This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02015R0760-20240110
Regulation (EU) 2015/760 of the European Parliament and of the Council of 29 April 2015 on European long-term investment funds (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
02015R0760 — MT — 10.01.2024 — 001.002
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) 2015/760 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' April 2015 dwar il-Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (ĠU L 123 19.5.2015, p. 98) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT (UE) 2023/606 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta’ Marzu 2023 |
L 80 |
1 |
20.3.2023 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2023/2869 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Diċembru 2023 |
L 2869 |
1 |
20.12.2023 |
|
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) 2015/760 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-29 ta' April 2015
dwar il-Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u għan
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“kapital” tfisser kontribuzzjonijiet kapitali aggregati u l-kapital impenjat mhux imħallas, ikkalkulati abbażi tal-ammonti investibbli wara li jitnaqqsu d-drittijiet, l-imposti u l-ispejjeż kollha akkarigu dirett jew indirett tal-investituri;
“investitur professjonali” tfisser investitur li huwa meqjus bħala klijent professjonali, jew li jista', fuq talba, jiġi ttrattat bħala klijent professjonali b'konformità mal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE;
“investitur fil-livell tal-konsumatur” tfisser investitur li mhuwiex investitur professjonali;
“ekwità” tfisser parteċipazzjoni azzjonarja f'impriża ta' portafoll li tikkwalifika, irrappreżentat mill-ishma jew forom oħra ta' parteċipazzjoni fil-kapital tal-impriża ta' portafoll li tikkwalifika, maħruġa lill-investituri tagħha;
“kważi ekwità” tfisser kwalunkwe tip ta' strument ta' finanzjament fejn ir-redditu fuq l-istrument huwa konness mal-qligħ jew mat-telf tal-impriża ta' portafoll li tikkwalifika, u fejn il-ħlas lura tal-istrument f'każ ta' inadempjenza ma jkunx garantit bis-sħiħ;
“assi reali” tfisser assi li għandu valur intrinsiku minħabba s-sustanza u l-proprjetajiet tiegħu;
“impriża finanzjarja” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:
istituzzjoni ta' kreditu kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
kumpanija tal-investiment kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
impriża tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
impriża tar-riassigurazzjoni kif definita fil-punt (4) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;
kumpanija azzjonarja finanzjarja kif definit fil-punt (20) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
kumpanija azzjonarja b'attivitajiet imħallta kif definit fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
kumpanija maniġerjali kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/65/KE;
AIFM kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;
“AIF tal-UE” tfisser AIF tal-UE kif definit fil-punt (k) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;
“AIFM tal-UE” tfisser AIFM tal-UE kif definit fil-punt (l) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;
“awtorità kompetenti ta' ELTIF” tfisser awtorità kompetenti tal-AIF tal-UE fit-tifsira tal-punt (h) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;
“l-Istat Membru ta' domiċilju tal-ELTIF” tfisser l-Istat Membru fejn l-ELTIF huwa awtorizzat;
“maniġer tal-ELTIF” tfisser l-AIFM tal-UE awtorizzat biex jimmaniġġja ELTIF jew l-ELTIF immaniġġjat internament meta l-forma ġuridika tal-ELTIF tippermetti maniġment intern u meta ma jkun inħatar ebda AIFM estern;
“awtorità kompetenti tal-maniġer tal-ELTIF” tfisser l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-AIFM tal-UE fit-tifsira tal-punt (q) tal-Artikolu 4(1)tad-Direttiva 2011/61/UE;
“għoti b'self ta' titoli” u “teħid b'self ta' titoli” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni li fiha kontroparti tittrasferixxi titoli soġġett għal impenn li l-mutwatarju se jagħti lura titoli ekwivalenti f'xi data futura jew meta jintalab jagħmel hekk mit-trasferitur, bit-tranżazzjoni titqies bħala għoti b'self ta' titoli għall-kontroparti li tittrasferixxi t-titoli u titqies bħala teħid b'self ta' titoli għall-kontroparti li huma ttrasferiti lilha;
“titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata” tfisser titolizzazzjoni li tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
“grupp” ifisser grupp kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 11, tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );
“tranżazzjoni ta' xiri mill-ġdid” tfisser tranżazzjoni ta' xiri mill-ġdid kif definit fil-punt (83) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
“strument finanzjarju” tfisser strument finanzjarju kif speċifikat fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;
“bejgħ qasir” tfisser attività kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );
“suq regolat” tfisser suq regolat kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
“faċilità multilaterali tan-negozjar” tfisser faċilità tan-negozjar kif definit fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
“ELTIF alimentatur” ifisser ELTIF, jew kompartiment ta’ investiment tiegħu, li jkun ġie approvat biex jinvesti mill-inqas 85 % tal-assi tiegħu f’unitajiet jew ishma ta’ ELTIF ieħor jew kompartiment ta’ investiment ta’ ELTIF;
“ELTIF prinċipali” ifisser ELTIF, jew kompartiment ta’ investiment tiegħu, li fih ELTIF ieħor jinvesti mill-inqas 85 % tal-assi tiegħu f’unitajiet jew ishma.
Artikolu 3
L-awtorizzazzjoni u r-reġistru pubbliku ċentrali
L-ESMA għandha żżomm reġistru pubbliku ċentrali aġġornat li jidentifika għal kull ELTIF awtorizzat skont dan ir-Regolament:
l-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI) u l-identifikatur tal-kodiċi nazzjonali tal-ELTIF, fejn disponibbli;
l-isem u l-indirizz tal-maniġer tal-ELTIF u, meta disponibbli, il-LEI ta’ dak il-maniġer;
il-kodiċijiet ISIN tal-ELTIF u kull klassi separata ta’ unitajiet jew ta’ ishma, fejn disponibbli;
il-LEI tal-ELTIF prinċipali, fejn disponibbli;
il-LEI tal-ELTIF alimentatur, fejn disponibbli;
l-awtorità kompetenti tal-ELTIF u l-Istat Membru domiċiljari tal-ELTIF;
l-Istati Membri fejn huwa kkummerċjalizzat l-ELTIF;
jekk l-ELTIF jistax jiġi kkummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur jew jistax jiġi kkummerċjalizzat biss lil investituri professjonali;
id-data tal-awtorizzazzjoni tal-ELTIF;
id-data li fiha tkun bdiet il-kummerċjalizzazzjoni tal-ELTIF;
id-data tal-aħħar aġġornament mill-ESMA tal-informazzjoni dwar l-ELTIF.
Ir-reġistru pubbliku ċentrali għandu jkun magħmul disponibbli f’format elettroniku.
Artikolu 4
Id-deżinjazzjoni u l-projbizzjoni fuq transformazzjoni
Artikolu 5
Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala ELTIF
L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala ELTIF għandha tinkludi dawn kollha li ġejjin:
ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni;
l-isem tal-maniġer propost tal-ELTIF;
l-isem tad-depożitarju u, fejn mitlub mill-awtorità kompetenti ta’ ELTIF li jista’ jiġi kkummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur, il-ftehim bil-miktub mad-depożitarju;
fejn l-ELTIF jista’ jiġi kkummerċjalizzat lill-investituri fil-livell tal-konsumatur, deskrizzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi magħmula disponibbli għall-investituri, inkluża deskrizzjoni tal-arranġamenti għat-trattament tal-ilmenti sottomessi mill-investituri fil-livell tal-konsumatur;
fejn applikabbli, l-informazzjoni li ġejja dwar l-istruttura prinċipali-alimentatriċi tal-ELTIF:
dikjarazzjoni li l-ELTIF alimentatur huwa alimentatur tal-ELTIF prinċipali;
ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-ELTIF prinċipali u l-ftehim bejn l-ELTIF alimentatur u l-ELTIF prinċipali, jew ir-regoli interni dwar il-kondotta tal-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 29(6);
meta l-ELTIF prinċipali u l-ELTIF alimentatur ikollhom depożitarji differenti, il-ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-informazzjoni msemmi fl-Artikolu 29(7);
meta l-ELTIF alimentatur ikun stabbilit fi Stat Membru għajr l-Istat Membru domiċiljari tal-ELTIF prinċipali, attestazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-ELTIF prinċipali li l-ELTIF prinċipali huwa ELTIF ipprovdut mill-ELTIF alimentatur.
L-awtorità kompetenti tal-ELTIF tista' titlob kjarifika u informazzjoni rigward id-dokumentazzjoni u l-informazzjoni pprovduti skont it-tieni subparagrafu.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, AIFM tal-UE li japplika biex jimmaniġġja ELTIF stabbilit fi Stat Membru ieħor għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-ELTIF id-dokumentazzjoni li ġejja:
il-ftehim bil-miktub mad-depożitarju;
l-informazzjoni dwar l-arranġamenti għad-delegazzjoni fir-rigward tal-portafoll kif ukoll tal-immaniġġjar u l-amministrazzjoni tar-riskju fir-rigward tal-ELTIF;
l-informazzjoni dwar l-istrateġiji tal-investiment, il-profil tar-riskju u karatteristiċi oħra tal-AIFs li l-AIFM tal-UE ikun awtorizzat jimmaniġġja.
L-awtorità kompetenti tal-ELTIF tista' titlob lill-awtorità kompetenti tal-AIFM tal-UE għal kjarifika u informazzjoni rigward id-dokumentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu, jew attestat dwar jekk l-ELTIFs jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni mill-AIFM tal-UE biex jimmaniġġja l-AIFs. L-awtorità kompetenti tal-AIFM tal-UE għandha tagħti risposta fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol mid-data li fiha tkun irċeviet it-talba ppreżentata mill-awtorità kompetenti tal-ELTIF.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 2011/61/UE, l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala ELTIF immaniġġjat internament għandha inkludi li ġej:
ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni;
meta l-ELTIF jista’ jiġi kkummerċjalizzat lill-investituri fil-livell tal-konsumatur, deskrizzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi magħmula disponibbli għall-investituri fil-livell tal-konsumatur, inkluża deskrizzjoni tal-arranġamenti għat-trattament tal-ilmenti sottomessi mill-investituri fil-livell tal-konsumatur.
B'deroga mill-paragrafu 3, AIF tal-UE mmaniġġjat internament għandu jiġi infurmat fi żmien tliet xhur mid-data tas-sottomissjoni ta' applikazzjoni sħiħa dwar jekk ingħatatx awtorizzazzjoni bħala ELTIF.
Artikolu 6
Kundizzjonijiet għall-għoti ta' awtorizzazzjoni bħala ELTIF
AIF tal-UE għandu jiġi awtorizzat bħala ELTIF biss fejn l-awtorità kompetenti tiegħu:
tkun sodisfatta li l-AIF tal-UE huwa kapaċi jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta' dan ir-Regolament;
tkun approvat l-applikazzjoni tal-AIFM tal-UE awtorizzat skont id-Direttiva 2011/61/UE biex jimmaniġġja l-ELTIF, ir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni u l-għażla tad-depożitarju.
L-awtorità kompetenti tal-ELTIF tista' tirrifjuta li tapprova l-applikazzjoni ta' AIFM tal-UE biex jimmaniġġja ELTIF meta l-AIFM tal-UE:
ma jkunx konformi ma' dan ir-Regolament;
ma jkunx konformi mad-Direttiva 2011/61/UE;
mhuwiex awtorizzat mill-awtorità kompetenti tiegħu biex jimmaniġġja l-AIFs li jsegwu strateġiji ta' investiment tat-tip koperti b'dan ir-Regolament; jew
ma pprovdiex id-dokumenti msemmija fil-Artikolu 5(2), jew xi kjarifika jew informazzjoni mitluba taħtu.
Qabel ma l-awtorità kompetenti ta' ELTIF tirrifjuta li tapprova applikazzjoni, hija għandha tikkonsulta l-awtorità kompetenti tal-AIFM tal-UE.
Artikolu 7
Ir-regoli applikabbli u r-responsabbiltajiet
KAPITOLU II
OBBLIGI LI JIKKONĊERNAW IL-POLITIKI TA' INVESTIMENT TAL-ELTIFs
TAQSIMA 1
Ir-regoli ġenerali u l-assi eliġibbli
Artikolu 8
Il-kompartimenti ta' investiment
Meta ELTIF jinkludi iżjed minn kompartiment ta' investiment wieħed, kull kompartiment għandu jitqies bħala ELTIF separat għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu.
Artikolu 9
L-investimenti eliġibbli
B'konformità mal-għanijiet msemmija fl-Artikolu 1(2), ELTIF għandu jinvesti biss f'dawn il-kategoriji ta' assi u taħt il-kundizzjonijiet speċifikati f'dan ir-Regolament biss:
assi ta' investiment eliġibbli;
l-assi msemmija fl-Artikolu 50(1) tad-Direttiva 2009/65/KE.
ELTIF m'għandu jagħmel l-ebda waħda minn dawn l-attivitajiet li ġejjin:
il-bejgħ qasir ta' assi;
jesponi ruħu b'mod dirett jew indirett għall-komoditajiet, anke permezz ta' strumenti finanzjarji derivati, ċertifikati li jirrappreżentawhom, indiċi bbażati fuqhom jew kwalunkwe mezz jew strument li jagħtihom esponiment;
jidħol f'għoti b'self ta' titoli, f'teħid ta' self ta' titoli, fi tranżazzjonijiet ta' xiri mill-ġdid, jew fi kwalunkwe ftehim ieħor li jkollu effett ekonomiku ekwivalenti u jġib riskji simili, jekk b'hekk ikun affettwati aktar minn 10 % tal-assi tal-ELTIF;
juża strumenti finanzjarji derivati, ħlief meta l-użu ta' tali strumenti jaqdi biss l-iskop li jiġu ħħeġġjati r-riskji inerenti għal investimenti oħrajn tal-ELTIF.
L-AETS tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-9 ta' Settembru 2015.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 10
L-assi ta’ investiment eliġibbli
Assi msemmi fil-punt (a) ta-Artikolu 9(1) għandu jkun eliġibbli biss għal investiment minn ELTIF meta jaqa’ f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:
strumenti ta’ ekwità jew kważi ekwità li kienu:
maħruġa minn impriża ta’ portafoll kwalifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 11 u akkwistati mill-ELTIF mingħand dik l-impriża ta’ portafoll kwalifikanti jew mingħand parti terzi permezz tas-suq sekondarju;
maħruġa minn impriża ta’ portafoll kwalifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 11 bi skambju għal strument ta’ ekwità jew kważi ekwità akkwistat preċedentement mill-ELTIF mingħand l-impriża ta’ portafoll kwalifikanti jew mingħand parti terza permezz tas-suq sekondarju;
maħruġa minn impriża li fiha impriża ta’ portafoll kwalifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 11 ikollha parteċipazzjoni ta’ kapital bi skambju għal strument ta’ ekwità jew kważi ekwità akkwistat mill-ELTIF f’konformità mal-punt (i) jew (ii) ta’ dan il-punt (a);
strumenti ta’ dejn maħruġa minn impriża ta’ portafoll kwalifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 11;
self mogħti mill-ELTIF lil impriża ta’ portafoll kwalifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 11 b’maturità li ma taqbiżx il-ħajja tal-ELTIF;
unitajiet jew ishma ta’ wieħed jew diversi minn ELTIFs, EuVECAs, EuSEFs, UCITS u AIFs tal-UE oħrajn ġestiti minn AIFMs tal-UE, dment li dawk l-ELTIFs, l-EuVECAs, l-EuSEFs, l-UCITS u l-AIFs tal-UE jinvestu f’investimenti eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 9(1) u (2) u huma stess ma jkunux investew aktar minn 10 % tal-assi tagħhom fi kwalunkwe impriża ta’ investiment kollettiv oħra;
assi reali;
titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u standardizzati fejn l-iskoperturi sottostanti jikkorrispondu għal waħda mill-kategoriji li ġejjin:
assi elenkati fl-Artikolu 1, il-punti (a)(i), (ii) jew (iv) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1851 ( 6 );
assi elenkati fl-Artikolu 1, il-punti (a)(vii) jew (viii) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1851, dment li r-rikavati mill-bonds ta’ titolizzazzjoni jintużaw għall-finanzjament jew għar-rifinanzjament ta’ investimenti ta’ terminu twil.
bonds maħruġa, skont Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej, minn impriża ta’ portafoll kwalifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 11.
Il-limitu stipulat fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-ELTIFs alimentaturi.
Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-konformità mal-limitu ta’ investiment u l-limiti l-oħrajn stipulati fl-Artikolu 13 u fl-Artikolu 16(1), l-assi u l-pożizzjoni ta’ teħid b’self ta’ flus kontanti ta’ ELTIF u tal-impriżi l-oħra ta’ investiment kollettiv li fihom ikun investa l-ELTIF għandhom jiġu kkombinati.
Id-determinazzjoni tal-konformità mal-limitu ta’ investiment u mal-limiti l-oħrajn stipulati fl-Artikolu 13 u fl-Artikolu 16(1) f’konformità ma’ dan il-paragrafu għandha titwettaq abbażi tal-informazzjoni aġġornata mill-inqas fuq bażi ta’ kull tliet xhur u, fejn dik l-informazzjoni ma tkunx disponibbli fuq bażi ta’ kull tliet xhur, abbażi tal-aktar informazzjoni reċenti disponibbli.
Artikolu 11
Impriża ta' portafoll li tikkwalifika
Impriża ta’ portafoll kwalifikanti għandha tkun impriża li tissodisfa, fil-mument tal-investiment inizjali, ir-rekwiżiti li ġejjin:
ma tkunx impriża finanzjarja, sakemm:
ma tkunx impriża finanzjarja li ma hijiex kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja b’attività mħallta; u
dik l-impriża finanzjarja ma tkunx ġiet awtorizzata jew irreġistrata aktar reċentement minn ħames snin qabel id-data tal-investiment inizjali;
tkun impriża li:
ma tkunx ammessa għan-negozjar f’suq regolat jew f’faċilità multilaterali tan-negozjar; jew
li tkun ammessa għall-kummerċ f’suq regolat jew f’faċilità tal-kummerċ multilaterali u jkollha kapitalizzazzjoni tas-suq ta’ mhux aktar minn EUR 1 500 000 000 ;
tkun stabbilita fi Stat Membru, jew f’pajjiż terz sakemm il-pajjiż terz:
ma jkunx identifikat bħala pajjiż terz b’riskju għoli elenkat fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 );
ma tkunx imsemmija fl-Anness I għall-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa.
Artikolu 12
Kunflitti ta’ interess
TAQSIMA 2
Dispożizzjonijiet dwar politiki ta' investiment
Artikolu 13
Kompożizzjoni u diversifikazzjoni tal-portafoll
ELTIF għandu jinvesti mhux aktar minn:
20 % tal-kapital tiegħu fi strumenti maħruġa minn, jew self mogħti lil, kwalunkwe impriża ta’ portafoll kwalifikanti unika;
20 % tal-kapital tiegħu f’assi reali uniku;
20 % tal-kapital tiegħu f’unitajiet jew ishma ta’ kwalunkwe ELTIF, EuVECA, EuSEF, UCITS jew AIF tal-UE uniku ġestit minn AIFM tal-UE;
10 % tal-kapital tiegħu fl-assi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1), fejn dawk l-assi jkunu nħarġu minn kwalunkwe korp uniku.
Artikolu 14
Rettifika tal-pożizzjonijiet ta’ investiment
Fil-każ li ELTIF jikser ir-rekwiżiti ta’ kompożizzjoni u ta’ diversifikazzjoni tal-portafoll stipulati fl-Artikolu 13 jew il-limiti ta’ teħid ta’ self stipulati fl-Artikolu 16(1), il-punt (a), u l-ksur ma jkunx fil-kontroll tal-maniġer tal-ELTIF, il-maniġer tal-ELTIF, għandu jieħu, f’perjodu ta’ żmien xieraq, dawk il-miżuri li jkunu neċessarji biex jirrettifika l-pożizzjoni, b’kont meħud tal-interessi tal-investituri tal-ELTIF.
Artikolu 15
Limiti ta’ konċentrazzjoni
Artikolu 16
It-teħid b’self ta’ flus kontanti
ELTIF jista’ jissellef flus sakemm dan is-self jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
jirrappreżenta mhux aktar minn 50 % tal-valur nett tal-assi tal-ELTIF f’każ tal-ELTIFs li jistgħu jiġu kkummerċjalizzati lil investituri fil-livell tal-konsumatur, u mhux aktar minn 100 % tal-valur nett tal-assi tal-ELTIF fil-każ ta’ ELTIFs ikkummerċjalizzati biss lil investituri professjonali;
iservi l-iskop li jsiru investimenti jew li tiġi pprovduta likwidità, inkluż li jitħallsu l-kostijiet u l-ispejjeż, dment li l-parteċipazzjonijiet fi flus kontanti jew f’ekwivalenti għal flus kontanti tal-ELTIF ma jkunux biżżejjed biex isir l-investiment ikkonċernat;
jiġi kkuntrattat fl-istess munita bħall-assi li għandhom jiġu akkwistati bil-flus missellfa, jew f’munita oħra meta l-iskopertura għall-munita tkun ġiet iħħeġġjata kif xieraq;
ikollu maturità mhux itwal mill-ħajja tal-ELTIF.
Meta jissellef flus kontanti, ELTIF jista’ jaggrava assi biex jimplimenta l-istrateġija ta’ self tiegħu.
L-arranġamenti ta’ teħid b’self li huma koperti bis-sħiħ mill-impenji ta’ kapital tal-investituri ma għandhomx jitqiesu li jkunu teħid b’self għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu.
Artikolu 17
L-applikazzjoni tas-sura tal-portafoll u r-regoli ta' diversifikazzjoni
Ir-rekwiżiti ta’ kompożizzjoni u ta’ diversifikazzjoni tal-portafoll stabbiliti fl-Artikolu 13 għandhom:
japplikaw sad-data speċifikata fir-regoli jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-ELTIF;
ma jibqgħux japplikaw ladarba l-ELTIF jibda jbigħ l-assi sabiex jirrimborża l-unitajiet jew l-ishma tal-investituri wara tmiem ħajjet l-ELTIF;
jiġu temporanjament sospiżi meta ELTIF jiġbor kapital addizzjonali jew inaqqas il-kapital eżistenti tiegħu, sakemm tali sospensjoni ma tkunx itwal minn 12-il xahar.
Id-data msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandha tieħu kont tal-karatteristiċi partikulari u l-karatteristiċi tal-assi li ser jiġu investiti mill-ELTIF, u m'għandhiex tkun aktar tard jew minn ħames snin wara d-data tal-awtorizzazzjoni bħala ELTIF, jew inkella nofs il-ħajja tal-ELTIF kif determinat skont l-Artikolu 18 (3), skont liema tiġi l-ewwel. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, l-awtorità kompetenti tal-ELTIF, meta jiġi ppreżentat pjan ta' investiment debitament ġustifikat, tista' tapprova estensjoni ta' dan il-limitu ta' żmien b' mhux iktar minn sena.
KAPITOLU III
IT- ►C1 TIFDIJA ◄ , IN-NEGOZJAR U L-ĦRUĠ TA' UNITAJIET JEW ISHMA TA' ELTIF U D-DISTRIBUZZJONI TAR-RIKAVAT U KAPITAL
Artikolu 18
Ir-rimbors tal-unitajiet jew l-ishma tal-ELTIFs
Ir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-ELTIF għandhom jindikaw b’mod ċar data speċifika għal tmiem ħajjet l-ELTIF u jistgħu jipprevedu d-dritt ta’ estensjoni temporanja tal-ħajja tal-ELTIF u l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ tali dritt.
Ir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-ELTIF u l-iżvelar lill-investituri għandhom jistipulaw il-proċeduri għar-rimbors tal-unitajiet jew ishma u d-disponiment tal-assi, u jiddikjaraw b’mod ċar li r-rimbors lill-investituri għandu jkun possibbli mill-jum ta’ wara d-data ta’ tmiem ħajjet l-ELTIF.
B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni ta’ ELTIF jistgħu jipprevedu l-possibbiltà ta’ rimbors matul il-ħajja tal-ELTIF, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
it-tifdijiet ma jingħatawx qabel it-tmiem ta’ perjodu minimu ta’ żamma jew qabel id-data speċifikata fl-Artikolu 17(1), il-punt (a);
meta tingħata l-awtorizzazzjoni u tul il-ħajja tal-ELTIF, il-maniġer tal-ELTIF ikun jista’ juri lill-awtoritajiet kompetenti tal-ELTIF li l-ELTIF ikollu fis-seħħ politika xierqa ta’ rimbors u għodod ta’ ġestjoni tal-likwidità li jkunu kompatibbli mal-istrateġija ta’ investiment tal-ELTIF fuq terminu twil;
il-politika ta’ rimbors tal-ELTIF tindika b’mod ċar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet għat-tifdijiet;
il-politika ta’ rimbors tal-ELTIF tiżgura li r-rimbors ikun limitat għal persentaġġ tal-assi tal-ELTIF msemmi fl-Artikolu 9(1), il-punt (b);
il-politika ta’ rimbors tal-ELTIF tiżgura li l-investituri jiġu ttrattati b’mod ġust u r-rimbors jingħata fuq bażi pro rata jekk it-talbiet għar-rimbors jaqbeż il-persentaġġ imsemmi fil-punt (d) ta’ dan is-subparagrafu.
Il-kundizzjoni ta’ perjodu minimu ta’ żamma msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika għal ELTIFs alimentaturi li jinvestu fl-ELTIFs prinċipali tagħhom.
Il-ħlas lura in natura mill-assi ta’ ELTIF għandu jkun possibbli biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
ir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-ELTIF joffru dik il-possibbiltà, sakemm l-investituri kollha jiġu ttrattati b’mod ġust;
l-investitur jitlob bil-miktub biex jitħallas lura permezz ta’ sehem mill-assi tal-ELTIF;
l-ebda regola speċifika ma tirrestrinġi t-trasferiment ta’ dawn l-assi.
L-ESMA għandha wkoll tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw dan li ġej:
il-kriterji biex jiġi ddeterminat il-perjodu minimu ta’ parteċipazzjoni msemmi fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a);
l-informazzjoni minima li għandha tiġi pprovduta lill-awtorità kompetenti tal-ELTIF skont il-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b);
ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-ELTIF fir-rigward tal-politika ta’ rimbors tiegħu u l-għodod għall-ġestjoni tal-likwidità, imsemmija fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (c); u
il-kriterji għall-valutazzjoni tal-persentaġġ imsemmi fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), filwaqt li jitqiesu, fost l-oħrajn, il-flussi tal-flus u l-obbligazzjonijiet mistennija tal-ELTIF.
L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2024.
Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 19
Is-suq sekondarju
Ir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-ELTIF jistgħu jipprevedu l-possibbiltà matul il-ħajja tal-ELTIF, ta’ tqabbil sħiħ jew parzjali tat-talbiet għat-trasferiment ta’ unitajiet jew ishma tal-ELTIF mill-investituri ħerġin mat-talbiet għat-trasferiment minn investituri potenzjali, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-maniġer tal-ELTIF ikollu politika għat-tqabbil tat-talbiet li tistabbilixxi b’mod ċar dawn kollha li ġejjin:
il-proċess ta’ trasferiment kemm għall-investituri eżistenti kif ukoll għal dawk potenzjali;
ir-rwol tal-maniġer tal-ELTIF jew tal-amministratur tal-fond fit-twettiq tat-trasferimenti, u t-tqabbil tat-talbiet rispettivi;
il-perjodi ta’ żmien li matulhom l-investituri ħerġin u dawk potenzjali huma permessi li jitolbu t-trasferiment ta’ ishma jew unitajiet tal-ELTIF;
ir-regoli li jiddeterminaw il-prezz tal-eżekuzzjoni;
ir-regoli li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet ta’ prorazzjoni;
iż-żmien u n-natura tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni fir-rigward tal-proċess ta’ trasferiment;
it-tariffi, il-kostijiet u l-imposti, jekk ikun hemm, relatati mal-proċess ta’ trasferiment;
il-politika u l-proċeduri għat-tqabbil tat-talbiet tal-investituri ħerġin mill-ELTIF ma’ dawk tal-investituri potenzjali jiżguraw li l-investituri jiġu ttrattati b’mod ġust u, fejn ikun hemm diskrepanza bejn l-investituri ħerġin u dawk potenzjali, it-tqabbil jitwettaq fuq bażi pro rata;
it-tqabbil tat-talbiet jippermetti lill-maniġer tal-ELTIF jimmonitorja r-riskju tal-likwidità tal-ELTIF u t-tqabbil ikun kompatibbli mal-istrateġija ta’ investiment ta’ terminu twil tal-ELTIF.
L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2024.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 20
Il-ħruġ ta' jew unitajiet jew ishma ġodda
Artikolu 21
Id-disponiment tal-assi tal-ELTIF
L-iskeda msemmija fil-paragrafu 1 tinkludi:
evalwazzjoni tas-suq għal xerrejja potenzjali;
evalwazzjoni u tqabbil ta' prezzijiet tal-bejgħ potenzjali;
valutazzjoni tal-assi li għandhom jiġu ċeduti;
żmien għall-iskeda ta' disponiment.
L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-9 ta' Settembru 2015.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 22
Distribuzzjoni tar-rikavat u l-kapital
ELTIF jista' regolarment iqassam lill-investituri r-rikavati ġġenerati mill-assi li jinsabu fil-portafoll. Dak ir-rikavat għandu jkun magħmul minn:
rikavat li l-assi qed jipproduċu b'mod regolari;
apprezzament kapitali li jseħħ wara d-disponiment ta' assi.
KAPITOLU IV
IR-REKWIŻITI TA' TRASPARENZA
Artikolu 23
It-trasparenza
L-unitajiet jew l-ishma ta' ELTIF ma għandhomx jiġu kkummerċjalizzati lil investituri fil-livell tal-konsumatur fl-Unjoni qabel ma jiġi ppubblikat id-dokument bl-informazzjoni ewlenija skont ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014.
Il-prospett għandu jinkludi mill-inqas dan li ġej:
dikjarazzjoni li tagħti r-raġunijiet kif l-għanijiet u l-istrateġija ta' investiment ta' ELTIF sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet jikkwalifikaw lill-Fond bħala ta' terminu twil fin-natura tiegħu;
l-informazzjoni li għandha tiġi żvelata mill-impriżi ta’ investiment kollettiv tat-tip limitat skont ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 );
l-informazzjoni li għandha tiġi żvelata lill-investituri skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2011/61/UE, jekk ma tkunx diġà koperta taħt il-punt (b) ta' dan il-paragrafu;
indikazzjoni prominenti tal-kategoriji tal-assi li fihom l-ELTIF huwa awtorizzat li jinvesti;
indikazzjoni prominenti tal-ġurisdizzjonijiet li fihom l-ELTIF huwa awtorizzat li jinvesti;
kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti bħala relevanti għall-iskopijiet tal-paragrafu 2.
Il-prospett ta’ ELTIF alimentatur għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
dikjarazzjoni li l-ELTIF alimentatur huwa alimentatur ta’ ELTIF prinċipali u, bħala tali, jinvesti b’mod permanenti 85 % jew aktar mill-assi tiegħu f’unitajiet jew f’ishma ta’ dak l-ELTIF prinċipali;
l-objettiv u l-politika tal-investiment tal-ELTIF alimentatur, inklużi l-profil tar-riskju u jekk il-prestazzjoni tal-ELTIF alimentatur u tal-ELTIF prinċipali humiex identiċi, jew sa liema punt u għal liema raġunijiet huma differenti;
deskrizzjoni fil-qosor tal-ELTIF prinċipali, l-organizzazzjoni tiegħu, l-objettiv u l-politika tal-investiment tiegħu, inkluż il-profil tar-riskju, u indikazzjoni ta’ kif jista’ jinkiseb il-prospett tal-ELTIF prinċipali;
sommarju tal-ftehim konkluż bejn l-ELTIF alimentatur u l-ELTIF prinċipali jew tar-regoli interni dwar il-kondotta tal-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 29(6);
kif it-titolari tal-unitajiet jew it-titolari tal-ishma jistgħu jiksbu aktar informazzjoni dwar l-ELTIF prinċipali u l-ftehim konkluż bejn l-ELTIF alimentatur u l-ELTIF prinċipali msemmi fl-Artikolu 29(6);
deskrizzjoni tar-remunerazzjoni kollha jew tar-rimbors kollu tal-kostijiet li għandhom jitħallsu mill-ELTIF alimentatur bis-saħħa tal-investiment tiegħu f’unitajiet jew f’ishma tal-ELTIF prinċipali, kif ukoll tal-imposti aggregati tal-ELTIF alimentatur u tal-ELTIF prinċipali.
B'mod partikolari, il-prospett u kwalunkwe dokument promozzjonali ieħor b'mod ċar:
jinforma lill-investituri dwar in-natura ta' terminu twil tal-investimenti tal-ELTIF;
jinforma lill-investituri dwar tmiem ħajjet l-ELTIF, kif ukoll l-għażla li jestendu l-ħajja tal-ELTIF, fejn din hija prevista, u l-kundizzjonijiet għal dan;
jiddikjara jekk hemmx il-ħsieb li l-ELTIF jiġi kkummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur;
jispjega d-drittijiet tal-investituri li jifdu l-investiment tagħhom skont l-Artikolu 18 u r-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-ELTIF;
jiddikjara l-frekwenza u l-iskeda ta' distribuzzjoni tar-rikavat, jekk ikun hemm, lill-investituri matul ħajjet l-ELTIF;
jagħti parir lill-investituri li proporzjon żgħir biss tal-portafoll ta' investiment globali tagħhom għandu jiġi investit f'ELTIF;
jiddeskrivi l-politika ta' ħħeġġjar tal-ELTIF, inkluża indikazzjoni prominenti li l-istrumenti finanzjarji derivati jistgħu jintużaw biss għall-iskop ta' riskji ta' ħħeġġjar inerenti għal investimenti oħra tal-ELTIF, u indikazzjoni tal-impatt possibbli tal-użu tal-istrumenti finanzjarji derivati fuq il-profil tar-riskju tal-ELTIF;
jinforma lill-investituri dwar ir-riskji relatati mal-investiment fl-assi reali, inkluża l-infrastruttura;
jinforma lill-investituri regolarment, tal-anqas darba fis-sena, dwar il-ġurisdizzjonijiet li l-ELTIF investa fihom.
Minbarra l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2011/61/UE, ir-rapport annwali ta' ELTIF għandu jkun fih li ġej:
rendikont tal-flussi ta' flus;
informazzjoni dwar kull parteċipazzjoni fi strumenti li jinvolvu l-fondi baġitarji tal-Unjoni;
informazzjoni dwar il-valur tal-impriżi ta' portafoll li jikkwalifikaw individwali u l-valur ta' assi oħra li l-ELTIF investa fihom, inkluż il-valur tal-istrumenti finanzjarji derivati użati;
informazzjoni dwar il-ġurisdizzjonijiet li fihom jinsabu l-assi tal-ELTIF.
Meta l-ELTIF jiġi kkummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur, il-maniġer tal-ELTIF għandu jinkludi fir-rapport annwali tal-ELTIF alimentatur dikjarazzjoni dwar l-imposti aggregati tal-ELTIF alimentatur u l-ELTIF prinċipali. Ir-rapport annwali tal-ELTIF alimentatur għandu jindika kif jista’ jinkiseb r-rapport annwali tal-ELTIF prinċipali.
Artikolu 24
Rekwiżiti addizzjonali tal-prospett
Id-dokumenti msemmija fl-ewwel subparagrafu m'għandhomx ikunu meħtieġa li jiġu annessi mal-prospett fejn l-investitur jiġi infurmat li, fuq talba, dawk id-dokumenti sejrin jintbagħtu lill-investitur jew l-investitur jiġi infurmat dwar il-post fejn, f'kull Stat Membru li fih l-unitajiet jew ishma jitqiegħdu fis-suq, huwa jista' jikkonsultahom.
Il-prospett jista' jiġi pprovdut f'mezz durabbli jew permezz ta' sit web. Kopja stampata tingħata lill-investituri fil-livell tal-konsumatur fuq talba u mingħajr ħlas.
Artikolu 25
L-iżvelar tal-ispejjeż
Il-prospett għandu jinforma b'mod prominenti lill-investituri dwar il-livell tal-ispejjeż differenti direttament jew indirettament akkarigu tal-investituri. L-ispejjeż differenti għandhom jiġu miġbura skont l-intestaturi li ġejjin:
l-ispejjeż tal-istabbiliment tal-ELTIF;
spejjeż relatati mal-akkwist tal-assi;
it-tariffi tal-immaniġġjar u relatati mal-prestazzjoni;
l-ispejjeż tad-distribuzzjoni;
spejjeż oħra, inklużi spejjeż ta' amministrazzjoni, regolatorji, ta' depożitu, ta' kustodja, ta' servizz professjonali u ta' awditjar.
L-AETS, meta tkun qed tiżviluppa dan l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, tqis l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014.
L-AETS tissottometti dan l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-9 ta' Settembru 2015.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 25a
Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, ta’ dan ir-Regolament għandha ssir aċċessibbli fil-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ). Għal dak il-fini, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2) ta’ dak ir-Regolament għandu jkun l-ESMA. L-ESMA għandha tislet dik l-informazzjoni mill-informazzjoni nnotifikata mill-awtorità kompetenti tal-Fondi ta’ investiment Ewropew fuq terminu twil (ELTIFs) f’konformità mal-Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu, ta’ dan ir-Regolament għall-fini tal-istabbiliment tar-reġistru pubbliku ċentrali msemmi fl-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, ta’ dan ir-Regolament.
Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
l-ismijiet kollha tal-ELTIF awtorizzat li miegħu hija relatata l-informazzjoni;
meta jkun disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-ELTIF awtorizzat, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tinkludix data personali.
KAPITOLU V
IL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TA' UNITAJIET JEW ISHMA TAL-ELTIFs
▼M1 —————
Artikolu 27
Proċess ta’ valutazzjoni intern għall-ELTIFs li jistgħu jiġu kummerċjalizzati lil investituri fil-livell tal-konsumatur
Il-maniġer ta’ ELTIF, li l-unitajiet jew l-ishma tiegħu jistgħu jiġu kkummerċjalizzati lil investituri fil-livell tal-konsumatur, għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 16(3), mit-tieni sal-ħames u s-seba’ subparagrafi, tad-Direttiva 2014/65/UE u fl-Artikolu 24(2) ta’ dik id-Direttiva.
▼M1 —————
Artikolu 29
Dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw id-depożitarju ta' ELTIF kummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur
L-assi miżmuma f'kustodja mid-depożitarju ta' ELTIF jistgħu jerġgħu jintużaw biss sakemm:
l-użu mill-ġdid tal-assi jkun eżegwit akkont tal-ELTIF;
id-depożitarju jkun qed iwettaq l-istruzzjonijiet tal-maniġer tal-ELTIF f'isem l-ELTIF;
l-użu mill-ġdid ikun għall-benefiċċju tal-ELTIF u fl-interessi tad-detenturi tal-unitajiet jew tal-azzjonisti; u
it-transazzjoni jkunu koperti minn kollateral ta' kwalità għolja u likwidu riċevut mill-ELTIF skont arranġament ta' trasferiment ta' titoli.
F'kull ħin, il-valur tas-suq tal-kollateral msemmi fil-punt (d) tat-tieni subparagrafu għandu jammonta għal mill-inqas il-valur tas-suq tal-assi li ntużaw mill-ġdid flimkien ma' primjum.
Il-ftehim imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun disponibbli, fuq talba u mingħajr ħlas, għat-titolari kollha tal-unitajiet jew tal-ishma. Fil-każ li kemm l-ELTIF prinċipali kif ukoll l-ELTIF alimentatur ikunu ġestiti mill-istess maniġer tal-ELTIF, il-ftehim jista’ jiġi sostitwit b’regoli interni dwar il-kondotta tal-operazzjonijiet li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu.
Meta jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu, la d-depożitarju tal-ELTIF prinċipali u lanqas dak tal-ELTIF alimentatur ma għandhom jinstabu li jkunu qed jiksru kwalunkwe regola li tirrestrinġi d-divulgazzjoni tal-informazzjoni jew li tirrigwardja l-protezzjoni tad-data, fejn tali regoli jkunu previsti f’kuntratt jew f’liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva. Tali konformità ma għandha tagħti lok għall-ebda responsabbiltà min-naħa ta’ tali depożitarju jew kwalunkwe persuna li taġixxi f’ismu.
L-ELTIF alimentatur jew, fejn applikabbli, il-maniġer tal-ELTIF alimentatur, għandhom ikunu inkarigati li jikkomunikaw lid-depożitarju tal-ELTIF alimentatur kwalunkwe informazzjoni dwar l-ELTIF prinċipali li hija meħtieġa għall-ikkompletar tad-dmirijiet tad-depożitarju tal-ELTIF alimentatur. Id-depożitarju tal-ELTIF prinċipali għandu jinforma minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-ELTIF prinċipali, tal-ELTIF alimentatur jew, fejn applikabbli, tal-maniġer u tad-depożitarju tal-ELTIF alimentatur, bi kwalunkwe irregolarità li jsib fir-rigward tal-ELTIF prinċipali li titqies li għandha impatt negattiv fuq l-ELTIF alimentatur.
Artikolu 30
Rekwiżiti speċifiċi li jikkonċernaw id-distribuzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ELTIFs lil investituri fil-livell tal-konsumatur
Il-valutazzjoni tal-adegwatezza kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha titwettaq irrispettivament minn jekk l-unitajiet jew l-ishma tal-ELTIF ikunux akkwistati minn investituri fil-livell tal-konsumatur mingħand id-distributur jew il-maniġer tal-ELTIF, jew permezz tas-suq sekondarju f’konformità mal-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament.
Il-kunsens espliċitu tal-investitur fil-livell tal-konsumatur li jindika li l-investitur jifhem ir-riskji li jinvesti f’ELTIF għandu jinkiseb meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-valutazzjoni tal-adegwatezza ma tingħatax fil-kuntest ta’ konsulenza dwar l-investiment;
l-ELTIF jitqies li ma jkunx adegwat għall-investitur fil-livell tal-konsumatur abbażi tal-valutazzjoni tal-adegwatezza mwettqa skont l-ewwel subparagrafu;
l-investitur fil-livell tal-konsumatur ikun jixtieq jipproċedi bit-tranżazzjoni minkejja l-fatt li l-ELTIF jitqies mhux adegwat għal dak l-investitur.
Id-distributur jew il-maniġer tal-ELTIF, meta dan tal-aħħar joffri jew iqiegħed direttament unitajiet jew ishma ta’ ELTIF lil investitur fil-livell tal-konsumatur, għandu jistabbilixxi rekord kif imsemmi fl-Artikolu 25(5) tad-Direttiva 2014/65/UE.
Id-distributur jew il-maniġer tal-ELTIF, meta dan tal-aħħar joffri jew iqiegħed direttament unitajiet jew ishma ta’ ELTIF lil investitur fil-livell tal-konsumatur, għandu joħroġ twissija ċara bil-miktub li tgħarraf lill-investitur fil-livell tal-konsumatur dwar li ġej:
meta l-ħajja ta’ ELTIF li jiġi offrut lil investituri fil-livell tal-konsumatur, jew li jitqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom, taqbeż l-10 snin, li l-prodott tal-ELTIF jista’ ma jkunx adattat għall-investituri fil-livell tal-konsumatur li ma jistgħux isostnu tali impenn illikwidu u fit-tul;
meta r-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni ta’ ELTIF jipprevedu l-possibbiltà tat-tqabbil tal-unitajiet jew l-ishma tal-ELTIF kif imsemmi fl-Artikolu 19(2a), li d-disponibbiltà ta’ tali possibbiltà ma tiggarantix jew ma tintitolax lill-investitur fil-livell tal-konsumatur biex joħroġ jew jifdi l-unitajiet jew l-ishma tiegħu tal-ELTIF ikkonċernat.
Artikolu 31
Il-kummerċjalizzazzjoni ta' unitajiet jew ishma tal-ELTIFs
Minbarra d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 31 u 32 tad-Direttiva 2011/61/UE, il-maniġer tal-ELTIF għandu jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti dan li ġej:
il-prospett tal-ELTIF; u
id-dokument bl-informazzjoni ewlenija tal-ELTIF fl-eventwalità li jiġi kkummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur.
▼M1 —————
KAPITOLU VI
IS-SUPERVIŻJONI
Artikolu 32
Is-superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti
L-awtorità kompetenti tal-maniġer tal-ELTIF hija responsabbli mis-sorveljanza tal-konformità tal-maniġer tal-ELTIF ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 33
Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti
Artikolu 34
Setgħat u kompetenzi tal-AETS
Artikolu 35
Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 36
L-iproċessar tal-applikazzjoni mill-Kummissjoni
Il-Kummissjoni għandha tipprijoritizza u tirrazzjonalizza l-proċessi tagħha għall-applikazzjonijiet kollha mill-ELTIFs għal finanzjament mill-BEI. Il-Kummissjoni għandha tirrazzjonalizza l-għoti ta' kwalunkwe opinjoni jew kontribuzzjoni fir-rigward ta' applikazzjonijiet magħmula mill-ELTIFs għall-finanzjament mill-BEI.
Artikolu 37
Rieżami
Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għandha tanalizza mill-inqas l-elementi li ġejjin:
il-punt sa fejn l-ELTIFs huma kkummerċjalizzati fl-Unjoni, inkluż jekk l-AIFMs imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2011/61/UE jistax ikollhom interess fil-kummerċjalizzazzjoni tal-ELTIFs;
l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-ELTIFs, kif stabbilit fl-Artikoli minn 3 sa 6;
jekk id-dispożizzjonijiet dwar ir-reġistru pubbliku ċentrali tal-ELTIFs kif stipulati fl-Artikolu 3 għandhomx jiġu aġġornati;
jekk il-lista ta’ assi u investimenti eliġibbli, ir-rekwiżiti ta’ kompożizzjoni u ta’ diversifikazzjoni tal-portafoll, ir-regoli dwar il-konċentrazzjoni u l-limiti rigward it-teħid b’self ta’ flus, għandhomx jiġu aġġornati.
l-impatt tal-applikazzjoni tal-limiti ta’ investiment għall-assi ta’ investiment eliġibbli stipulata fl-Artikolu 13(1) fuq id-diversifikazzjoni tal-assi;
jekk jenħtieġx li d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kunflitti ta’ interess stabbiliti fl-Artikolu 12 jiġu aġġornati;
l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 u l-impatt ta’ dik l-applikazzjoni fuq il-politika ta’ rimbors u l-ħajja tal-ELTIFs;
jekk ir-rekwiżiti ta’ trasparenza stabbiliti fil-Kapitolu IV humiex xierqa;
jekk id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kummerċjalizzazzjoni ta’ unitajiet jew ishma tal-ELTIFs stipulati fil-Kapitolu V humiex xierqa u jiżgurawx protezzjoni effettiva tal-investituri, inklużi l-investituri fil-livell tal-konsumatur;
jekk l-ELTIFs għamlux kontribut sinifikanti biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni bħal dawk stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew u f’oqsma prijoritarji oħra.
Artikolu 37a
Rieżami tal-aspetti ta’ sostenibbiltà tal-ELTIFs
Sal-11 ta’ Jannar 2026, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva, dwar mill-inqas dan li ġej:
jekk il-ħolqien ta’ deżinjazzjoni fakultattiva ta’ “ELTIF ikkummerċjalizzat bħala ambjentalment sostenibbli” jew “ELTIF ekoloġiku” huwiex fattibbli, u b’mod partikolari:
jekk tali deżinjazzjoni għandhiex tkun riżervata għall-ELTIFs li jkunu prodotti finanzjarji li għandhom l-investiment sostenibbli bħala l-objettiv tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 );
jekk tali deżinjazzjoni għandhiex tkun riżervata għal ELTIFs li jinvestu l-assi eliġibbli kollha jew parti sinifikanti minnhom jew l-assi totali tagħhom f’attivitajiet sostenibbli u, jekk ikun il-każ, kif għandha tiġi definita l-parti sinifikanti;
jekk l-attivitajiet sostenibbli jistgħux jintrabtu mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) u 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 );
jekk għandux ikun hemm obbligu ġenerali li l-ELTIFs jikkonformaw fid-deċiżjonijiet ta’ investiment tagħhom mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” skont it-tifsira tal-Artikolu 2a tar-Regolament (UE) 2019/2088, jew jekk dak l-obbligu għandux ikun limitat għal ELTIFs ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli jew bħala ELTIFs ekoloġiċi, fl-eventwalità li tali deżinjazzjoni fakultattiva titqies fattibbli;
jekk hemmx xi potenzjal li l-qafas għall-ELTIFs jittejjeb billi jingħata kontribut aktar sinifikanti għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, mingħajr ma tiġi mminata n-natura tal-ELTIFs.
Artikolu 38
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa japplika mid-9 ta' Diċembru 2015.
Dan ir-Regolament ikun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
( 2 ) Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
( 3 ) Ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).
( 4 ) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
( 5 ) Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu (ĠU L 86, 24.3.2012, p. 1).
( 6 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1851 tat-28 ta’ Mejju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar l-omoġeneità tal-iskoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni (ĠU L 285, 6.11.2019, p. 1).
( 7 ) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
( 8 ) Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).
( 9 ) Ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, għas-swieq kapitali u għas-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2859, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2859/oj).
( 10 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
( 11 ) Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 1).
( 12 ) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).