mhumiex imsemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li jorbtu lill-Bulgarija u lir-Rumanija mid-data ta' l-adeżjoni, għandhom japplikaw biss f'dawk l-Istati skond deċiżjoni tal-Kunsill għal dak l-iskop wara verifika skond il-proċeduri Schengen applikabbli ta' valutazzjoni li l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-partijiet kollha ta' l-acquis konċernat ikunu ġew sodisfatti f'dak l-Istat.

    Il-Kunsill għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, waqt li jaġixxi bl-unanimità tal-membri tiegħu li jirrappreżentaw il-Gvernijiet ta' l-Istati Membri li fir-rigward tagħhom id-disposizzjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu diġà ddaħħlu fis-seħħ u tar-rappreżentant tal-Gvern ta' l-Istat Membru li fir-rigward tiegħu dawn id-disposizzjonijiet għandhom jiddaħħlu fis-seħħ. Il-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw il-Gvernijiet ta' l-Irlanda u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għandhom jieħdu sehem f'din id-deċiżjoni safejn tirrigwarda id-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen u l-atti li jibnu fuqu jew li huma b'xi mod ieħor relatati miegħu, li fihom jipparteċipaw dawn l-Istati Membri.

    --------------------------------------------------

    Top