This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02019R1781-20210701
Commission Regulation (EU) 2019/1781 of 1 October 2019 laying down ecodesign requirements for electric motors and variable speed drives pursuant to Directive 2009/125/EC of the European Parliament and of the Council, amending Regulation (EC) No 641/2009 with regard to ecodesign requirements for glandless standalone circulators and glandless circulators integrated in products and repealing Commission Regulation (EC) No 640/2009 (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament Tal-Kummissjoni (UE) 2019/1781 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal muturi elettriċi u sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 641/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 640/2009 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament Tal-Kummissjoni (UE) 2019/1781 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal muturi elettriċi u sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 641/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 640/2009 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02019R1781 — MT — 01.07.2021 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1781 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal muturi elettriċi u sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 641/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 640/2009 (ĠU L 272 25.10.2019, p. 74) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/341 tat-23 ta’ Frar 2021 |
L 68 |
108 |
26.2.2021 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1781
tal-1 ta’ Ottubru 2019
li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal muturi elettriċi u sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 641/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 640/2009
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq jew għat-tqegħid fis-servizz tal-muturi elettriċi u tas-sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli, inkluż fejn dawn ikunu integrati fi prodotti oħra.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament japplika għall-prodotti li ġejjin:
il-muturi ta’ induzzjoni elettriċi mingħajr brushes, kommutaturi, ċrieki ta’ frizzjoni (slip rings) jew konnessjonijiet elettriċi mar-rotor, ikklassifikati għal tħaddim b’voltaġġ sinusojdali ta’ 50 Hz, 60 Hz jew 50/60 Hz, li:
ikollhom żewġ, erba’, sitt jew tmien poli;
ikollhom voltaġġ nominali U N ogħla minn 50 V u sa massimu ta’ 1 000 V;
ikollhom potenza tal-output nominali P N minn 0,12 kW sa massimu ta’ 1 000 V;
ikunu kklassifikati abbażi ta’ tħaddim kontinwu; u
ikunu kklassifikati għal tħaddim dirett on-line;
is-sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli b’input trifażi li:
ikunu kklassifikati għat-tħaddim b’mutur wieħed kif imsemmi fil-punt (a), fil-medda ta’ output nominali tal-mutur ta’ 0,12 kW - 1 000 kW;
ikollhom voltaġġ nominali ogħla minn 100 V u sa massimu ta’ 1 000 V AC;
ikollhom voltaġġ output AC wieħed biss.
Ir-rekwiżiti fit-taqsima 1, u l-punti (1), (2), (5) sa (11), u (13) tat-taqsima 2 tal-Anness I ma għandhomx japplikaw għall-muturi li ġejjin:
il-muturi kompletament integrati fi prodott (pereżempju f’tagħmir, pompa, fann jew kompressur) u li l-prestazzjoni enerġetika tagħhom ma tistax tiġi ttestjata indipendentement mill-prodott, anke fil-każ li jkollhom end-shield bearing u drive-end bearing temporanji; il-mutur għandu jkollu komponenti komuni (minbarra konnetturi bħal boltijiet) mal-unità motorizzata (pereżempju, xaft jew housing) u ma għandux ikun iddisinjat b’tali mod li l-mutur ikun jista’ jiġi sseparat kompletament mill-unità motorizzata u jitħaddem indipendentement. Il-proċess ta’ separazzjoni għandu jwassal biex il-mutur ma jibqax jaħdem;
il-muturi b’sistema ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli integrata (sistemi ta’ trażmissjoni kompatti) li l-prestazzjoni enerġetika tagħhom ma tistax tiġi ttestjata indipendentement mis-sistema ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli;
il-muturi bi brejk integrat li jifforma parti integrali mill-kostruzzjoni interna tal-mutur u li la jista’ jitneħħa u lanqas jiġi alimentat minn sors ta’ enerġija elettrika separat matul l-ittestjar tal-effiċjenza tal-mutur;
muturi ddisinjati speċifikament u speċifikati biex jitħaddmu esklussivament:
f’altitudnijiet ta’ iktar minn 4 000 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar;
fejn it-temperaturi tal-arja ambjentali huma ogħla minn 60 °C;
f’temperatura tat-tħaddim massima ogħla minn 400 °C;
fejn it-temperaturi tal-arja ambjentali huma inqas minn – 30 C; jew
fejn it-temperatura tal-ilma tat-tkessiħ fil-bokka tal-prodott hija inqas minn 0 °C jew ogħla minn 32 °C;
il-muturi ddisinjati speċifikament u speċifikati biex jitħaddmu waqt li jkunu kompletament mgħaddsa f’likwidu;
il-muturi kkwalifikati speċifikament għas-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari, kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom ( 1 );
muturi bi protezzjoni minn splużjonijiet, iddisinjati u ċċertifikati speċifikament għal xogħol fil-minjieri, kif definit fil-punt 1 tal-Anness I tad-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
il-muturi f’tagħmir bla fili jew li jista’ jitħaddem bil-batteriji;
il-muturi f’tagħmir portabbli li l-piż tagħhom jista’ jintrefa’ bl-idejn waqt li jitħaddmu;
il-muturi f’tagħmir mobbli ggwidat bl-id spostati waqt it-tħaddim;
il-muturi b’kommutaturi mekkaniċi;
il-muturi kompletament magħluqa mhux ventilati (TENV);
il-muturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2029 bħala sostituti għal muturi identiċi integrati fi prodotti mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2021 għall-muturi msemmija fl-Anness I.1 (a), u qabel l-1 ta’ Lulju 2023 għall-muturi msemmija fl-Anness I.1 (b), u kummerċjalizzati speċifikament bħala tali;
il-muturi b’diversi veloċitajiet, jiġifieri l-muturi b’koljaturi multipli jew b’koljatura kommutabbli, li jipprovdu numru differenti ta’ poli u veloċitajiet;
il-muturi ddisinjati speċifikament għat-trazzjoni ta’ vetturi elettriċi.
Ir-rekwiżiti fit-taqsima 3, u l-punti (1), (2), u (5) sa (10) tat-taqsima 4 tal-Anness I ma għandhomx japplikaw għal dawn il-VSDs:
il-VSDs integrati fi prodott u li l-prestazzjoni enerġetika tagħhom ma tistax tiġi ttestjata indipendentement mill-prodott, jiġifieri jekk isir tentattiv ta’ dan l-ittestjar il-VSD jew il-prodott ma jibqgħux jaħdmu;
il-VSDs ikkwalifikati speċifikament għas-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari, kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom;
sistemi ta’ trażmissjoni riġenerattivi;
sistemi ta’ trażmissjoni b’kurrent tal-input sinusojdali;
VSDs li jikkonsistu f’kabinett wieħed, li jinkludi VSDs li huma kollha konformi ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin
“mutur elettriku” jew “mutur” tfisser apparat li jikkonverti l-potenza tal-input elettrika f’potenza tal-output mekkanika fil-forma ta’ rotazzjoni b’veloċità tar-rotazzjoni u torque li jiddependu minn fatturi bħall-frekwenza tal-voltaġġ tal-provvista u l-għadd ta’ poli tal-mutur.
“sistema ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli” (“VSD”) tfisser konvertitur elettroniku tal-enerġija li jadatta kontinwament l-enerġija elettrika fornuta lil mutur wieħed sabiex jikkontrolla l-output tal-potenza mekkanika tal-mutur skont il-karatteristika tal-veloċità torque tat-tagħbija trażmessa mill-mutur, billi jaġġusta l-provvista tal-potenza għal frekwenza u għal vultaġġ varjabbli fornuti lill-mutur. Dan jinkludi l-apparati ta’ protezzjoni u l-elementi awżiljarji kollha li huma integrati fil-VSD.
“effiċjenza enerġetika” ta’ mutur tfisser il-proporzjon bejn il-potenza tal-output mekkanika u l-potenza tal-input elettrika attiva tiegħu;
“pol” tfisser pol north jew pol south prodott mill-kamp manjetiku rotanti tal-mutur, li l-għadd totali ta’ poli tiegħu jiddetermina l-veloċità bażi tiegħu;
“tħaddim kontinwu” tfisser li l-mutur jista’ jitħaddem b’mod kontinwu bil-potenza nominali u b’żieda fit-temperatura fi ħdan il-klassi ta’ iżolament speċifikata bħala dik tat-tipi speċifiċi ta’ tħaddim S1, S3 >=80 % jew S6 >=80 % kif definit fl-istandards;
“fażi” tfisser it-tip ta’ konfigurazzjoni tal-mejns;
“mejns” jew “mejns tal-elettriku” tfisser il-provvista tal-elettriku mill-grilja;
“mutur b’kommutaturi mekkaniċi” tfisser mutur li jkollu apparat mekkaniku li jaqleb id-direzzjoni tal-kurrent;
“tagħmir bla fili jew li jista’ jitħaddem bil-batteriji” tfisser apparat li jirċievi l-enerġija tiegħu minn batteriji li jippermettu lill-apparat iwettaq il-funzjoni maħsuba tiegħu mingħajr konnessjoni mal-provvista;
“tagħmir portabbli” tfisser tagħmir portabbli maħsub biex jinżamm fl-idejn waqt l-użu normali;
“tagħmir iggwidat bl-idejn” tfisser apparat mobbli mhux tat-triq li jiġi mċaqlaq u ggwidat mill-utent waqt l-użu normali tiegħu;
“mutur kompletament magħluq mhux ventilat (TENV)” tfisser mutur iddisinjat u previst biex jitħaddem mingħajr fann, u li jarmi s-sħana prinċipalment permezz tal-ventilazzjoni naturali jew tar-radjazzjoni fuq il-wiċċ tal-mutur kompletament magħluq;
“sistema ta’ trażmissjoni riġenerattiva” tfisser VSD li tkun kapaċi tirriġenera l-enerġija mit-tagħbija lill-mejns, jiġifieri li tinduċi spostament tal-fażi ta’ 180° ± 20° tal-kurrent tal-input għall-voltaġġ tal-input meta l-mutur tat-tagħbija jkun qed jibbrejkja;
“sistema ta’ trażmissjoni b’kurrent tal-input sinusojdali” tfisser VSD b’forma ta’ mewġa tat-tip sinusojdali tal-kurrent tal-input, ikkaratterizzata minn kontenut armoniku totali ta’ inqas minn 10 %;
“mutur tal-brejk” tfisser mutur mgħammar b’unità tal-ibbrejkjar elettromekkanika li titħaddem direttament fuq ix-xaft tal-mutur mingħajr couplings;
“mutur Ex eb b’sikurezza mtejba” tfisser mutur maħsub għall-użu f’atmosferi splussivi u ċċertifikat “Ex eb”, kif definit fl-istandards;
“mutur ieħor bi protezzjoni minn splużjonjiet” tfisser mutur maħsub għall-użu f’atmosferi splussivi u ċċertifikat “Ex ec”, “Ex tb”, “Ex tc”, “Ex db”, jew “Ex dc”, kif definit fl-istandards;
“tagħbija tat-test” ta’ VSD tfisser l-apparat elettriku użat għal finijiet ta’ ttestjar li jiddetermina l-kurrent tal-output u l-fattur tal-potenza ta’ spostament cos phi;
“mudell ekwivalenti” tfisser mudell bl-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li trid tingħata, iżda li jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz mill-istess manifattur, importatur jew rappreżentant awtorizzat bħal mudell ieħor b’identifikatur differenti tal-mudell;
“identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell ta’ prodott speċifiku minn mudelli oħrajn bl-istess marka kummerċjali jew bl-istess isem ta’ manifattur, ta’ importatur jew ta’ rappreżentant awtorizzat;
“ittestjar fil-preżenza ta’ osservatur” tfisser l-osservazzjoni attiva tal-ittestjar fiżiku tal-prodott investigat fil-preżenza ta’ persuna terza, biex tfassal konklużjonijiet dwar il-validità tat-test u tar-riżultati tat-test. Dan jista’ jinkludi konklużjonijiet dwar il-konformità tal-ittestjar u l-metodi ta’ kalkolu użati mal-istandards u l-leġiżlazzjoni applikabbli;
“Test tal-aċċettazzjoni fil-fabbrika” tfisser test fuq prodott ordnat fejn il-konsumatur juża l-ittestjar fil-preżenza ta’ osservatur biex jivverifika l-konformità sħiħa tal-prodott mar-rekwiżiti kuntrattwali, qabel ma l-prodott jiġi aċċettat jew jibda jintuża;
“valuri ddikjarati” tfisser il-valuri pprovduti mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat għall-parametri tekniċi ddikjarati, ikkalkolati jew imkejla f’konformità mal-Artikolu 5, għall-verifika tal-konformità mill-awtoritajiet tal-Istati Membri.
Artikolu 4
Rekwiżiti tal-ekodisinn
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-Anness I għandhom japplikaw mid-dati indikati fih.
Artikolu 5
Valutazzjoni tal-konformità
Meta l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari tkun inkisbet:
minn mudell li jkollu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li għandha tiġi pprovduta, iżda li jkun ġie prodott minn manifattur differenti; jew
permezz ta’ kalkolu abbażi ta’ disinn jew estrapolazzjoni minn mudell ieħor tal-istess manifattur jew ta’ manifattur differenti, jew it-tnejn li huma,
id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji ta’ tali kalkolu, il-valutazzjoni mwettqa mill-manifattur biex tiġi verifikata l-eżattezza tal-kalkolu u, fejn xieraq, id-dikjarazzjoni tal-identità bejn il-mudelli ta’ manifatturi differenti.
Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi lista tal-mudelli ekwivalenti kollha, inkluż l-identifikaturi tal-mudell.
Artikolu 6
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika deskritta fl-Anness III meta jwettqu l-verifiki ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/125/KE.
Artikolu 7
Ċirkomvenzjoni u aġġornament ta’ software
Il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ma għandux iqiegħed prodotti fis-suq li jkunu ġew iddisinjati biex ikunu kapaċi jindunaw li qed jiġu ttestjati (eż. billi jirrikonoxxi l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxu b’mod speċifiku billi jbiddlu awtomatikament il-prestazzjoni tagħhom matul it-test bl-għan li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kwalunkwe wieħed mill-parametri speċifikati f’dan ir-Regolament u ddikjarati mill-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat fid-dokumentazzjoni teknika jew inklużi fi xi dokumentazzjoni pprovduta.
Il-konsum tal-enerġija tal-prodott u kwalunkwe parametru ieħor iddikjarat m’għandux jiddeterjora wara aġġornament tas-software jew tal-firmware meta mkejjel bl-istess standard tat-test użat oriġinarjament għad-dikjarazzjoni tal-konformità, ħlief bil-kunsens espliċitu tal-utent aħħari qabel l-aġġornament. Ma għandu jseħħ l-ebda deterjorament tal-prestazzjoni b’konsegwenza ta’ rifjut tal-aġġornament.
Aġġornament ta’ softwer qatt ma għandu jħalli l-effett li jbiddel il-prestazzjoni tal-prodott b’mod li ma jkunx konformi mar-rekwiżiti tal-ekodisinn applikabbli għad-dikjarazzjoni tal-konformità.
Artikolu 8
Parametri referenzjarji
Il-parametri referenzjarji għall-muturi u s-sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli bl-aqwa prestazzjoni disponibbli fiż-żmien li jiġi adottat dan ir-Regolament huma stabbiliti fl-Anness IV.
Artikolu 9
Rieżami
Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u għandha tippreżenta r-riżultati ta’ din il-valutazzjoni, inkluż, jekk xieraq, abbozz ta’ proposta għal reviżjoni, lill-Forum Konsultattiv sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Novembru 2023.
Dan ir-rieżami għandu, b’mod partikolari, jindirizza l-adegwatezza ta’:
l-istabbiliment ta’ rekwiżiti addizzjonali tal-effiċjenza tar-riżorsi għall-prodotti f’konformità mal-objettivi tal-ekonomija ċirkolari, inkluż l-identifikazzjoni u l-użu mill-ġdid ta’ elementi terrestri rari f’muturi b’kalamita permanenti;
il-livell tat-tolleranzi tal-verifika;
l-istabbiliment ta’ rekwiżiti aktar stretti għall-muturi u għas-sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli;
l-istabbiliment ta’ rekwiżiti minimi tal-effiċjenza enerġetika għal muturi b’voltaġġ nominali ogħla minn 1000 V;
l-istabbiliment ta’ rekwiżiti għal kombinamenti ta’ muturi u VSDs imqiegħda fis-suq flimkien, kif ukoll għal sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli integrati (sistemi ta’ trażmissjoni kompatti);
l-eżenzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2(2) u (3);
iż-żieda ta’ tipi oħra ta’ muturi fil-kamp ta’ applikazzjoni, inkluż il-muturi b’kalamita permanenti.
Artikolu 10
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 640/2009 jitħassar mill-1 ta’ Lulju 2021.
Artikolu 11
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 641/2009
Il-punt 2(b) tal-Artikolu 1 huwa sostitwit bi:
“(b) iċ-ċirkolaturi li jiġu integrati fi prodotti li jitqiegħdu fis-suq sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2022 biex jissostitwixxu ċirkolaturi identiċi integrati fi prodotti li jitqiegħdu fis-suq sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Awwissu 2015 u kkummerċjalizzati speċifikament bħala tali, għajr fir-rigward tar-rekwiżiti tal-informazzjoni dwar il-prodotti tal-punt 2(1)(e) tal-Anness I.”
Fl-Anness I, il-punt 2(1)(e) huwa sostitwit bi:
“(e) għaċ-ċirkolaturi li jiġu integrati fi prodotti u li jitqiegħdu fis-suq sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2022 biex jissostitwixxu ċirkolaturi identiċi integrati fi prodotti li jitqiegħdu fis-suq sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Awwissu 2015, iċ-ċirkolatur sostitwenti jew l-imballaġġ tiegħu għandu jindika b’mod ċar il-prodott(i) li għalih(hom) huwa maħsub.”
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mil-1 ta’ Lulju 2021. Madankollu, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 u l-Artikolu 11, għandhom japplikaw mill-14 ta’ Novembru 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
REKWIŻITI TAL-EKODISINN GĦALL-MUTURI U S-SISTEMI TA TRAŻMISSJONI B’VELOĊITÀ VARJABBLI
1. REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA GĦALL-MUTURI
Ir-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika għall-muturi għandhom japplikaw skont l-iskeda ta’ żmien li ġejja:
mill-1 ta’ Lulju 2021:
l-effiċjenza enerġetika ta’ muturi trifażi b’output nominali ta’ 0,75 kW jew aktar u ta’ 1 000 kW jew inqas, b’2, b’4, b’6 jew bi 8 poli, li ma jkunux muturi Ex eb b’sikurezza miżjuda, għandha tikkorrispondi għal mill-inqas il-livell ta’ effiċjenza IE3 stabbilit fit-Tabella 2 jew fit-Tabella 3b kif xieraq;
l-effiċjenza enerġetika ta’ muturi trifażi b’output nominali ta’ 0,12 kW jew aktar u inqas minn 0,75 kW, b’ 2, 4, 6 jew 8 poli, li mhumiex muturi Ex eb ta’ sikurezza miżjuda, għandha tikkorrispondi mill-inqas għal-livell ta’ effiċjenza IE2 stabbilit fit-Tabella 1 jew fit-Tabella 3a kif xieraq;
mill-1 ta’ Lulju 2023:
l-effiċjenza enerġetika ta’ muturi Ex eb b’sikurezza miżjuda b’output nominali ta’ 0,12 kW jew aktar u ta’ 1 000 kW jew inqas, b’2, b’4, b’6 jew bi 8 poli, u muturi monofażi b’output nominali ta’ 0,12 kW jew aktar għandha tikkorrispondi għal mill-inqas il-livell ta’ effiċjenza IE2 stabbilit fit-Tabella 1 jew fit-Tabella 3a kif xieraq;
l-effiċjenza enerġetika ta’ muturi trifażi li mhumiex muturi tal-brejkijiet, muturi Ex eb b’sikurezza miżjuda, jew muturi oħra bi protezzjoni minn splużjonijiet, b’output nominali ta’ 75 kW jew aktar u ta’ 200 kW jew inqas, b’2, b’4, jew b’6 poli, għandha tikkorrispondi mill-inqas għal-livell ta’ effiċjenza IE4 stabbilit fit-Tabella 3 jew fit-Tabella 3c kif xieraq.
L-effiċjenza enerġetika tal-muturi, espressa fi klassijiet Internazzjonali tal-Effiċjenza Enerġetika (IE) hija stabbilita fit-Tabelli 1 sa 3c għal valuri differenti tal-potenza tal-output nominali tal-mutur PN, f’50 Hz jew f’60 Hz. Il-klassijiet IE huma ddeterminati bil-potenza tal-output nominali (PN), bil-vultaġġ nominali (UN), u fuq il-bażi tat-temperatura ambjentali ta’ referenza ta’ 25 °C.
Għall-muturi 50/60 Hz, ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq għandhom jiġu ssodisfati kemm b’50 Hz kif ukoll b’60 Hz bil-potenza tal-output nominali speċifikata għal 50 Hz.
Għall-muturi 50 Hz jew 60 Hz, ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq għandhom jiġu ssodisfati b’50 Hz jew b’60 Hz rispettivament bil-potenza tal-output nominali speċifikata rispettivament għal 50 Hz jew għal 60 Hz.
Tabella 1:
Effiċjenzi minimi ηn għal-livell ta’ effiċjenza IE2 b’50 Hz (%)
Potenza tal-output nominali PN [kW] |
Għadd ta’ poli |
|||
2 |
4 |
6 |
8 |
|
0,12 |
53,6 |
59,1 |
50,6 |
39,8 |
0,18 |
60,4 |
64,7 |
56,6 |
45,9 |
0,20 |
61,9 |
65,9 |
58,2 |
47,4 |
0,25 |
64,8 |
68,5 |
61,6 |
50,6 |
0,37 |
69,5 |
72,7 |
67,6 |
56,1 |
0,40 |
70,4 |
73,5 |
68,8 |
57,2 |
0,55 |
74,1 |
77,1 |
73,1 |
61,7 |
0,75 |
77,4 |
79,6 |
75,9 |
66,2 |
1,1 |
79,6 |
81,4 |
78,1 |
70,8 |
1,5 |
81,3 |
82,8 |
79,8 |
74,1 |
2,2 |
83,2 |
84,3 |
81,8 |
77,6 |
3 |
84,6 |
85,5 |
83,3 |
80,0 |
4 |
85,8 |
86,6 |
84,6 |
81,9 |
5,5 |
87,0 |
87,7 |
86,0 |
83,8 |
7,5 |
88,1 |
88,7 |
87,2 |
85,3 |
11 |
89,4 |
89,8 |
88,7 |
86,9 |
15 |
90,3 |
90,6 |
89,7 |
88,0 |
18,5 |
90,9 |
91,2 |
90,4 |
88,6 |
22 |
91,3 |
91,6 |
90,9 |
89,1 |
30 |
92,0 |
92,3 |
91,7 |
89,8 |
37 |
92,5 |
92,7 |
92,2 |
90,3 |
45 |
92,9 |
93,1 |
92,7 |
90,7 |
55 |
93,2 |
93,5 |
93,1 |
91,0 |
75 |
93,8 |
94,0 |
93,7 |
91,6 |
90 |
94,1 |
94,2 |
94,0 |
91,9 |
110 |
94,3 |
94,5 |
94,3 |
92,3 |
132 |
94,6 |
94,7 |
94,6 |
92,6 |
160 |
94,8 |
94,9 |
94,8 |
93,0 |
200 sa 1 000 |
95,0 |
95,1 |
95,0 |
93,5 |
Tabella 2:
Effiċjenzi minimi ηn għal-livell ta’ effiċjenza IE3 b’ 50 Hz (%)
Potenza tal-output nominali PN [kW] |
Għadd ta’ poli |
|||
2 |
4 |
6 |
8 |
|
0,12 |
60,8 |
64,8 |
57,7 |
50,7 |
0,18 |
65,9 |
69,9 |
63,9 |
58,7 |
0,20 |
67,2 |
71,1 |
65,4 |
60,6 |
0,25 |
69,7 |
73,5 |
68,6 |
64,1 |
0,37 |
73,8 |
77,3 |
73,5 |
69,3 |
0,40 |
74,6 |
78,0 |
74,4 |
70,1 |
0,55 |
77,8 |
80,8 |
77,2 |
73,0 |
0,75 |
80,7 |
82,5 |
78,9 |
75,0 |
1,1 |
82,7 |
84,1 |
81,0 |
77,7 |
1,5 |
84,2 |
85,3 |
82,5 |
79,7 |
2,2 |
85,9 |
86,7 |
84,3 |
81,9 |
3 |
87,1 |
87,7 |
85,6 |
83,5 |
4 |
88,1 |
88,6 |
86,8 |
84,8 |
5,5 |
89,2 |
89,6 |
88,0 |
86,2 |
7,5 |
90,1 |
90,4 |
89,1 |
87,3 |
11 |
91,2 |
91,4 |
90,3 |
88,6 |
15 |
91,9 |
92,1 |
91,2 |
89,6 |
18,5 |
92,4 |
92,6 |
91,7 |
90,1 |
22 |
92,7 |
93,0 |
92,2 |
90,6 |
30 |
93,3 |
93,6 |
92,9 |
91,3 |
37 |
93,7 |
93,9 |
93,3 |
91,8 |
45 |
94,0 |
94,2 |
93,7 |
92,2 |
55 |
94,3 |
94,6 |
94,1 |
92,5 |
75 |
94,7 |
95,0 |
94,6 |
93,1 |
90 |
95,0 |
95,2 |
94,9 |
93,4 |
110 |
95,2 |
95,4 |
95,1 |
93,7 |
132 |
95,4 |
95,6 |
95,4 |
94,0 |
160 |
95,6 |
95,8 |
95,6 |
94,3 |
200 sa 1 000 |
95,8 |
96,0 |
95,8 |
94,6 |
Tabella 3:
Effiċjenzi minimi ηn għal-livell ta’ effiċjenza IE4 b’ 50 Hz (%)
Potenza tal-output nominali PN [kW] |
Għadd ta’ poli |
|||
2 |
4 |
6 |
8 |
|
0,12 |
66,5 |
69,8 |
64,9 |
62,3 |
0,18 |
70,8 |
74,7 |
70,1 |
67,2 |
0,20 |
71,9 |
75,8 |
71,4 |
68,4 |
0,25 |
74,3 |
77,9 |
74,1 |
70,8 |
0,37 |
78,1 |
81,1 |
78,0 |
74,3 |
0,40 |
78,9 |
81,7 |
78,7 |
74,9 |
0,55 |
81,5 |
83,9 |
80,9 |
77,0 |
0,75 |
83,5 |
85,7 |
82,7 |
78,4 |
1,1 |
85,2 |
87,2 |
84,5 |
80,8 |
1,5 |
86,5 |
88,2 |
85,9 |
82,6 |
2,2 |
88,0 |
89,5 |
87,4 |
84,5 |
3 |
89,1 |
90,4 |
88,6 |
85,9 |
4 |
90,0 |
91,1 |
89,5 |
87,1 |
5,5 |
90,9 |
91,9 |
90,5 |
88,3 |
7,5 |
91,7 |
92,6 |
91,3 |
89,3 |
11 |
92,6 |
93,3 |
92,3 |
90,4 |
15 |
93,3 |
93,9 |
92,9 |
91,2 |
18,5 |
93,7 |
94,2 |
93,4 |
91,7 |
22 |
94,0 |
94,5 |
93,7 |
92,1 |
30 |
94,5 |
94,9 |
94,2 |
92,7 |
37 |
94,8 |
95,2 |
94,5 |
93,1 |
45 |
95,0 |
95,4 |
94,8 |
93,4 |
55 |
95,3 |
95,7 |
95,1 |
93,7 |
75 |
95,6 |
96,0 |
95,4 |
94,2 |
90 |
95,8 |
96,1 |
95,6 |
94,4 |
110 |
96,0 |
96,3 |
95,8 |
94,7 |
132 |
96,2 |
96,4 |
96,0 |
94,9 |
160 |
96,3 |
96,6 |
96,2 |
95,1 |
200 sa 249 |
96,5 |
96,7 |
96,3 |
95,4 |
250 sa 314 |
96,5 |
96,7 |
96,5 |
95,4 |
315 sa 1 000 |
96,5 |
96,7 |
96,6 |
95,4 |
Biex tiġi ddeterminata l-effiċjenza minima ta’ muturi 50 Hz b’potenzi output nominali PN ta’ bejn 0,12 u 200 kW li mhix indikata fit-Tabelli 1, 2 u 3, għandha tintuża l-formula li ġejja:
A, B, C u D huma koeffiċjenti ta’ interpolazzjoni li għandhom jiġu ddeterminati skont it-Tabelli 4 u 5.
Tabella 3a
Effiċjenzi minimi ηn għal-livell ta’ effiċjenza IE2 b’60 Hz (%)
Potenza tal-output nominali PN [kW] |
Għadd ta’ poli |
|||
2 |
4 |
6 |
8 |
|
0,12 |
59,5 |
64,0 |
50,5 |
40,0 |
0,18 |
64,0 |
68,0 |
55,0 |
46,0 |
0,25 |
68,0 |
70,0 |
59,5 |
52,0 |
0,37 |
72,0 |
72,0 |
64,0 |
58,0 |
0,55 |
74,0 |
75,5 |
68,0 |
62,0 |
0,75 |
75,5 |
78,0 |
73,0 |
66,0 |
1,1 |
82,5 |
84,0 |
85,5 |
75,5 |
1,5 |
84,0 |
84,0 |
86,5 |
82,5 |
2,2 |
85,5 |
87,5 |
87,5 |
84,0 |
3,7 |
87,5 |
87,5 |
87,5 |
85,5 |
5,5 |
88,5 |
89,5 |
89,5 |
85,5 |
7,5 |
89,5 |
89,5 |
89,5 |
88,5 |
11 |
90,2 |
91,0 |
90,2 |
88,5 |
15 |
90,2 |
91,0 |
90,2 |
89,5 |
18,5 |
91,0 |
92,4 |
91,7 |
89,5 |
22 |
91,0 |
92,4 |
91,7 |
91,0 |
30 |
91,7 |
93,0 |
93,0 |
91,0 |
37 |
92,4 |
93,0 |
93,0 |
91,7 |
45 |
93,0 |
93,6 |
93,6 |
91,7 |
55 |
93,0 |
94,1 |
93,6 |
93,0 |
75 |
93,6 |
94,5 |
94,1 |
93,0 |
90 |
94,5 |
94,5 |
94,1 |
93,6 |
110 |
94,5 |
95,0 |
95,0 |
93,6 |
150 |
95,0 |
95,0 |
95,0 |
93,6 |
185 |
95,4 |
95,0 |
95,0 |
93,6 |
220 |
95,4 |
95,4 |
95,0 |
93,6 |
250 |
95,4 |
95,4 |
95,0 |
93,6 |
300 |
95,4 |
95,4 |
95,0 |
93,6 |
335 |
95,4 |
95,4 |
95,0 |
93,6 |
375 sa 1000 |
95,4 |
95,8 |
95,0 |
94,1 |
Tabella 3b
Effiċjenzi minimi ηn għal-livell ta’ effiċjenza IE3 b’60 Hz (%)
Potenza tal-output nominali PN [kW] |
Għadd ta’ poli |
|||
2 |
4 |
6 |
8 |
|
0,12 |
62,0 |
66,0 |
64,0 |
59,5 |
0,18 |
65,6 |
69,5 |
67,5 |
64,0 |
0,25 |
69,5 |
73,4 |
71,4 |
68,0 |
0,37 |
73,4 |
78,2 |
75,3 |
72,0 |
0,55 |
76,8 |
81,1 |
81,7 |
74,0 |
0,75 |
77,0 |
83,5 |
82,5 |
75,5 |
1,1 |
84,0 |
86,5 |
87,5 |
78,5 |
1,5 |
85,5 |
86,5 |
88,5 |
84,0 |
2,2 |
86,5 |
89,5 |
89,5 |
85,5 |
3,7 |
88,5 |
89,5 |
89,5 |
86,5 |
5,5 |
89,5 |
91,7 |
91,0 |
86,5 |
7,5 |
90,2 |
91,7 |
91,0 |
89,5 |
11 |
91,0 |
92,4 |
91,7 |
89,5 |
15 |
91,0 |
93,0 |
91,7 |
90,2 |
18,5 |
91,7 |
93,6 |
93,0 |
90,2 |
22 |
91,7 |
93,6 |
93,0 |
91,7 |
30 |
92,4 |
94,1 |
94,1 |
91,7 |
37 |
93,0 |
94,5 |
94,1 |
92,4 |
45 |
93,6 |
95,0 |
94,5 |
92,4 |
55 |
93,6 |
95,4 |
94,5 |
93,6 |
75 |
94,1 |
95,4 |
95,0 |
93,6 |
90 |
95,0 |
95,4 |
95,0 |
94,1 |
110 |
95,0 |
95,8 |
95,8 |
94,1 |
150 |
95,4 |
96,2 |
95,8 |
94,5 |
185 |
95,8 |
96,2 |
95,8 |
95,0 |
220 |
95,8 |
96,2 |
95,8 |
95,0 |
250 |
95,8 |
96,2 |
95,8 |
95,0 |
300 |
95,8 |
96,2 |
95,8 |
95,0 |
335 |
95,8 |
96,2 |
95,8 |
95,0 |
375 sa 1000 |
95,8 |
96,2 |
95,8 |
95,0 |
Tabella 3c
Effiċjenzi minimi ηn għal-livell ta’ effiċjenza IE4 b’60 Hz (%)
Potenza tal-output nominali PN [kW] |
Għadd ta’ poli |
|||
2 |
4 |
6 |
8 |
|
0,12 |
66,0 |
70,0 |
68,0 |
64,0 |
0,18 |
70,0 |
74,0 |
72,0 |
68,0 |
0,25 |
74,0 |
77,0 |
75,5 |
72,0 |
0,37 |
77,0 |
81,5 |
78,5 |
75,5 |
0,55 |
80,0 |
84,0 |
82,5 |
77,0 |
0,75 |
82,5 |
85,5 |
84,0 |
78,5 |
1,1 |
85,5 |
87,5 |
88,5 |
81,5 |
1,5 |
86,5 |
88,5 |
89,5 |
85,5 |
2,2 |
88,5 |
91,0 |
90,2 |
87,5 |
3,7 |
89,5 |
91,0 |
90,2 |
88,5 |
5,5 |
90,2 |
92,4 |
91,7 |
88,5 |
7,5 |
91,7 |
92,4 |
92,4 |
91,0 |
11 |
92,4 |
93,6 |
93,0 |
91,0 |
15 |
92,4 |
94,1 |
93,0 |
91,7 |
18,5 |
93,0 |
94,5 |
94,1 |
91,7 |
22 |
93,0 |
94,5 |
94,1 |
93,0 |
30 |
93,6 |
95,0 |
95,0 |
93,0 |
37 |
94,1 |
95,4 |
95,0 |
93,6 |
45 |
94,5 |
95,4 |
95,4 |
93,6 |
55 |
94,5 |
95,8 |
95,4 |
94,5 |
75 |
95,0 |
96,2 |
95,8 |
94,5 |
90 |
95,4 |
96,2 |
95,8 |
95,0 |
110 |
95,4 |
96,2 |
96,2 |
95,0 |
150 |
95,8 |
96,5 |
96,2 |
95,4 |
185 |
96,2 |
96,5 |
96,2 |
95,4 |
220 |
96,2 |
96,8 |
96,5 |
95,4 |
250 |
96,2 |
96,8 |
96,5 |
95,8 |
300 |
96,2 |
96,8 |
96,5 |
95,8 |
335 |
96,2 |
96,8 |
96,5 |
95,8 |
375 sa 1000 |
96,2 |
96,8 |
96,5 |
95,8 |
Tabella 4:
Koeffiċjenti ta’ interpolazzjoni għal muturi b’potenza tal-output nominali P ta’ bejn 0,12 kW u 0,55 kW
Kodiċi IE |
Koeffiċjenti |
2 poli |
4 poli |
6 poli |
8 poli |
IE2 |
A |
22,4864 |
17,2751 |
-15,9218 |
6,4855 |
B |
27,7603 |
23,978 |
-30,258 |
9,4748 |
|
C |
37,8091 |
35,5822 |
16,6861 |
36,852 |
|
D |
82,458 |
84,9935 |
79,1838 |
70,762 |
|
IE3 |
A |
6,8532 |
7,6356 |
-17,361 |
-0,5896 |
B |
6,2006 |
4,8236 |
-44,538 |
-25,526 |
|
C |
25,1317 |
21,0903 |
-3,0554 |
4,2884 |
|
D |
84,0392 |
86,0998 |
79,1318 |
75,831 |
|
IE4 |
A |
-8,8538 |
8,432 |
-13,0355 |
-4,9735 |
B |
-20,3352 |
2,6888 |
-36,9497 |
-21,453 |
|
C |
8,9002 |
14,6236 |
-4,3621 |
2,6653 |
|
D |
85,0641 |
87,6153 |
82,0009 |
79,055 |
Bejn 0,55 kW u 0,75 kW, għandha titwettaq interpolazzjoni lineari fuq l-effiċjenzi minimi miksuba għal 0,55 kW u għal 0,75 kW.
Tabella 5:
Koeffiċjenti ta’ interpolazzjoni għal muturi b’potenza tal-output nominali P ta’ bejn 0,75 kW u 200 kW
Kodiċi IE |
Koeffiċjenti |
2 poli |
4 poli |
6 poli |
8 poli |
IE2 |
A |
0,2972 |
0,0278 |
0,0148 |
2,1311 |
B |
-3,3454 |
-1,9247 |
-2,4978 |
-12,029 |
|
C |
13,0651 |
10,4395 |
13,247 |
26,719 |
|
D |
79,077 |
80,9761 |
77,5603 |
69,735 |
|
IE3 |
A |
0,3569 |
0,0773 |
0,1252 |
0,7189 |
B |
-3,3076 |
-1,8951 |
-2,613 |
-5,1678 |
|
C |
11,6108 |
9,2984 |
11,9963 |
15,705 |
|
D |
82,2503 |
83,7025 |
80,4769 |
77,074 |
|
IE4 |
A |
0,34 |
0,2412 |
0,3598 |
0,6556 |
B |
-3,0479 |
-2,3608 |
-3,2107 |
-4,7229 |
|
C |
10,293 |
8,446 |
10,7933 |
13,977 |
|
D |
84,8208 |
86,8321 |
84,107 |
80,247 |
Sabiex tiġi ddeterminata l-effiċjenza minima ta’ muturi ta’ 60 Hz b’potenza nominali mhux ipprovduta fit-Tabelli 3a, 3b u 3c, għandha tintuża r-regola li ġejja:
L-effiċjenza ta’ potenza nominali fil-punt tan-nofs jew ’il fuq minnu bejn żewġ valuri konsekuttivi mit-tabelli għandha tkun l-ogħla miż-żewġ effiċjenzi.
L-effiċjenza ta’ potenza nominali taħt il-punt tan-nofs bejn żewġ valuri konsekuttivi mit-tabelli għandha tkun l-aktar waħda baxxa miż-żewġ effiċjenzi.
It-telf jiġi ddeterminat skont l-Anness II.
2. REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI DWAR IL-PRODOTT GĦALL-MUTURI
Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott stabbiliti fil-punti (1) sa (13) ta’ hawn taħt għandhom jintwerew b’mod ċar fuq:
l-iskeda ta’ data teknika jew il-manwal tal-utent fornut mal-mutur, sakemm mal-prodott ma tingħatax link tal-internet għal dik l-informazzjoni. Barra minn hekk, kodiċi QR jista’ jiġi pprovdut b’link għall-informazzjoni;
id-dokumentazzjoni teknika għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 5;
is-siti web b’aċċess mingħajr ħlas tal-manifattur tal-mutur, tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu jew tal-importatur, u;
l-iskeda tad-data teknika fornuta ma’ prodotti li l-mutur ikun inkorporat fihom.
Fil-każ tad-dokumentazzjoni teknika, l-informazzjoni għandha tingħata skont l-ordni stabbilita fil-punti (1) sa (13). Ma hemmx għalfejn jerġa’ jintuża l-istess kliem eżatt li jidher fil-lista. L-informazzjoni tista’ tintwera bl-użu ta’ graffs, ċifri jew simboli, li jinftiehmu b’mod ċar, minflok bil-kliem.
Mill-1 ta’ Lulju 2021 għall-muturi msemmija fl-Anness I.1(a), u mill-1 ta’ Lulju 2023 għall-muturi msemmija fl-Anness I.1(b)(i):
l-effiċjenza nominali (ηN) bit-tagħbija nominali sħiħa, ta’ 75 % u ta’ 50 %, u bil-vultaġġ(i) nominali (UN), iddeterminata abbażi tat-temperatura ambjentali ta’ referenza ta’ 25 °C, imqarrba sal-ewwel pożizzjoni deċimali;
il-livell ta’ effiċjenza: “IE2”“IE3” jew “IE4”, kif iddeterminat fl-ewwel taqsima ta’ dan l-Anness;
l-isem tal-manifattur jew il-marka kummerċjali, in-numru ta’ reġistrazzjoni kummerċjali u l-indirizz;
l-identifikatur tal-mudell tal-prodott;
l-għadd ta’ poli tal-mutur;
il-potenza/i tal-output nominali PN jew il-medda tal-potenza tal-output nominali (kW);
il-frekwenza/i input nominali tal-mutur (Hz);
il-voltaġġ(i) nominali jew il-medda tal-voltaġġ nominali (V);
il-veloċità(jiet) nominali jew il-medda tal-veloċità nominali (rpm);
kemm jekk monofażi kif ukoll jekk trifażi;
l-informazzjoni dwar il-medda tal-kundizzjonijiet tat-tħaddim li l-mutur huwa ddisinjat għalihom:
l-altitudnijiet fuq il-livell tal-baħar;
it-temperaturi tal-arja ambjentali minimi u massimi, inkluż għal muturi mkessħin bl-arja;
it-temperatura tal-ilma tat-tkessiħ fil-bokka tal-prodott, fejn applikabbli;
it-temperatura tat-tħaddim massima;
atmosferi potenzjalment esplożivi;
jekk il-mutur jitqies bħala eżenti mir-rekwiżit tal-effiċjenza skont l-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament, ir-raġuni speċifika għaliex huwa meqjus bħala eżenti.
Mill-1 ta’ Lulju 2022:
It-telf ta’ potenza espress f’perċentwal (%) tal-potenza tal-output nominali f’diversi punti ta’ tħaddim li ġejjin għal “veloċità vs torque”: (25;25) (25;100) (50;25) (50;50) (50;100) (90;50) (90;100) iddeterminati abbażi tat-temperatura ambjentali ta’ referenza ta’ 25 °C, imqarrba sal-ewwel pożizzjoni deċimali; jekk il-mutur ma jkunx adattat għat-tħaddim f’xi wieħed mill-punti ta’ tħaddim għal “veloċità versus torque” ta’ hawn fuq, għal tali punti għandu jiġi indikat “N.A.” jew “Mhux applikabbli”.
L-informazzjoni msemmija fil-punti (1) u (2) kif ukoll is-sena ta’ manifattura għandhom ikunu mmarkati b’mod li ma jitħassarx fuq jew qrib il-pjanċa tal-klassifikazzjoni tal-mutur. Meta d-daqs tal-pjanċa tal-klassifikazzjoni ma jippermettix li tintwera l-informazzjoni kollha msemmija fil-punt 1, għandha tintwera biss l-effiċjenza nominali bit-tagħbija voltaġġ nominali massimi.
L-informazzjoni elenkata fil-punti (1) sa (13) ma hemmx għalfejn tiġi ppubblikata fuq siti web b’aċċess mingħajr ħlas fil-każ ta’ muturi magħmulin apposta b’diżinn mekkaniku u elettroniku speċjali u manifatturati abbażi ta’ talba speċifika mill-klijent jekk din l-informazzjoni tkun inkluża fl-offerti kummerċjali pprovduti lill-klijenti.
Il-manifatturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni fl-iskeda tad-data teknika jew fil-manwal għall-utent fornuti mal-mutur dwar kwalunkwe prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta l-muturi jiġu mmuntati, installati, mantenuti jew użati b’sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli.
Għall-muturi eżentati mir-rekwiżiti tal-effiċjenza f’konformità mal-punt 2(m) tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament, il-mutur jew l-imballaġġ tiegħu u d-dokumentazzjoni jridu jindikaw b’mod ċar “Mutur li għandu jintuża esklussivament bħala spare part għal” u l-mudell uniku ta’ identifikazzjoni tal-prodott(i) li għalih(om) huwa maħsub.
Għal muturi 50 Hz u 60 Hz, id-data stabbilita hawn fuq hija pprovduta bil-frekwenza applikabbli, filwaqt li għall-muturi 50/60 Hz huwa biżżejjed li tiġi pprovduta d-data b’50 Hz, ħlief għall-effiċjenza nominali b’tagħbija sħiħa, li għandha tiġi speċifikata kemm f’50 Hz kif ukoll f’60 Hz.
It-telf jiġi ddeterminat skont l-Anness II.
3. REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA GĦAL SISTEMI TA’ TRAŻMISSJONI B’VELOĊITÀ VARJABBLI
Ir-rekwiżiti tal-effiċjenza għal sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli għandhom japplikaw kif ġej:
Mill-1 ta’ Lulju 2021, it-telf tal-potenza tas-sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli klassifikati għal tħaddim b’muturi b’potenza tal-output nominali ta’ 0,12 kW jew aktar u ta’ 1 000 kW jew inqas ma għandux ikun aktar mit-telf tal-potenza massimu li jikkorrispondi għal-livell ta’ effiċjenza IE2.
L-effiċjenza enerġetika għal VSDs, espressa bħala klassijiet tal-effiċjenza Enerġetika Internazzjonali (IE), tiġi ddeterminata abbażi tat-telf tal-potenza kif ġej:
It-telf tal-potenza massimu tal-klassi IE2 huwa 25 % inqas mill-valur ta’ referenza msemmi fit-Tabella 6.
Tabella 6
Telf ta’ referenza tal-VSDs u l-fattur ta’ spostament tat-tagħbija tat-test għad-determinazzjoni tal-klassi IE tal-VSDs
Potenza tal-output apparenti tal-VSD (kVA) |
Potenza nominali tal-Mutur (kW) (indikattiva) |
Telf tal-potenza ta’ referenza (kW), b’90 % tal-frekwenza nominali tal-istator tal-mutur u b’100 % tal-kurrent li jipproduċi t-torque |
Il-fattur ta’ spostament phi cos tat-tagħbija tat-test (+/- 0,08) |
0,278 |
0,12 |
0,100 |
0,73 |
0,381 |
0,18 |
0,104 |
0,73 |
0,500 |
0,25 |
0,109 |
0,73 |
0,697 |
0,37 |
0,117 |
0,73 |
0,977 |
0,55 |
0,129 |
0,73 |
1,29 |
0,75 |
0,142 |
0,79 |
1,71 |
1,1 |
0,163 |
0,79 |
2,29 |
1,5 |
0,188 |
0,79 |
3,3 |
2,2 |
0,237 |
0,79 |
4,44 |
3 |
0,299 |
0,79 |
5,85 |
4 |
0,374 |
0,79 |
7,94 |
5,5 |
0,477 |
0,85 |
9,95 |
7,5 |
0,581 |
0,85 |
14,4 |
11 |
0,781 |
0,85 |
19,5 |
15 |
1,01 |
0,85 |
23,9 |
18,5 |
1,21 |
0,85 |
28,3 |
22 |
1,41 |
0,85 |
38,2 |
30 |
1,86 |
0,85 |
47 |
37 |
2,25 |
0,85 |
56,9 |
45 |
2,70 |
0,86 |
68,4 |
55 |
3,24 |
0,86 |
92,8 |
75 |
4,35 |
0,86 |
111 |
90 |
5,17 |
0,86 |
135 |
110 |
5,55 |
0,86 |
162 |
132 |
6,65 |
0,86 |
196 |
160 |
8,02 |
0,86 |
245 |
200 |
10,0 |
0,87 |
302 |
250 |
12,4 |
0,87 |
381 |
315 |
15,6 |
0,87 |
429 |
355 |
17,5 |
0,87 |
483 |
400 |
19,8 |
0,87 |
604 |
500 |
24,7 |
0,87 |
677 |
560 |
27,6 |
0,87 |
761 |
630 |
31,1 |
0,87 |
858 |
710 |
35,0 |
0,87 |
967 |
800 |
39,4 |
0,87 |
1 088 |
900 |
44,3 |
0,87 |
1 209 |
1 000 |
49,3 |
0,87 |
Jekk il-potenza tal-output apparenti ta’ VSD tkun bejn żewġ valuri fit-Tabella 6, għad-determinazzjoni tal-klassi IE għandhom jintużaw l-ogħla valur ta’ telf tal-potenza u l-valur aktar baxx tal-fattur ta’ spostament tat-tagħbija tat-test.
It-telf jiġi ddeterminat skont l-Anness II.
4. REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA GĦAL SISTEMI TA’ TRAŻMISSJONI B’VELOĊITÀ VARJABBLI
Mill-1 ta’ Lulju 2021, l-informazzjoni dwar is-sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli stabbilita fil-punti (1) sa (11) għandha tintwera b’mod ċar fuq:
l-iskeda ta’ data teknika jew il-manwal tal-utent fornut mal-VSD, sakemm mal-prodott ma tingħatax link tal-internet għal dik l-informazzjoni. Barra minn hekk, kodiċi QR jista’ jiġi pprovdut b’link għall-informazzjoni;
id-dokumentazzjoni teknika għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 5;
is-siti web b’aċċess mingħajr ħlas tal-manifattur, tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu jew tal-importatur u;
l-iskeda tad-data teknika fornuta ma’ prodotti li l-VSD tkun inkorporata fihom.
Fil-każ tad-dokumentazzjoni teknika, l-informazzjoni għandha tingħata skont l-ordni elenkata fil-punti (1) sa (11). Ma hemmx għalfejn jerġa’ jintuża l-istess kliem eżatt li jidher fil-lista. L-informazzjoni tista’ tintwera bl-użu ta’ graffs, ċifri jew simboli, li jinftiehmu b’mod ċar, iktar milli kliem:
it-telf ta’ potenza f’% tal-potenza tal-output nominali apparenti għall-“frekwenza nominali relattiva tal-istator tal-mutur vs kurrent relattiv li jipproduċi t-torque” fil-punti ta’ tħaddim (0;25) (0;50) (0;100) (50;25) (50;50) (50;100) (90;50) (90;100), kif ukoll it-telf standby, iġġenerat meta l-VSD tkun alimentata iżda ma tkunx qed tipprovdi kurrent lit-tagħbija, imqarreb sal-ewwel post deċimali;
il-livell ta’ effiċjenza: “IE2” kif iddeterminat fit-tielet taqsima ta’ dan l-anness;
l-isem tal-manifattur jew il-marka kummerċjali, in-numru ta’ reġistrazzjoni kummerċjali u l-indirizz;
l-identifikatur tal-mudell tal-prodott;
il-potenza tal-output apparenti jew il-medda tal-potenza tal-output apparenti (kVA);
il-potenza/i tal-output nominali indikattiva/i PN tal-mutur jew il-medda tal-potenza tal-output nominali (kW);
il-kurrent output nominali (A);
it-temperatura tat-tħaddim massima (°C);
il-frekwenza/i tal-provvista nominali (Hz);
il-voltaġġ(i) tal-provvista nominali jew il-medda tal-voltaġġ tal-provvista nominali (V);
jekk il-VSD titqies bħala eżenti mir-rekwiżiti tal-effiċjenza skont l-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament, ir-raġuni speċifika għaliex hija meqjusa bħala eżenti.
L-informazzjoni elenkata hawn fuq fil-punti (1) sa (11) ma hemmx għalfejn tiġi ppubblikata fuq siti web b’aċċess mingħajr ħlas fil-każ ta’ VSDs magħmulin apposta b’diżinn mekkaniku u elettroniku speċjali u manifatturati abbażi ta’ talba speċifika mill-klijent jekk din l-informazzjoni tkun inkluża fl-offerti kummerċjali pprovduti lill-klijenti.
L-informazzjoni msemmija fil-punti (1) u (2) kif ukoll is-sena tal-manifattura għandhom ikunu mmarkati b’mod durabbli fuq jew qrib il-pjanċa tal-klassifikazzjoni tal-VSD. Fejn id-daqs tal-pjanċa tal-klassifikazzjoni jagħmilha impossibbli li tiġi mmarkata l-informazzjoni kollha msemmija fil-punt (1), it-telf tal-potenza f’% tal-potenza tal-output nominali apparenti f’(90; 100), imqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali biss, għandu jiġi mmarkat.
It-telf jiġi ddeterminat skont l-Anness II.
ANNESS II
METODI TAL-KEJL U KALKOLI
Għall-finijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti, u li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:
1. Għal muturi
Id-differenza bejn il-potenza tal-output mekkanika u l-potenza tal-input elettrika hija dovuta għat-telf li jseħħ fil-mutur. It-telf totali għandu jiġi ddeterminat bl-użu tal-metodi li ġejjin, abbażi ta’ temperatura ambjentali ta’ referenza ta’ 25 °C:
Madankollu, għas-seba’ punti operattivi skont il-punt (13) tal-Anness I.2, it-telf għandu jiġi ddeterminat jew permezz ta’ kejl dirett input-output jew permezz ta’ kalkolu.
2. Għal sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli
Għad-determinazzjoni tal-klassi IE, it-telf tal-potenza tal-VSDs għandu jiġi ddeterminat b’100 % tal-kurrent nominali li jipproduċi t-torque u b’90 % tal-frekwenza nominali tal-istator tal-mutur.
It-telf totali għandu jiġi ddeterminat bl-użu ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:
Il-frekwenza tal-kommutazzjoni tat-test għandha tkun ta’ 4 kHz sa 111 kVA (90 kW) u ta’ 2 kHz minn hemm ’il fuq, jew skont il-konfigurazzjonijiet prestabbiliti tal-fabbrika kif definiti mill-manifattur.
Huwa aċċettabbli li t-telf tal-VSD jitkejjel bi frekwenza ta’ 12 Hz jew inqas, minflok żero.
Il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jistgħu jużaw ukoll il-metodu ta’ determinazzjoni tat-telf uniku. Il-kalkoli jridu jitwettqu bl-użu tad-data tal-manifattur tal-komponenti, b’valuri tipiċi ta’ semikondutturi ta’ potenza fit-temperatura ta’ tħaddim attwali tal-VSD jew fit-temperatura ta’ tħaddim massima speċifikata fl-iskeda tad-data. Meta ma jkun hemm disponibbli l-ebda data tal-manifattur tal-komponenti, it-telf għandu jiġi ddeterminat billi jitkejjel. Jista’ jsir il-kombinament ta’ telf ikkalkulat u ta’ telf imkejjel. It-telf individwali differenti jiġi kkalkulat jew imkejjel separatament u t-telf totali jiġi ddeterminat bħala s-somma tat-telf individwali kollu.
ANNESS III
PROĊEDURA TA’ VERIFIKA GĦALL-FINIJIET TA’ SORVELJANZA TAS-SUQ
It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f’dan l-Anness għandhom x’jaqsmu biss mal-verifika mill-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-valuri ddikjarati u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawn il-valuri ħalli tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar b’xi mod.
Meta mudell ikun ġie ddisinjat biex ikun kapaċi jinduna li qed jiġi ttestjat (eż. billi jirrikonoxxi l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxi b’mod speċifiku billi jbiddel awtomatikament il-prestazzjoni tiegħu matul it-test bl-objettiv li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kwalunkwe wieħed mill-parametri speċifikat f’dan ir-Regolament jew inkluż fid-dokumentazzjoni teknika jew f’xi dokumentazzjoni pprovduta, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformni.
Bħala parti mill-verifika li mudell ta’ prodott jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura li ġejja għar-rekwiżiti msemmija fl-Anness I.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw unità waħda tal-mudell.
Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti applikabbli, jekk:
il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri ddikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta’ dawn il-valuri, ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur, għall-importatur jew għar-rappreżentant awtorizzat milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-punt (g) tiegħu; u
il-valuri ddikjarati jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, u kull informazzjoni meħtieġa dwar il-prodott li jippubblikaw il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ma jkunx fiha valuri aktar favorevoli għall-manifattur, għall-importatur jew għar-rappreżentant awtorizzat mill-valuri ddikjarati; u
meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri ddeterminati (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu konformi mat-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif stabbilit fit-Tabella 7.
Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew 2(b), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.
Jekk ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c) ma jinkisibx;
għal mudelli li jiġu manifatturati fi kwantitajiet ta’ inqas minn ħamsa fis-sena inkluż il-mudelli ekwivalenti, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament;
għall-mudelli li jiġu manifatturati fi kwantitajiet ta’ ħamsa jew aktar fis-sena inkluż il-mudelli ekwivalenti, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Bħala alternattiva, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu wieħed jew aktar mill-mudelli ekwivalenti.
Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri ddeterminati tkun konformi mat-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 7.
Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt (5), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien wara li tittieħed deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-mudell skont il-punti 3, 6 jew it-tieni paragrafu ta’ dan l-Anness.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness II.
Minħabba l-limitazzjonijiet tal-piż u tad-daqs għat-trasport ta’ muturi b’potenza tal-output nominali ta’ bejn 375 u 1 000 kW, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jwettqu l-proċedura ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-manifatturi, tar-rappreżentanti awtorizzati jew tal-importaturi qabel ma l-prodotti jiddaħħlu fis-servizz. L-awtorità tal-Istat Membru tista’ twettaq din il-verifika billi tuża t-tagħmir tal-ittestjar tagħha stess.
Jekk għal tali muturi jkunu ppjanati testijiet tal-aċċettazzjoni fil-fabbrika, fejn ikunu se jiġu ttestjati l-parametri stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw l-ittestjar fil-preżenza ta’ osservatur matul dawn it-testijiet tal-aċċettazzjoni fil-fabbrika biex jinġabru riżultati tat-test li jistgħu jintużaw għall-verifika tal-konformità tal-mutur investigat. L-awtoritajiet jistgħu jitolbu lil manifattur, lil rappreżentant awtorizzat jew lil importatur biex jiżvela informazzjoni dwar kwalunkwe test tal-aċċettazzjoni fil-fabbrika ppjanat li jkun rilevanti għall-ittestjar fil-preżenza ta’ osservatur.
Fil-każijiet imsemmija fiż-żewġ paragrafi ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet tal-Istati Membri huma meħtieġa li jivverifikaw unità waħda biss tal-mudell. Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-regolament.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi stabbiliti fit-Tabella 7 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti (1) sa (7) għar-rekwiżiti msemmija f’dan l-Anness. Għall-parametri tat-Tabella 7, ma għandha tiġi applikata l-ebda tolleranza oħrabħal pereżempju dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew fi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kejl.
Tabella 7
Tolleranzi tal-verifika
Parametri |
Tolleranzi tal-verifika |
It-telf totali (1-η) għal muturi b’output nominali ta’ 0,12 kW jew aktar u ta’ 150 kW jew inqas. |
Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux ikun ogħla mill-valur (1-η) ikkalkulat abbażi tal-η iddikjarat b’aktar minn 15 %. |
It-telf totali (1-η) għal muturi b’output nominali ta’ aktar minn 150 kW u ta’ 1 000 kW jew inqas. |
Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux ikun ogħla mill-valur (1-η) ikkalkulat abbażi tal-η iddikjarat b’aktar minn 10 %. |
Telf totali għal sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli. |
Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux ikun iżjed mill-valur iddikjarat b’aktar minn 10 %. |
(*1)
* Fil-każ ta’ tliet unitajiet addizzjonali ttestjati kif preskritt fil-punt 4 (b), il-valur iddeterminat ifisser il-medja aritmetika tal-valuri ddikjarati għal dawn it-tliet unitajiet addizzjonali. |
ANNESS IV
PARAMETRI REFERENZJARJI
Fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq għall-aspetti ambjentali li tqiesu bħala sinifikanti u li huma kwantifikabbli hija indikata hawn taħt.
Għall-muturi, il-livell IE4 ġie identifikat bħala l-aqwa teknoloġija disponibbli. Jeżistu muturi b’telf ta’ inqas minn 20 %, iżda d-disponibbiltà tagħhom hija limitata u ma jeżistux fil-meded ta’ potenza kollha koperti minn dan ir-Regolament u lanqas ma jeżistu fil-forma ta’ muturi ta’ induzzjoni.
Għas-sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli, l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq tikkorrispondi għal 20 % tat-telf tal-potenza ta’ referenza msemmi fit-Tabella 6. Permezz tal-użu ta’ teknoloġiji tal-karbur tas-siliċju (SiC MOFET), it-telf tas-semikondutturi jista’ jkompli jitnaqqas b’madwar 50 % meta mqabbel ma’ soluzzjonijiet konvenzjonali.
( 1 ) id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18);
( 2 ) Id-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 309).